
IL-PRESEPJU 
MIXJA SPIRITWALI
 
▪ 
Il-Presepju huwa bħal Vanġelu ħaj.
▪ 
Niskopru li Hu tant iħobbna li jrid jitwaħħad magħna, biex aħna ukoll nistgħu 
nitwaħħdu miegħu.
▪ 
It-tiben isir l-ewwel sodda għal Dak li kellu jurina li hu l-ħobż li niżel 
mis-sema.
▪ 
Dakinhar, fi 
Greccio, ma kienx hemm pasturi: il-presepju nbena u ngħax minn dawk li kienu 
preżenti.
▪ 
Minn dak il-presepju tal-Milied 1223, kulħadd reġa’ lura lejn daru mimli b’ferħ 
li ma jitfissirx.
 
▪ 
Il-Presepju jikxef il-ħlewwa ta’ Alla.
▪ 
F’Ġesu’, il-Missier tana lil Ibnu li jaħfrilna u jerfagħna lura mid-dnub.
▪ 
Il-Presepju hu 
sejħa biex nimxu wara Ġesù fit-triq tal-umiltà, tal-faqar, 
tat-tneżżigħ, Mill-maxtura twassal sas-Salib.
▪ 
Il-Presepju hu sejħa biex niltaqgħu miegħu u naqduh bi ħniena f’ħutna l-iktar 
fil-bżonn.
▪ 
It-tjubija ta’ Alla ġġib dawl fejn hemm id-dlam u ddawwal lil dawk li qegħdin 
fid-dlamijiet tat-tbatija.
 
▪ 
Ġesu’ ġie biex ifejjaq u jibni mill-ġdid, biex irodd lil ħajjitna u lid-dinja 
l-ġmiel oriġinali tagħhom.
▪ 
Il-ħolqien kollu għandu sehem fil-festa tal-miġja tal-Messija.
▪ 
L-anġli u l-istilla kometa huma s-sinjal li aħna ukoll imsejħin nimxu biex naslu 
fl-għar u naduraw lill-Mulej.
▪ 
Huma l-persuni l-iktar umli u l-iktar foqra li jafu kif għandhom jilqgħu 
l-grazzja tal-Inkarnazzjoni.
▪ 
Il-foqra huma 
l-ipprivileġġati ta’ dal-misteru, dawk li l-aktar jagħrfu l-preżenza ta’ Alla ġo 
nofsna.
 
▪ 
Mill-Presepju, Ġesu’ jxandar it-triq lejn dinja iżjed umana u fraterna, fejn 
ħadd ma jħossu eskluż jew imwarrab.
▪ 
F’din id-dinja ġdida mnedija minn Ġesu’ hemm wisa’ għal dak li hu uman u għal 
kull ħlejqa.
▪ 
F’Marija nilmħu l-Omm ta’ Alla li ma żżommx lil Binha għaliha biss.
▪ 
Ġużeppi, ta’ raġel ġust li kien, dejjem fada fir-rieda ta’ Alla u qegħidha 
fil-prattika.
▪ 
F’Ġesu’, Alla ried jikxef il-kobor ta’ mħabbtu, li tidher fi tbissima u 
f’dirgħajh miftuħa għal kulħadd.
 
▪ 
Il-Presepju jistedinna nsiru dixxipli ta’ Ġesu’ jekk irridu naslu għat-tifsira 
aħħarija tal-ħajja.
▪ 
Ix-xena tal-Maġi fil-Presepju ssejħilna nirriflettu fuq ir-responsabbilta’ li 
kull Nisrani għandu li jsir evanġelizzatur.
▪ 
Il-Maġi jgħallmuna li nistgħu nitilqu mill-bogħod ħafna biex naslu għand Kristu.
▪ 
Il-Presepju hu katekeżi fuq dak li sar f’dak il-jum. Għalhekk, is-sena l-oħra 
ktibt Ittra, li nagħmlu tajjeb nerġgħu naqbduha f’idejna. Jisimha Admirabile 
Signum.  
 
Imħejjija mid-Djoċesi ta' Għawdex 
- 2020.
 
Admirabile Signum. Ittra appostolika tal-Papa Franġisku fuq it-tifsira u l-valur 
tal-presepju. 01/12/2019 ...