Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II
...
|
QUDDIESA
GĦALL-FIDILI
TA’ VITTORIO VENETO
OMELIJA
TSAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II
Castel Gandolfo
It-Tlieta, 28 ta’ Awwissu
1979
Insellem b’mod
kordjalilill-Monsinjur Isqof
u lill-għeżież Saċerdoti u fidili tad-dijoċesi ta’ Vittorio Veneto.
Merħba bikom fid-dar
tal-Papa!
Diġa sena ilu kontu
esprimejtu lill-Papa Ġwanni Pawlu I, li kien għadu kemm ġie elett għas-Sommu
Pontifikat, ix-xewqa ħajja li terġgħu tiltaqgħu miegħu fl-ewwel anniversarju
mill-elezzjoni tiegħu; huwa kien għal ħdax-il sena ir-Ragħaj tagħkom, u kontu
ħabbejtuh, segwejtuh, qimtuh; u, wkoll jekk sar Papa, kompla jkun ftit jew wisq
tagħkom; u b’mod ġust! U għalhekk ridtu ssibu ruħkom miegħu mill-ġdid li bla
ebda dubju qatt ma kien se jinsikom!
U minflok, hawn intom
illum, għall-pjanijiet misterjużi u imprevedibbli ta’ Alla, f’pellegrinaġġ ta’
talb fuq qabru fl-Għerien Vatikani; hawn intom, rikonoxxenti lejn l-imħabba li
kellu għalikom, imma għadkom maħsuda issa wkoll u kważi inkreduli minħabba t-tibdil
veloċi tal-affarijiet, li seħħew f’perijodu ta’ żmien hekk qasir. Imma huwa
nnifsu, il-qatt minsi Ġwanni Pawlu I, hekk affabbli u hekk għaref, bit-tbissima
tiegħu isabbarna u jinkoraġġina, waqt li jafdana lit-tjubija nfinita
tal-Providenza, li tiddisturba imma ma tikkonfondix il-pjani umani.
U nfatti intom xtaqtu
twettqu ugwalment il-pellegrinaġġ tagħkom biex tiltaqgħu mas-Suċċessur tiegħu,
magħzul mir-rieda ta’ Alla għall-Katedra ta’ Pietru. Il-pellegrinaġġ tagħkom
organizzat mis-settimanali dijoċeżan “L’Azione”, li jiċcelebra l-65°
anniversarju tal-ħajja tiegħu, dan huwa ċertifikat ta’ fidi u ta’ mħabba, u jien,
waqt li nsellmilkom bit-tislima l-iktar kordjali tiegħi u r-ringrazzjament
sinċier tiegħi, nassikurakom ukoll bil-barka speċjali tiegħi.
Infatti fid-dijoċesi
tagħkom għal ħdax-il sena Ġwanni Pawlu I setà jesponi l-kwalitajiet spiritwali
għoljin tiegħu, li mbagħad kellhom iwassluh għall-Għatba apostolika suprema.
Huwa m’għadux b’mod viżibbli iktar magħna, għaliex hekk għoġbu l-Mulej; imma
però huwa jibqà u se jibqà għal dejjem imdawwal u benefiku fil-Knisja u
fl-umanità għall-eżempjiu tiegħu u għat-tagħlim tiegħu.
Illum il-liturġija
tal-festa ta’ Santu Wistin, hija b’mod manifiku ideali biex niċċelebraw
il-figura tiegħu u biex mill-ġdid nistampawha b’mod iktar profond fi qlubna.
1. Ejjew nirriflettu
qabel xejn dwar l-umiltà tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Nistgħu ngħidu li dak li laqat
b’mod profond sa mis-snin tal-addoloxxenza tiegħu kienet iċ-ċertezza tal-imħabba
ta’ Alla u l-kobor tas-sejħa għas-Saċerdozju.
Fl-ewwel ittra tiegħu,
San Ġwann, il-fdat tal-Imgħallem Divin, jiżvelalna min hu Alla u liema hu
r-rapport bejn Alla u l-bniedem: “Alla huwa mħabba; f’dan dehret l-imħabba ta’
Alla għalina: Alla bagħat lil Ibnu uniġenitu fid-dinja, sabiex aħna jkollna
l-ħajja għalih. F’dan hija l-imħabba: ma konniex aħna li ħabbejna lil Alla, imma
huwa Hu li ħabbna u bagħat lil Ibnu bħala vittma tas-sagrifiċċju għal dnubietna”
(1Ġw 4,8-9).
