Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

 

Mis-Sit tal-Grupp Familji Nsara. ...>

 

Versi u melodija Portugiżi
Adattament għall-Malti: George Sammut
Arranġament mużikali: Mro Philip Vella
Tkanta: Annabelle Debono

 

Innu - Talba għall-Familja

Nitolbuk, O Mulej, mit-tiġrib żomm 'il bogħod kull familja,
Sabiex ebda familja ma tħoss tal-imħabba n-nuqqas,
'Ma kull koppja miżżewġa titwaħħad fir-ruħ u fil-ġisem,
Hekk li b'xejn ma jitkisser, jisfuma ta' qlubhom il-ħolm.

Jalla jkun li għall kenn ta' dar xierqa tinstab kull familja,
Jalla l-ħajja u s-sliem ta' kull koppja ma jheddidhom xejn,
Jalla t-tama, il-fiduċja jimlew ta' ħajjithom ix-xefaq,
Jalla jgħixu bla biża' ta' miegħu x'se jġib il-futur.

Ritornell


B'ta' kull wieħed is-sehem il-familja trid tikber kuljum
Għal uliedu mudell ta' rġulija jrid joffri l-missier,
Waqt li l-omm fuklar tkun li d-dar jimla bis-sħana, il-ferħ,
Hekk jitgħallmu x'saħħa għandha, x'qawwa għandha l-imħabba, l-ulied,

Berkiln'int O Mulej il-familji. Ammen
Berkiln'int O mulej il-familji. Ammen (x2)

Lil xulxin imħabbithom bla qjies joffru l-mara u raġel,
U qabel jorqdu ta' għelthom il-maħfra jitolbu mill-qalb.
Lil uliedhom min-nieqa jgħallmuhom il-kobor tal-ħajja,
U kuljum għalenija jinġabru ħerqana fit-talb.

Waqt li jħarsu bil-ħajr lejn t'uliedhom fil-għożża t-trobbija,
Bil-kuraġġ, 'il quddiem, magħqudin, jimxu l-omm u l-missier.
Jalla l-kewkba li tilma wenniesa f'ta' triqthom il-għabex
Tkun il-kewkba tat-tama fl-imħabba li qatt m'għandha tmiem.

Ritornell


B'ta' kull wieħed is-sehem il-familja........

Berkiln'Int, O Mulej il-familji. Ammen.
Berkiln'Int, O Mulej il-familji. Ammen (x2)

 

 

Home          |          Email          |                                                                                                                     Sit uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta