IS-SENA 2025
JANNAR
Għad-Dritt għall-Edukazzjoni
Nitolbu għall-migranti,
għar-refuġjati u dawk milqutin mill-gwerra, biex
id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni, li huwa neċessarju
għall-bini ta’ dinja aħjar, ikun dejjem rispettat
-
klikkja ...
FRAR
Għall-Vokazzjonijiet għas-Saċerdozju u għall-Ħajja
Reliġjuża
Nitolbu biex il-komunità
ekkleżjali tilqa’ x-xewqat u d-dubji ta’ dawk
iż-żgħażagħ li jħossuhom imsejħin jaqdu l-missjoni ta’
Kristu fis-Saċerdozju u fil-Ħajja Reliġjuża.
MARZU
Għall-Familji fi kriżi
Nitolbu biex il-familji
mkissra jsibu l-kura għall-weġgħat tagħhom fil-maħfra,
billi jerġgħu jiskopru l-kwalitajiet ta’ xulxin anke
fost id-differenzi ta’ bejniethom.
APRIL
Għar-Użu Tajjeb tat-Teknoloġiji l-ġodda
Nitolbu biex l-użu
tat-teknoloġiji ġodda ma jieħux il-post
tar-relazzjonijiet umani, jirrispetta d-dinjità
tal-persuna, u jgħinna naffaċċjaw il-kriżijiet ta’
żmienna.
MEJJU
Għall-Kondizzjonijiet tajba tax-Xogħol
Nitolbu sabiex ix-xogħol
jagħti sodisfazzjon sħiħ lil kull persuna, isostni
bid-dinjità lill-familji, ħalli jkollna soċjetà aktar
umana.
ĠUNJU
Biex
id-Dinja Tikber fil-Mogħdrija
Nitolbu biex kull persuna
ssib faraġ fir-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù ħalli
mill-Qalb tiegħu titgħallem turi mogħdrija ma’ kulħadd.
LULJU
Għall-formazzjoni fid-Dixxerniment
Nitolbu biex nitgħallmu
niddixxernu, billi nagħrfu nagħżlu t-toroq li jagħtu
l-ħajja u nwarrbu kull ma jbegħidna minn Kristu u
l-Vanġelu.
AWWISSU
Għall-Ngħixu flimkien fis-Sliem
Nitolbu għal dawk
il-postijiet fejn in-nies isibuha diffiċli jgħixu
flimkien biex ma jaqgħux għat-tentazzjoni
tal-konfrontazzjoni minħabba diverġenzi etniċi,
politiċi, reliġjużi jew ideoloġiċi.
SETTEMBRU
Għar-relazzjoni mal-Ħolqien kollu
Nitolbu biex bħal S.
Franġisk, inħossu r-rabta li teżisti bejn il-ħlejjaq li
lkoll huma maħbubin minn Alla u jixirqilhom kull għożża
u rispett.
OTTUBRU
Għall-kollaborazzjoni bejn tradizzjonijiet reliġjużi
differenti
Nitolbu ħalli dawk kollha
li jħaddnu tradizzjonijiet reliġjużi differenti jaħdmu
flimkien biex jiddefendu u jippromwovu l-paċi,
il-ġustizzja u l-fraternità umana.
NOVEMBRU
Għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju
Nitolbu għal dawk li qed
jitqabdu ma’ ħsibijiet ta’ suwiċidju biex isibu l-wens,
l-assistenza u l-imħabba li jkollhom bżonn
mill-komunità, u li jkunu miftuħin għas-sbuħija
tal-ħajja.
DIĊEMBRU
Għall-Insara li jinsabu f’inħawi ta’ konflitt
Nitolbu għall-Insara li
jgħixu f’inħawi ta’ gwerra u konflitt, l-aktar fil-Lvant
Nofsani, biex ikunu żerriegħa ta’ paċi, rikonċiljazzjoni
u tama.
IS-SENA 2024
Jannar -
Għar-Rigal tad-Diversità fil-Knisja
Nitolbu
l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu ħalli nagħrfu r-rigal tal-kariżmi
differenti fil-komunità Nisranija u biex niskopru r-rikkezza
tat-tradizzjonijiet ritwali diversi fil-Knisja Kattolika -
klikkja ...
Frar -
Għall-Pazjenti b’Mard Terminali
Nitolbu
biex il-pazjenti b’mard terminali u l-familji tagħhom jirċievu l-kura u
l-akkumpanjament meħtieġ kemm fiżiku kif ukoll spiritwali
-
klikkja ...
Marzu -
Għall-Martri Ġodda
Nitolbu
sabiex dawk li jissugraw ħajjithom għall-Vanġelu f’diversi naħat
tad-dinja jħeġġu l-Knisja bil-kuraġġ u bl-entużjażmu tagħhom
-
klikkja ...
April -
Għar-Rwol tan-Nisa
Nitolbu
biex kull kultura tagħraf id-dinjità u l-valur kbir tan-nisa ħalli
tintemm id-diskriminazzjoni li jġarrbu f’diversi partijiet tad-dinja
-
klikkja ...