Hawn hi r-rivelazzjoni
kbira u definittiva li l-“kelma ta’ Alla” newlet lill-bniedem ta’ kull żmien:
Alla huwa mħabba u l-manifestazzjoni li tiggarantixxi tali mħabba hija
l-Inkarnazzjoni tal-Verb u l-mewt tiegħu fuq is-Salib.
Il-Papa Ġwanni Pawlu I
kien dejjem inkluż b’mod intimu minn din ir-realtà tal-imħabba ġejja minn Alla u
għalhekk mill-umiltà tal-bniedem meħtieġa konsegwentement, li ma tistax
tassertixxi drittijiet jew televa lilha nfisha b’suppervja.
Barra minn hekk hu
kien dejjem konvint mill-gratwità u mill prezzjożità immensa tas-sejħa
għas-Saċerdozju, u mbagħad għall-Episkopat, li għalih dejjem kien iħossu
personalment ċkejken, imma kbir għall-ħbiberija u għall-intimità rregalati minn
Ġesù nnifsu: “Mhux intom għażiltu lili, imma jien għażilt lilkom u ħtartkom
sabiex tmorru u tieħdu l-frott u l-frott tagħkom jibqà” (Ġw 15,15).
Għalhekk huwa għex
b’mod umli u kontinwament għallem l-umiltà, u meta Ġwanni XXIII innominah Isqof
tagħkom, hu, bħal ma tafu sewwa intom, assuma bħala motto għall-arma episkopali
l-kelma “Humilitas”.
Dan kien dejjem
l-ideal tiegħu u, meta sar Papa, fl-udjenza tas-6 ta’ Settembru għaġġel igħid:
“Il-Mulej tant irraklkomandalna: kunu umli. Ukoll jekk għamiltu ħwejjeġ kbar,
għidu aħna qaddejja inutli. Minflok it-tendenza, fina lkoll, hija pjuttost
il-kuntrarju: nesponu lilna nfusna. Baxxi, baxxi: din hija l-virtù nisranija li
tirrigwarda lilna nfusna” (Ġwanni Pawlu I, Allocutio, 6 ta’ Settembru
1978: Insegnamenti di Giovanni Paolo I, pp. 51-52).
Minn dan is-sens ta’
umiltà profond u konvint, kienet titnissel il-kunfidenza estrema tiegħu f’Alla,
li huwa Missier, imħabba, ħniena u kien ukoll ibaqbaq il-ferħ tiegħu,
it-tbisdsima kostanti tiegħu, l-umoriżmu tiegħu, li jfaqqà vivaċi u perswassiv
fil-kitbiet lollha tiegħu. Il-ferħ tiegħu kien jitnissel mill-fidi u
mill-umiltà, bħal ma kien sostna Ġesù: “Dan jien għidtilkom, sabiex il-ferħ
tiegħi jkun fikom, u l-ferħ tagħkom ikun sħiħ” (Ġw 15,11).
Din kienet lezzjoni
kbira li qatt m’għandna ninsew!
2. Ejjew nirriflettu
wkoll dwar is-servizz tal-verità tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Huwa kellu l-kult
tal-verità u l-istudji kollha tiegħu u l-qari intelliġenti u metodiku tiegħu,
kienu fil-funzjoni u fil-prospettiva tal-verità u tal-aħbar tiegħu; u sa minn
żagħżugħ, minn Saċerdot u mbagħad Isqof, kien iħossu dejjem u biss fis-servizz
tal-Verità u tal-aħbar tiegħu għas-salvazzjoni tad-dinja.
L-ewwel inkwiet tiegħu
bħala Isqof f’perijodu dottrinalment tassew diffiċli għall-Knisja minħabba
ipotesi u novitajiet inkontrollati u mħawda, kienet id-difiża feroċi
tal-ortodossija u tad-dixxiplina.
Meta sar Papa,
fid-diskors tiegħu li għamel lill-kleru ta’ Ruma fis-7 ta’ Settembru 1978, waqt
li kkwota lil Santu Wistin, espona d-dmir ewlieni u prinċipali tal-Isqof,
imwettaq minnu dejjem b’mod sod: “Praesumus – kien qal Wistin – iva prosumus;
aħna l-isqfijiet nippresiedu kemm-il darba naqdu: hija ġusta l-presidenza tagħna
jekk tirrisolvi ruħha f’servizz, bi spirtu u bi stil ta’ servizz. Dan is-servizz
episkopali, iżda, jonqos li jkun hemm, jekk l-isqof ma jkunx irid jeżerċità
l-poteri li jkun irċieva. Santu Wistin kien kompla jgħid: “L-Isqof li ma jservix
lill-pubbliku, huwa biss ‘foeneus custos’, naffar tal-għasafar imqiegħed
fil-oqsma tad-dwieli, sabiex l-għasafar ma jnaqqrux l-għeneb”. Għalhekk hemm
miktub fil-
Lumen Gentium: “L-isqfijiet imexxu…
bil-parir, bil-persważjoni, bl-eżempju, imma wkoll bl-awtorità u bil-qawwa
sagra”” (Ġwanni Pawlui I, Allocutio ad clerum Urbis, 7 settembre 1978: Insegnamenti
di Giovanni Paolo I, p. 57).
