ITTRA
PASTORALI
DWAR IR-REFERENDUM
FUQ ID-DIVORZJU.
L-għażla tagħna f’dan
ir-Referendum titlob ħafna
ħsieb għax iġġorr magħha
responsabbiltà kbira. Hija
deċiżjoni li ser ikollha
effetti mhux biss fuq
il-preżent, imma wkoll
fil-futur. Permezz tal-vot
tiegħu, iċ-ċittadin ser
jibni jew iħott.
Għażla favur żwieġ dejjiemi
hija att ta’ fiduċja
fil-familja mibnija fuq
rabta ta’ mħabba li ma
tinħallx bir-rieda
tal-bniedem; filwaqt li
għażla favur id-divorzju
twassal lejn aktar tifrik
taż-żwieġ u l-familja, u
allura anki tal-valur u
l-kwalità tal-ħajja. Ilkoll
se nġorru l-konsegwenzi
tad-deċiżjoni tagħna.