Mejju -
Għall-Formazzjoni tar-Reliġjużi u tas-Seminaristi
Nitolbu
sabiex ir-reliġjużi nisa u rġiel, u s-seminaristi, jikbru fil-vokazzjoni
tagħhom permezz tal-formazzjoni umana, pastorali, spiritwali u
komunitarja li twassalhom ikunu xhieda kredibbli tal-Vanġelu
-
klikkja ...
Ġunju -
Għall-Migranti li Jaħarbu minn Djarhom
Nitolbu
għall-migranti li jaħarbu mill-gwerra u l-ġuħ, u li jkollhom jivvjaġġaw
fost perikli kbar u vjolenza, biex il-pajjiżi li jirċevuhom jilqgħuhom
tajjeb u joffrulhom opportunitajiet ġodda -
klikkja ...
Lulju -
Għall-Kura Pastorali tal-Morda
Nitolbu
biex is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda jwassal il-qawwa ta’ Alla lil
dawk li jirċevuh u lill-maħbubin tagħhom, u jkun dejjem aktar sinjal
viżibbli ta’ kompassjoni u tama għal kulħadd
-
klikkja ...
Awwissu
- Għall-Mexxejja Politiċi
Nitolbu
għall-mexxejja politiċi biex ikunu għas-servizz tan-nies tagħhom, jaħdmu
għall-iżvilupp integrali tal-bniedem u għall-ġid komuni, b’mod speċjali
jieħdu ħsieb tal-fqar u ta’ dawk li tilfu x-xogħol
-
klikkja ...
Settembru – il-Karba tad-Dinja
Nitolbu li
kull persuna tisma’ u ġġarrab il-karba tad-dinja u tal-vittmi
tad-diżastri naturali u tal-kriżi klimatika, ħalli nimpenjaw ruħna
personalment biex nieħdu ħsieb tad-dinja li ngħixu fiha
-
klikkja ...
Ottubru
– Għal Missjoni Flimkien
Nitolbu
biex il-Knisja tibqa’ ssostni b’kull mod stil ta’ ħajja sinodali, billi
tinkoraġġixxi lis-saċerdoti, lir-reliġjużi u ‘l-lajċi jkunu lkoll
responsabbli bil-parteċipazzjoni flimkien f’missjoni waħda
-
klikkja
...
Novembru
– Għal min tilef it-tarbija
Nitolbu
sabiex il-ġenituri kollha li jibku t-telfa ta’ binhom jew ta’ binthom
isibu għajnuna mill-komunità tagħhom u jirċievu l-paċi tal-qalb
mill-Ispirtu tal-faraġ -
klikkja ...
Diċembru
– Pellegrini ta’ Tama
Nitolbu sabiex dan il-Ġublew issaħħaħ il-fidi tagħna, jgħinna nagħrfu
lil Kristu Rxoxt fil-qalba ta’ ħajjitna, u jagħmilna pellegrini ta' tama
Nisranija
-
klikkja ...
IS-SENA 2023
JANNAR
Għall-Edukaturi
Nitolbu biex l-edukaturi jkunu xhieda kredibbli,
jgħallmu l-fraternità aktar milli l-kompetittività u fuq
kollox jgħinu lil min hu l-iżgħar u l-aktar vulnerabbli.
FRAR
Għall-Parroċċi
Nitolbu biex il-parroċċi jikbru f’komunitajiet ta’ fidi
u ta’ fraternità u li jagħrfu jilqgħu lil dawk l-aktar
fil-bżonn.
MARZU
Għall-Vittmi tal-Abbuż
Nitolbu għal dawk li ġarrbu
ħsara mill-membri tal-Knisja biex isibu fi ħdan
il-Knisja stess tweġiba konkreta għall-weġgħat u
t-tbatijiet tagħhom.
APRIL
Għal kultura ta’ Paċi u Non-vjolenza
Nitolbu biex tixtered il-paċi
u n-non-vjolenza billi jitnaqqas l-użu tal-armamenti
mill-pajjiżi u miċ-ċittadini.
MEJJU
Għall-Movimenti u Gruppi Ekkleżjali
Nitolbu biex il-movimenti u
l-gruppi ekkleżjali jiskopru kuljum il-missjoni tagħhom
ta’ evanġelizzazzjoni, billi jqiegħdu l-kariżmi tagħhom
għas-servizz tal-bżonnijiet tad-dinja.
ĠUNJU
Għat-Tneħħija tat-Tortura
Nitolbu ħalli l-komunità
internazzjonali tintrabat b’modi konkreti biex twaqqaf
it-tortura u tiggarantixxi għajnuna lill-vittmi u
l-familji tagħhom.
LULJU
Għal Ħajja Ewkaristika
Nitolbu biex il-Kattoliċi
jqiegħdu ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija fiċ-ċentru ta’
ħajjithom, jibdlu fil-fond ir-relazzjonijiet tagħhom
mal-oħrajn u jinfetħu għal-laqgħa ma’ Alla u ma’ ħuthom
kollha subien u bniet.
AWWISSU
Għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ
Nitolbu biex il-Jum Dinji
taż-Żgħażagħ f’Lisbona jgħin liż-żgħażagħ ikunu xhieda
tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom.
SETTEMBRU
Għal Dawk li jgħixu fl-Emarġinazzjoni
Nitolbu għal dawk imwarrba
fil-ġenb tas-soċjetà, f’kundizzjonijiet diżumani, biex
l-istituzzjonijiet jagħtu kashom u qatt ma jqisuhom ta’
inqas importanza minn oħrajn.
OTTUBRU
Għas-Sinodu
Nitolbu għall-Knisja biex
tagħraf tisma’ u tiddjaloga f’kull livell ta’ ħajjitha u
tħalli lill-Ispirtu s-Santu jmexxiha lejn il-periferiji
tad-dinja.
NOVEMBRU
Għall-Papa
Nitolbu għall-Papa biex
fil-qadi tal-missjoni tiegħu jibqa’ viċin tal-merħla
fdata f’idejh, bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu.
DIĊEMBRU
Għall-Persuni bi Bżonnijiet Speċjali
Nitolbu għall-persuni bi
bżonnijiet speċjali biex is-soċjetà tqegħedhom
fiċ-ċentru tal-attenzjoni tagħha u toffri programmi
inklużivi li jagħtu importanza lill-parteċipazzjoni
attiva tagħhom
IS-SENA
2022
▪ Il-Fehma tal-Papa Franġisku għat-talb
g ħal kull xahar tas-Sena 2022
...
JANNAR
2022: Nitolbu għal dawk li qed ibatu għax huma
ddiskriminati minħabba r-reliġjon jew il-persekuzzjoni
biex d-dinjità u d-drittijiet tagħhom ikunu rikonoxxuti
għax ilkoll aħwa fil-familja umana.
FRAR 2022:
Nitolbu għan-nisa ta’ Ħajja Konsagrata b’radd ta’ ħajr
għall-missjoni u l-kuraġġ tagħhom, biex ikomplu jsibu
tweġibiet ġodda għall-isfidi ta’ żmienna.
MARZU
2022: Nitolbu
għall-Insara li qed jiffaċċjaw sfidi bioetiċi ġodda
sabiex ikomplu jiddefendu d-dinjità tal-ħajja umana kemm
bit-talb u kemm bl-azzjoni.
APRIL
2022: Nitolbu
għall-ħaddiema li jieħdu ħsieb il-morda u l-anzjani
fil-pajjiżi l-aktar fqar biex isibu l-għajnuna meħtieġa
mill-gvernijiet u l-komunitajiet lokali …
MEJJU
2022: Nitolbu
għaż-żgħażagħ imsejħin għall-ħajja fil-milja tagħha,
biex f’Marija jagħrfu t-triq tas-smigħ, tad-dixxerniment
għaqli, tal-kuraġġ li jiġi mill-fidi u tad-dedikazzjoni
għall-qadi.
ĠUNJU 2022:
Nitolbu
għall-familji Nsara fid-dinja kollha biex iħaddnu u
jipprattikaw l-imħabba bla ebda kundizzjoni.
LULJU 2022: Nitolbu għall-anzjani li
jirrapreżentaw l-għeruq u l-memorja ta’ kull poplu;
nitolbu sabiex l-esperjenza u l-għerf tagħhom jgħinu
liż-żgħażagħ iħarsu lejn il-futur b’tama u
responsabilità.
AWWISSU
2022: Nitolbu
għan-negozji żgħar u medji f’din il-kriżi ekonomika u
soċjali biex jinstab il-mod kif jibqgħu miftuħa u jaqdu
lil-lokalitajiet tagħhom.
SETTEMBRU 2022:
Nitolbu sabiex il-liġi tal-piena tal-mewt, li teħodha
kontra d-dinjità tal-bniedem, titneħħa minn kull pajjiż.
OTTUBRU
2022: Nitolbu
sabiex il-Knisja tkun dejjem fidila u qalbiena
fix-xandir tal-Vanġelu. Jalla l-Knisja tkun komunità ta’
solidarjetà u fraternità li tgħix dejjem fi spirtu ta’
sinodalità.
NOVEMBRU
2022: Nitolbu
għat-tfal li qed ibatu, l-aktar dawk bla dar, orfni u
vittmi tal-gwerra, biex ikollhom aċċess
għall-edukazzjoni u ċ-ċans li jgawdu l-għożża ta’
familja.
DIĊEMBRU
2022: Nitolbu
għall-organizzazjonijiet tal-volontarjat impenjati
fl-iżvilupp tal-bniedem biex isibu nies dedikati
għall-ġid komuni u jfittxu bla waqfien toroq ġodda ta’
kooperazzjoni fuq livell internazzjonali.
▪ Il-Fehma tal-Papa Franġisku għat-talb
għal kull xahar tas-Sena 2021
(MT)
▪ Pope Francis' prayer intentions for each month during
the Year 2021 (EN)
IS-SENA 2021
JANNAR
2021 : Nitolbu sabiex il-Mulej jagħtina l-grazzja li
ngħixu f’għaqda waħda ma’ ħutna li jħaddnu reliġjonijiet
oħra, billi nitolbu għal xulxin b’qalb miftuħa.
FRAR
2021: Nitolbu għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza,
biex is-soċjetà tħarishom u tagħti l-attenzjoni u
l-importanza mistħoqqa lit-tbatijiet tagħhom.
MARZU
2021: Nitolbu biex ngħixu l-esperjenza tas-sagrament
tar-rikonċiljazzjoni b’mod aktar profond, ħalli nduqu
l-ħniena bla qies ta’ Alla.
APRIL 2021:
Nitolbu għal kull min jissogra ħajtu sabiex jiġġieled
għad-drittijiet fundamentali fi stati li jinsabu taħt
dittatorjat jew f’demokraziji li għaddejin minn xi
kriżi.
MEJJU 2021:
Nitolbu għal dawk li qed
imexxu l-finanzi sabiex jaħdmu id f’id mal-gvernijiet
biex jirregolaw dan is-settur u jipproteġu ċ-ċittadini
mill-perikli f’dan il-qasam.
ĠUNJU 2021:
Nitolbu għaż-żgħażagħ li
qed iħejju ruħhom għaż-żwieġ bl-għajnuna tal-komunità
Nisranija: jalla jikbru fl-imħabba bil-ġenerożità,
il-fedeltà u s-sabar.
LULJU 2021:
Nitolbu ħalli
f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti politiċi, ekonomiċi jew
soċjali, insibu l-ħeġġa u l-kuraġġ biex noħolqu klima
ta’ djalogu u ħbiberija.
AWWISSU
2021:
Nitolbu għall-Knisja biex
tirċievi mingħand l-Ispirtu s-Santu l-grazzja u l-forza
li ġġedded lilha nfisha fid-dawl tal-Vanġelu.
SETTEMBRU
2021:
Nitolbu sabiex ilkoll kemm aħna nagħmlu għażliet
kuraġġużi għal stil ta’ ħajja sempliċi u favur ambjent
sostenibbli, filwaqt li nifirħu biż-żgħażagħ tagħna li
qed jimpenjaw ruħhom b’mod determinat favur l-ambjent.
OTTUBRU 2021:
Nitolbu sabiex kull min hu mgħammed jikkommetti ruħu
fl-evanġelizzazzjoni, ikun dispost biex jagħti sehmu
f’din il-missjoni, billi jkun xhieda ta’ ħajja mfassla
fuq il-Vanġelu.
NOVEMBRU 2021:
Nitolbu sabiex kull min qed ibati minn xi depression jew
burn-out isib l-għajnuna li jeħtieġ u jsib xaqq dawl ta’
tama fil-ħajja.
DIĊEMBRU 2021:
Nitolbu għall-katekisti, imsejħa biex iħabbru l-Kelma
t’Alla: jalla jkunu xhieda tagħha, bil-kuraġġ u
l-kreatività, u bis-saħħa tal-Ispirtu s-Santu.
IS-SENA
2020
JANNAR
2020:
Nitolbu sabiex l-Insara, kif ukoll dawk ta’
reliġjonijiet oħra u l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba,
jaħdmu favur il-paċi u l-ġustizzja fid-dinja. Ara aktar
...
FRAR 2020:
Nitolbu sabiex il-krib ta’ ħutna l-immigranti, li huma vittmi
ta’ traffikar kriminali, jinstema’ u jingħata
l-importanza li tixraqlu. Ara aktar ...
MARZU
2020:
Nitolbu sabiex il-Knisja fiċ-Ċina tippersevera
fil-fedeltà tagħha lejn il-Vanġelu u tikber fl-għaqda.
Ara aktar ...
MARZU 2020: Edizzjoni Speċjali: Video speċjali
li l-Papa Franġisku hareg apposta għal dan iż-żmien ta’
pandemija li d-dinja kollha għaddejja minnu …
APRIL
2020:
Nitolbu sabiex dawk li huma maqbuda f’xi vizzju jew
dipendenza qerrieda jsibu l-għajnuna u min jimxi magħhom
lejn il-fejqan.
MEJJU
2020:
Nitolbu sabiex id-djakni, fidili lejn is-servizz
lill-Kelma t’Alla u l-foqra, ikunu simbolu li jagħti
ħajja lill-Knisja kollha.
ĠUNJU 2020: Nitolbu sabiex dawk kollha li qed ibatu,
jsibu triqthom fil-ħajja u jħallu lill-Qalb ta’ Ġesù
tmiss lill-qalb tagħhom.
LULJU 2020:
Nitolbu
sabiex il-familji tal-lum isibu min jimxi magħhom
bl-imħabba, rispett u sens ta’ direzzjoni.
AWWISSU
2020:
Nitolbu għal dawk kollha li jaħdmu jew jaqilgħu
l-għajxien tagħhom mill-baħar.
SETTEMBRU
2020: Nitolbu s abiex
ir-riżorsi tal-pjaneta ma jiġux sfruttati bla rażan.
OTTUBRU
2020:
Nitolbu biex il-lajċi jkollhom sehem akbar f’diversi
risponsabbiltajiet fil-Knisja.
NOVEMBRU 2020:
Nitolbu sabiex il-progress fit-teknoloġija u apparat
b’intelliġenza artifiċjali jibqa’ dejjem għas-servizz
tal-bniedem.
DIĊEMBRU 2020:
Nitolbu sabiex ir-relazzjoni personali tagħna ma’ Ġesù
Kristu tkun sostnuta mill-Kelma ta’ Alla u minn ħajja
ta’ talb.
SENA
2019
Sena
2018
VIDEO
Diċembru
/ December 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Għas-Servizz tat-Tixrid tal-Fidi -
Evangelization: In the Service of the Transmission of Faith.
Biex il-persuni li huma
involuti fit-tixrid tal-fidi jsibu fid-djalogu tagħhom mal-kultura
l-lingwaġġ li jgħodd għall-kundizzjonijiet taż-żminijiet tal-lum.
That people, who are
involved in the service and transmission of faith, may find, in
their dialogue with culture, a language suited to the conditions of
the present time.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal
Diċember 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for
December 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Diċemru
2018.
VIDEO
Ara l-video bil-Malti -
Ara l-vidjo bL-Ingliż
Novembru
/ November 2018 -
Universali: Għas-Servizz tal-Paċi - Universal: In the
Service of Peace.
Biex il-lingwaġġ
tal-imħabba u tad-djalogu jirbaħ dejjem fuq il-lingwaġġ
tal-konflitt.
That the language of love
and dialogue may always prevail over the language of conflict.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal Novembru 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for November 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Novembru
2018.
VIDEO
L-Ewwel vidjo ... |
It-Tieni vidjo ...
Ottubru
/ October 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Il-Missjoni tar-Reliġjużi - Evangelization: The
Mission of Religious.
Biex ir-reliġjużi kkonsagrati, irġiel u nisa, iħeġġu lilhom
innifishom biex ikunu preżenti qalb il-fqar, l-emarġinati u dawk li
m’għandhomx vuċi fis-soċjetà.
That consecrated religious men and women may bestir themselves, and
be present among the poor, the marginalized, and those who have no
voice.
Poster bil-Fehma tal-Papa għal Ottubru 2018.
Poster with Pope's Prayer intention for October 2018.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta' Ottubru
2018.
VIDEO
Settembru
/ September 2018 -
Universali: Iż-Żgħażagħ fl-Afrika -
Universal: Young People in Africa.
Biex iż-żgħażagħ Afrikani
jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u għax-xogħol f’pajjiżhom.
That young people in
Africa may have access to education and work in their own countries.
Poster Pope's intentions for
September 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma
tal-Papa għal Settembru 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Settembru 2018.
VIDEO
Awwissu
/ August 2018 -
Universali: It-Teżor tal-Familji -
Universal: The treasure of Families.
Biex id-deċiżjonijiet
importanti li jittieħdu mill-ekonomisti u politikanti jipproteġu
l-familja bħala waħda mit-teżori tal-umanità.
That any far-reaching
decisions of economists and politicians may protect the family as
one of the treasures of humanity.
Poster Pope's intentions for
August 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma
tal-Papa għal Awwissu 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Awwissu 2018.
Ara l-Vidjo tal-Papa bl-Ingliż.
VIDEO
Lulju
/ July 2018 -
Evanġelizzazzjoni: Il-Qassisin u l-Ministeru Pastorali Tagħhom
- Evangelization: Priests and their Pastoral Ministry.
Sabiex dawk il-qassisin li
jħossuhom għajjiena u weħidhom fix-xogħol pastorali tagħhom isibu
għajnuna u serħan fl-intimità tagħhom mal-Mulej u fil-ħbiberija
tagħhom ma’ ħuthom il-qassisin.
That priests, who
experience fatigue and loneliness in their pastoral work, may find
help and comfort in their intimacy with the Lord and in their
friendship with their brother priests.
Poster Pope's intentions for July 2018 - Bl-Ingliż.
Poster bil-Feħma
tal-Papa għal Lulju 2018 - bil-Malti.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku għax-xahar ta'
Lulju 2018.
Ara l-Vidjo tal-Papa bl-Ingliż.
Sena
2017
Di ċembru / December 2017 -
Universali: L-Anzjani -
Sabiex l-anzjani, imwieżna mill-familji u mill-komunitajiet
Insara, jgħinu bl-għerf u l-esperjenza tagħhom biex tixtered il-fidi
u jkunu ffurmati il-ġenerazzjonijiet ġodda.
Poster għax-xahar
ta' Diċembru 2017.
Biex l-anzjani,
imwieżna mill-familji u mill-komunitajiet Insara, jgħinu bl-għerf u
l-esperjenza tagħhom biex tinxtered il-fidi u jkunu ffurmati
l-ġenerazzjonijiet ġodda.
That the elderly,
sustained by families and Christian communities, may apply their
wisdom and experience to spreading the faith and forming the new
generations.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
Il-Vidjo tal-Papa bil-Malti. 12-2017.
