San Benedittu twieled f’Norcia, l-Italja, fis-sena
480, minn familja sinjura ħafna, u aktarx li kien
tewmi ma’ oħtu, Santa Skolastika.
Huwa mar jistudja f’Ruma, iżda meta ra l-ħajja
ħażina ma’ dwaru ħalla kollox u mar jgħix waħdu fuq
l-għoljiet ta’ Sabina, xi 65 km bogħod minn Ruma.
Hawn iltaqa’ ma’ Romano, patri, li kien jgħix f’għar
f’Subiaco, f’ħajja ta’ ġabra u talb. Biż-żmien xi
rġiel u żgħażagħ bdew imorru jingħaqdu miegħu, u n-numru
tagħhom baqa’ jikber kontinwament tant li sas-sena
525 kien ġa waqqaf tnax-il monasteru f’dawk l-inħawi.
Fis-sena 529 mar fuq Monte Cassino, bejn Napli u
Ruma. Hawhekk ukoll ħafna marru jingħaqdu miegħu.
Fis-sena 530 waqqaf il-magħruf monasteru ta’ Monte
Cassino.
Miet fl-eta’ ta’ 67 sena f’Monte Cassino u difnuh
fil-qabar ma’ oħtu Santa Skolastika li kienet mietet
xi 40 jum qabel.
Ir-regola li kiteb għal dawk imsieħba miegħu kienet
mibnija fuq talb, studju u xogħol, swiet ta’ ġid
enormi mhux biss għall-monaċi iżda għall Ewropa
kollha. Il-monastiċiżmu ta’ San Benedittu ta’ monaċi
li għenu bis-sħiħ biex inbniet Ewropa ċċivilizzata u
nisranija, billi bnew uħud mill-isbaħ knejjes fl-Ewropa,
fetħu ħafna skejjel, għallmu lill-bdiewa jħaddmu
l-art, għallmu s-snajja’, ippreservaw ħafna mill-kitbiet
klassiċi Griegi u Rumani, ġabu progress kbir fix-xjenza,
fl-arti u fl-agrikultura. Fuq kollox l-Ordni tiegħu
ta lill-Knisja 24 Papa, 4,600 isqof, u aktar minn
5,000 qaddis.
Meta l-Papa preżenti, fil-bidu tal-pontifikat tiegħu
ħa l-isem ta’ Benedittu XVI, huwa kien qal,
“Niftakar f’San Benedittu ta’ Nursia, patrun
tal-Ewropa li fil-ħajja qaddisa tiegħu seddaq
il-fondazzjonijiet tal-Kristjaneżmu fl-Ewropa.
Nitolbu biex jgħinna biex inżommu ma’ Kristu
fil-ħajja tagħna u biex dejjem nagħtuh l-ewwel post
fil-ħsibijiet u l-azzjonijiet tagħna.”
Minn Siti Oħra
The Order of St Benedict, Oblates:
An Introduction ...>
Oblates, News and Resources ...>
World Community for Christian
Meditaion ...>
International Benedictine Oblates
...>
Terra Sancti Benedicti ...>
|
IL-FJAKKOLA BENEDITTINA GĦALL-PAĊI
SE TKUN MALTA |
Il-Ħadd, 4 ta’ Marzu 2012, fil-Kon Katidral
ta’ San Ġwann, Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP
se jixgħel il-Fjakkola Benedittina għal-Paċi biex
wara din tmur fil-Vatikan fejn fl-14 ta’ Marzu
titbierek mill-Papa Benedittu XVI. Wara il-fjakkola
titieħed f’Montecassino fejn fl-20 ta’ Marzu
titqiegħed fuq il-qabar ta’ San Benedittu.
Preżenti għaċ-ċelebrazzjoni li ser issir f’San Ġwann,
se jkun hemm ukoll l-Abbati tal-Monasteru ta’
Montecassino Pietro Vittorelli, l-Abbati tal-Abazija
ta’ Subiaco Mauro Meacci u l-Arċisqof ta’ Spoleto –
Norcia Monsinjur Renato Boccardo.
Fil-15 ta’ Frar 1944, il-Monasteru ta’
Montecassino, li oriġinalment kien imwaqqaf minn San
Benedittu nnifsu fis-sitt seklu, inqered
kompletament f’bumbardament mill-ajru tal-Forzi
Allejati. Fl-attakk tilfu ħajjithom madwar erba’
mitt persuna mill-inħawi li kienu fittxew kenn f’dan
il-post dedikat għall-paċi. Meta l-monaċi
benedettini marru lura lejn il-monasteru, kull ma
sabu kien biss ħerba.
Matul is-snin ta’ bejn l-1950 u
l-1954, b’ħafna kuraġġ u fiduċja f’Alla, huma reġgħu
irrestawraw il-monasteru għal dik il-glorja u ġmiel
li kellu qabel biex illum il-monasteru huwa xhieda
ħajja ta’ San Benedittu u tal-wirt li dan il-qaddis
ħalla lill-Kristjaneżmu. Fl-1964, meta l-Papa Pawlu
VI ipproklama lil San Benedittu bħala l-Qaddis
Patrun tal-Ewropa, beda jsir pelegrinaġġ annwali
simbolizzat fil-Fjakkola Benedittina.
Is-sena li għaddiet il-pellegrinaġġ
mar fil-belt kapitali Ingliża, Londra. Fl-201 kien
f’Cologne fil-Ġermanja u qabel dan il-Fjakkola ta’
San Benedittu wasslet il-messaġġ tal-paċi fil-belt
ta’ New York, fl-Istati Uniti, il-post fejn kien
seħħ l-attakk terroristiku tal-11 ta’ Settembru
2001.
Din is-sena il-Fjakkola Benedittina
se tinxtgħel Malta.
Ara l-Omelija ta' Mons
Arcisqof Pawlu Cremona fiċ-ċelebrazzjoni li saret fil-Kon
Katidral ta’San Ġwann ... >
Ara l-verżjoni
tal-Omelija bit-Taljan ...>
Ara ritratti ...>
Il-Benedittini f'Malta. Kitba ta'
Joseph Flask
Għalkemm
wieħed ma jistax jitkellem fuq
“tradizzjoni” Benedittina, Malta
wkoll kellha forom ta’ Monakiżmu
rudimentali marbut essenzjalment
mal-bidu tal-preżenza nisranija
fil-gżira. Siti arkejoloġiċi:
Abbazija tad-Dejr, il-Knisja ta’ San
Ċir, il-fdalijiet Paleo-Kristjani
f’Tas-Silġ u oħrajn jixhdu dan.
... >
Ir-Regola ta' San Benedittu
Miktuba aktar minn elf u erba' mitt sena
ilu, ir-Regola ta’ San Benedittu għadha
titqies bħala
waħda
ta’ interess għall-insara
kollha. Fiha diversi prinċipji
li jistgħu
jitħaddmu
mhux biss fil-monasteru imma wkoll
mill-insara kollha, kemm jekk
individwi jew familji, kemm jekk
fl-għaqdiet
jew fil-parroċċi.
Ibbażata
fuq l-umiltà, is-silenzju u t-talb,
ir-Regola Benedittina għaddiet
mill-isfida taż-żmien
u llum għadha
tkun ta’ għajnuna
kbira għall-ħafna
persuni li jkunu jridu jfittxu lil
Alla.
Ara, "Ir-Regola
ta' San Benedittu" ...>
Ara wkoll, "Ir-Regola
ta’ S. Benedittu kif applikata
għal-lajċi",
kitba ta' Maria Theresa Portelli
...>
L-Oblati ta' San Benedittu
L-Oblati ta’ San
Benedittu huma individwi jew familji
nsara li jassoċjaw ruħhom ma’ xi
komunità benedittina ħalli filwaqt
li jomplu jgħixu l-ħajja tagħhom
fis-soċjetà, jkunu jistgħu jimxu ‘l
quddiem fl-ispiritwalità nisranija
kif murija mill-prinċipji tar-regola
ta’ San Benedittu.
Wara żmien ta’
tħejjia, huma jagħmlu l-oblazzjoni (offerta
jew wegħda) u hekk isiru Oblati ta’
San Benedittu. Huma jwegħdu li
jgħixu ħajjithom mat-tagħlim
tal-Evanġelju kif rifless mir-Regola
ta’ San Benedittu. B’hekk huma
jħaddmu it-tagħlim tar-regola
fil-ħajja tagħhom fid-dinja,
fil-familja, fuq il-post tax-xogħol
u fil-ħajja ċivili u soċjali tagħhom.
Imxenqin għal ħajja
ta’ talb u umiltà huma jixxenqu kemm
jistgħu għas-silenzju u jippruvaw li
ħajjithom tkun mibnja fuq il-Kelma
ta’ Alla u l-Liturġija. Għalhekk
huwa importanti ħafna li l-Oblat
jippratika il-Lectio Divina, jieħu
sehem regolari fl-Ewkaristija u
jitlob (anke jekk waħdu jew
fil-familja) fil-Liturġija
tas-Sigħat li ssieħbu b’mod aktar
sħiħ fit-talba universali tal-Knisja. |
Il-Mixja tal-Fjakkola Benedittina
1980 Belt tal-Vatikan
1984 Belt tal-Vatikan
1988 Strasburgu
(Franza)
1989 Berlin
(Ġermanja)
1990 Praga
(RepubbliKa Ċeka)
1991 Budapest
(Ungerija)
1992 Varsavja
(Polonja)
1993 Montecassino
(Italja)
1994 Londra
(Ingilterra)
1995 Madrid (Spanja)
1996 Brusell (Belġju)
1997 Lisbona
(Portugall)
1998 Vjenna
(Awstrija)
1999 Skopje
(Maċedonja)
2000 Belt tal-Vatikan
2001 Foġġja –
(Italja)
2002 New York - (Stati
Unit)
2003 New Norcia
(Awstralja)
2004 Ġerusalemm (Art
Imqaddsa)
2005 Brussell– Mosca
(Russja)
2006 Leno – Tblisi
(Georgia)
2007 Subiaco –
Bukarest
(Rumanija)
2008 Grottaferrata
(Italja)
2009 Strasburgu –
Belt tal-Vatikan
2010 Cologne
– Stati Unit tal-Amerka)
2011 Londra
(Ingilterra)
2012 Valletta (Malta)
Kor tal-Monasteru San Pietru.
minn Peter Paul Ciantar
Il-mara u jien, flimkien ma’ grupp żgħir ta’ koppji oħra,
niltaqgħu flimkien kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, biex nagħmlu siegħa ta’ talb
permezz tal-kant, kant l-aktar Gregorjan, fis-skiet tal-Monasteru San Pietru
tas-Sorijiet Benedittini tal-Klawsura fl-Imdina’. ...> |
|