The Pope Video 12-2017.
Novembru / November
2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara fl-Asja - Biex l-Insara fl-Asja, waqt lijagħtu xhieda
tal-Vanġelu bil-kliem u fl-għemil, iġibu ‘l quddiem id-djalogu,
il-paċi u l-ftehim ma’ kulħadd, speċjalment dawk ta’ reliġjonijiet
differenti.
Poster għax-xahar
ta' Novembru 2017.
Biex l-Insara
fl-Asja, waqt li jagħtu xhieda tal-Vanġelu bil-kliem u fl-għemil,
iġibu ’l quddiem id-djalogu, il-paċi u l-ftehim ma’ kulħadd,
speċjalment dawk ta’ reliġjonijiet differenti.
That Christians in
Asia, bearing witness to the Gospel in word and deed, may promote
dialogue, peace, and mutual understanding, especially with those of
other religions.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 11-2017.
Ottubru / October 2017 -
Unversali: Il-Ħaddiema u n-Nies Bla Xogħol - Biex il-ħaddiema kollha jirċievu r-rispett u l-ħarsien
tad-drittijiet tagħhom, filwaqt li dawk li m’għandhom xogħol isibu
l-opportunitajiet biex jagħtu s-sehem tagħhom għall-ġid komuni.
Poster għax-xahar
ta' Ottubru 2017.
Biex il-ħaddiema
kollha jirċievu r-rispett u l-ħarsien tad-drittijiet tagħhom,
filwaqt li dawk li m’għandhomx xogħol isibu l-opportunitajiet biex
jagħtu s-sehem tagħhom għall-ġid komuni.
That all workers may
receive respect and protection of their rights, and that the
unemployed may receive the opportunity to contribute to the common
good.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 10-2017.
Settembru / September 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: Il-Parroċċi -
Biex il-parroċċi tagħna, animati minn spirtu missjunarju, ikunu
l-post fejn il-komunità tkun xhieda ta’ fidi u ta’ karità.
Poster għax-xahar
ta' Settembru 2017.
Biex
il-parroċċi tagħna, animati minn spirtu missjunarju, ikunu l-post
fejn il-komunità tkun xhieda ta' fidi u ta’ karità.
That our parishes,
animated by a missionary spirit, may be places where faith is
communicated and charity is seen.
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 09-2017.
Awwissu
/ August 2017 -
Universali: In-Nies tal-Arti - Sabiex fi żminijietna, in-nies
tal-arti, permezz tad-doni tagħhom, jgħinu lil kulħadd jiskopri
s-sbuħija tal-ħolqien.
Poster g ħax-xahar
ta' Awwissu 2017.
Biex fi
żminijietna, in-nies tal-arti, permezz tad-doni tagħhom, jgħinu lil
kulħadd jiskopri s-sbuħija tal-ħolqien.
That artists of our
time, through their ingenuity, may help everyone discover the beauty
of creation.
Adorazzjoni
skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 08-2017.
Lulju
/ July 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara li tbegħdu mill-Fidi
- Sabiex ħutna li tbiegħdu mill-Fidi, bil-għajnuna tat-talb
flimkien max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru kemm hu qrib il-Mulej
fil-ħniena tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja Nisranija.
Poster g ħax-xahar
ta' Lulju 2017.
Sabiex ħutna li tbiegħdu mill-Fidi, bil-għajnuna tat-talb
flimkien max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru kemm hu qrib il-Mulej
fil-ħniena tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja Nisranija.
That our brothers and sisters who
have strayed from the faith, through our prayer and witness to the
Gospel, may rediscover the merciful closeness of the Lord and the
beauty of the Christian life.
Adorazzjoni
skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope
Video 07-2017.
Ġunju
/ June 2017 -
Universali: Mexxejja tal-Pajjiżi - Biex il-mexxejja
tal-pajjiżi jikkommettu ruħhom bis-sħiħ biex iwaqqfu l-bejgħ
tal-armi, li jġibu tant qerda fost nies innoċenti.
Poster għax-xahar
ta' Ġunju 2017.
Biex il-mexxejja
tal-pajjiżi jikkommettu ruħhom bis-sħiħ biex iwaqqfu l-bejgħ
tal-armi, li jġibu tant qerda fost nies innoċenti.
That national leaders
may firmly commit themselves to ending the arms trade, which
victimizes so many innocent people.
Adorazzjoni
skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope Video 06-2017.
Mejju
/ May2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Insara fl-Afrika - Biex
l-Insara fl-Afrika, jimitaw lil Ġesù mimli ħniena u jagħtu xhieda
profetika ta’ rikonċiljazzjoni, ġusitizzja u paċi.
Poster għax-xahar
ta' Mejju 2017.
Biex l-Insara
fl-Afrika jimitaw lil Ġesù, mimli ħniena, u jagħtu xhieda profetika
ta’ rikonċiljazzjoni, ġustizzja u paċi.
That Christians in
Africa, in imitation of the Merciful Jesus, may give prophetic
witness to reconciliation, justice and peace.
Adorazzjoni
skont il-Fehma tal-Papa.
The Pope
Video 05-2017.
April 2017
-
Universali: Iż-Żgħażagħ
Poster għax-xahar
ta' April 2017.
Biex iż-żgħażagħ
iwieġbu b’ġenerożità għas-sejħiet tagħhom u jikkunsidraw bis-serjetà
li joffru lilhom infushom lil Alla fis-saċerdozju u l-ħajja
kkonsagrata.
Adorazzjoni
skont din il-fehma tal-Papa .
The Pope Video 04-2017. Youth.
Marzu
/ March 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: Għajnuna għall-Insara Persegwitati
Poster għax-xahar
ta' Marzu 2017.
Biex l-Insara
persegwitati jsibu għajnuna fit-talb u ħtiġijiet materjali
mill-Knisja kollha.
That persecuted
Christians may be supported by the prayers and material help of the
whole Church.
Adorazzjoni
skont il-fehma tal-Papa: Sabiex l-Insara persegwitati jsibu
l-għajnuna fit-talb u l-ħtiġijiet materjali mill-Knisja.
The Pope Video 03-2017. Help persecuted Christians.
Frar
/ February 201 7
-
Universali: Faraġ għal Min Hu Batut
Il-Fehma tal-Papa
Biex dawk kollha li
qed ibatu, speċjalment il-fqar, ir-rifuġjati, l-imwarrbin, isib
fil-komunitajiet tagħna min jilqagħhom u jfarraġhom.
That all those
who are afflicted, especially the poor, refugees, and marginalized,
may find welcome and comfort in our communities.
Adorazzjoni
skont il-fehma tal-Papa għal dan ix-xahar.
The Pope Video 02-2017. Welcome the needy.
Jannar / January 2017 -
Evanġeliżżazzjoni: L-Għaqda
tal-Insara
Il-Fehma
tal-Papa
Biex
l-Insara kollha ikunu fidili għat-tagħlim ta’ Kristu
biex jirsistu bit-talb u l-imħabba t’aħwa ħalli terġa
sseħħ l-għaqda bejn il-knejjes u flimkien jiffaċċjaw
l-isfidi tal-umanità.
That
all Christians may be faithful to the Lord’s teaching by
striving with prayer and fraternal charity to restore
ecclesial communion and by collaborating to meet the
challenges facing humanity.
Adorazzjoni skont il-fehma tal-Papa Franġisku
għall-Jannar 2017.
The Pope Video
01-2017. Christians serving humanity.
Sena 2016
Di ċembru / December 2016
N itolbu sabiex titneħħa minn kull rokna
tad-dinja l-pjaga tat-tfal suldati.
That the
scandal of child soldiers may be eliminated the world over.
The Pope Video 12 - Child Soldiers.
Novembru
/ November 2016
Biex
il-pajjiżi li jirċievu numru kbir ta’ immigranti jsibu l-għajnuna
fl-isforzi tagħhom ta’ solidarjetà.
That the
countries which take in a great number of displaced persons and
refugees may find support for their efforts which show solidarity.
The Pope
Video 11 - Countries receiving refugees.
Ottubru
/ October 2016
Biex
fil-ħidma tagħhom, il-ġurnalisti jirrispettaw il-verità u jimxu
dejjem fuq dak li hu sewwa.
That
journalists, in carrying out their work, may always be motivated by
respect for truth and a strong sense of ethics.
The Pope Video 10 - Journalists
Settembru / September 2016
Biex
kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għall-ġid komuni u għall-bini ta’
soċjetà li tqiegħed il-persuna umana fiċ-ċentru tagħha.
That
each may contribute to the common good and to the building of a
society that places the person at the centre.
The Pope
Video 9 - For a more human society
Awwissu
/ August 2016
Biex
l-isport ikun okkażjoni ta’ fraternità u jagħti s-sehem tiegħu
għall-paċi fid-dinja.
That sports
may be an opportunity for friendly encounters between peoples and
may contribute to peace in the world.
The Pope Video 8 - Sports, a culture of encounter - August 2016.
Lulju
/ July 2016
Biex
il-popli indiġeni, li għandhom l-identità u l-eżistenza tagħhom
mhedda, jiġu rrispettati.
That
indigenous peoples, whose identity and very existence are
threatened, will be shown due respect.
The Pope Video 7 - Respect for Indigenous Peoples - July 2016
Ġunju
/ June
2016
Biex
fl-ibliet il-kbar l-anzjani, l-emarġinati u dawk li sfaw weħidhom
jiltaqgħu ma’ nies li jagħtu kashom.
That the
aged, marginalized, and those who have no one may find – even within
the huge cities of the world – opportunities for encounter and
solidarity.
The Pope Video 6 - Solidarity in Cities - June 2016.
Mejju
/ May2016
Biex
kull pajjiż jagħti ġieħ lill-mara u jgħożż il-kontribut essenzjali
tagħha fis-soċjetà.
That in every
country of the world, women may be honored and respected and that
their essential contribution to society may be highly esteemed.
The Pope Video 5 - Respect for Women - May 2016.
April 2016
Biex
il-bdiewa jaqilgħu dak li ħaqqhom għax-xogħol prezzjuż tagħhom.
That land
cultivators may earn the profits they deserve for their precious
work.
The Pope Video 4 - Small farmers - April 2016.
Marzu
/ March 2016
Biex
il-familji fil-bżonn jirċievu l-għajnuna meħtieġa u t-tfal jikbru
f’ambjent ta’ sliem u paċi.
That families
in need may receive the necessary support and that children may grow
up in healthy and peaceful environments.
The Pope Video 3 - For children and families in difficulty - March
2016.
Frar
/ February 2016
Biex il-ħolqien, mogħti lilna b’rigal, nieħdu
ħsiebu għall-ġid tal-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.
That we may take good care of creation–a gift
freely given–cultivating and protecting it for future generations.
The Pope Video 2 - Care for Creation - February 2016.
Jannar / January 2016
Biex id-djalogu sinċier bejn nies ta’ reliġjonijiet differenti
jħalli frott ta’ paċi u ġustizzja.
That sincere dialogue among men and women of
different faiths may produce the fruits of peace and justice.
The Pope Video – Inter-religious Dialogue - January 2016 .
Sena 2015
Diċembru
2015 -
Biex
ilkoll inġarrbu l-ħniena ta’ Alla, li qatt ma jgħejja jaħfer.
Novembru
2015 -
Ħalli
niftħu qalbna biex niltaqgħu u niddjalogaw ma’ kulħadd, anke ma’ min
jifhimha xorta oħra.
Ottubru
2015 -
Biex
it-traffikar tal-bnedmin, li huwa forma moderna ta’ jasar, jitwaqqaf
darba għal dejjem.
Settembru
2015 -
Biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ skola u
xogħol għaż-żgħażagħ kollha.
Awwissu
2015 -
Sabiex
il-volontiera jagħtu lilhom infushom b’ġenerożità biex jaqdu lil
dawk li għandhom bżonn.
Lulju 2015
-
Sabiex fil-livelli kollha tar-responsabbiltà
politika ngħixu l-imħabba fl-aqwa tagħha .
Ġunju 2015
-
Biex
l-immigranti u r-refuġjati jsibu min jilqagħhom u jirrispettahom
fil-pajjiżi li jaslu fihom.
Mejju 2015
-
Biex
niċħdu l-kultura tal-indifferenza u nieħdu ħsieb ta’ min ibati,
speċjalment il-morda u l-fqar.
April 2015
-
Biex
il-popli jitgħallmu jirrispettaw il-ħolqien u jieħdu ħsiebu bħala
rigal ta’ Alla.
Marzu 2015
-
Biex dawk
involuti fir-riċerka xjentifika jfittxu l-ġid tal-persuna umana
kollha kemm hi.
Frar 2015
-
Biex il-ħabsin, speċjalment dawk żgħażagħ, ikunu jistgħu jerġgħu
jibnu ħajjithom b’dinjità.
Jannar 2015 - Sabiex ir-Reli ġ jonijiet
differenti ja ħ dmu
flimkien g ħ all-pa ċ i.
01/01/2015.
Sena
2014
Diċembru 2014 - Biex it-twelid tas-Salvatur
iġib il-paċi u t-tama lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba.
Novembru 2014 - Biex kull min ibati bis-solitudni jħoss lil Alla viċin tiegħu u
l-wens tal-oħrajn.
Ottubru 2014 - Biex
il-Mulej jagħti paċi lil dawk in-naħat tad-dinja mifluġin bil-gwerra
u bil-vjolenza.
Settembru 2014 - Biex persuni li qed ibatu minn xi nuqqas ta’ saħħa mentali jirċievu
l-imħabba u l-għajnuna meħtieġa għall-ħajja dinjituża.
Awwissu 2014 - Biex
ir-refuġjati, imġegħlin jitilqu ’l djarhom minħabba l-vjolenza,
isibu qalb kbira li tilqagħhom u tipproteġi d-drittijiet tagħhom.
Lulju 2014 - Biex
l-isport ikun dejjem okkażjoni ta’ fraternità fejn il-bnedmin jikbru
flimkien.
Ġunju 2014 -
Ħalli kull min hu qiegħed, jingħata l-għajnuna u x-xogħol li għandu
bżonn biex jgħix bid-dinjità.
Mejju 2014 - Biex il-mezzi ta’
komunikazzjoni jkunu strumenti għas-servizz tal-verità u l-paċi.
April 2014 - Biex
il-gvernijiet jieħdu ħsieb tal-ħarsien tal-ħolqien u tat-tqassim
ġust tar-riżorsi naturali.
Marzu 2014 - Biex
il-kulturi kollha jirrispettaw id-drittijiet u d-dinjità
tal-mara.
Frar
2014 - Biex il-Knisja u s-soċjetà jirrispettaw l-għerf u
l-esperjenza tal-anzjani.
Jannar 2014 - Biex ilkoll
nippromovu żvilupp ekonomiku awtentiku, li jirrispetta d-dinjità
tal-popli kollha.