Id-difiża u x-xandir
tal-Verità kien l-inkwiet tiegħu u l-miżerja tiegħu, u kien ukoll il-glorja
tiegħu, segwaċi tar-Rgħajja l-kbar l-ideali tiegħu: Santu Wistin, San Girgor
il-Kbir, San Franġisk ta’ Sales, San Alfons Marija de Liguori.
U bħal Santu Wistin,
il-Papa Ġwanni Pawlu I donnu jgħidilna: “Jekk il-fidi tagħkom torqod f’qalbkom,
Kristu b’ċertu mod jorqod fid-dgħajsa tiegħek, għaliex Kristu permezz tal-fidi
jgħammar fik. Meta tibda tħossok imħawwad, qajjem lil Kristu li hu rieqed;
qajjem mill-ġdid il-fidi tiegħek, u kun af li hu ma kabbandunakx” (S. Wistin, Enarr.
in Ps. 90, 11: PL 37,1169).
Ejjew nisimgħu kelmtu:
huwa hu surmast tal-fidi!
3. Fl-aħħarnett ejjew
nirriflettu mill-ġdid dwar it-tjubija tal-Papa Ġwanni Pawlu I. Huwa kien fehem
sewwa l-lezzjoni ta’ San Ġwann: “Ma tistax tgħid li tħobb lil Alla li ma tarahx,
jekk ma tħobbx lill-proxxmu li tarah!” (Ġw 4,20).
Ġesù kien qal
lill-Appostli: “Ħadd m’għandu mħabba ikbar minn din: tagħti ħajtek għal
ħbiebek”. U kien tahom il-kmandament il-ġdid; “Ħobbu lil xulxin bħal ma
ħabbejtkom jien!”.
Nistgħu ngħidu li
Ġwanni Pawlu I kien għamel dan il-kliem il-programm ta’ ħajtu kollha. Dejjem
pulit, amikevoli, imbissem, huwa ried li l-apostolat tiegħu u l-pastorali tiegħu
jkunu fl-ispirtu tat-tjubija u tal-karità lejn kulħadd., b’mod speċjali lejn
is-saċerdoti, il-morda, it-tfal, il-foqra.
F’komunikat
lill-fidili tad-dijoċeżi ta’ Vittorio Veneto afdati lilu, kiteb: “Inkun tassew
isqof miskin jekk ma nixtiqilkomx il-ġid”; u żied jgħidilhom: “Nistà
nassigurakom li nħobbkom, li nixtieq biss nidħol fis-servizz tagħkom u nqiegħed
għad-dispożizzjoni tagħkom il-qawwiet kollha msejknin tiegħi, dak il-ftit li
għandi u li jien”.
Barrani għall-kliem
vojt, huwa minflok irregala ħajtu kollha, billi kien imur iżur il-parroċċi u
lill-morda, lis-Saċerdoti u l-assoċjazzjonijiet, billi kien iwassal is-sabar
tiegħu lil ħutu fil-Burundi u lill-morda fil-pellegrinaġġ f’Lourdes.
U bl-eżempju u
bil-kelma dejjem u lil kulħadd għallem iħobb, bħal ma wieħed jaqra fl-ittra
manifika indirizzata lil Santa Teresa ta’ Lisieux, fejn kien kiteb: “Tfittex
il-wiċċ ta’ Kristu f’wiċċ il-proxxmu huwa l-uniku kriterju li jiggarantilna li
nħobbu bis-serjetà lil kulħadd, waqt li nissuperaw l-antipatiji, l-ideoloġiji u
filantropiji sempliċi” (Albino Luciani, Illustrissimi, “Lettera a Santa
Teresa di Lisieux”, Ed. Messaggero, Padova, pp. 206-207). U fl-aħħar Ħadd ta’
ħajtu, fir-reċita tal-Angelus ta l-aħħar tagħlim tiegħu tal-karità: “In-nies
kultant jgħidu: “Ninsabu f’soċjetà kollha mfarrka, kollha diżonesta”. Dan mhux
veru. Hawn tant għadhom tajbin, tant onesti. Pjuttost, x’nagħmlu biex nemeljoraw
is-soċjetà? Jien ikolli ngħid: kull wieħed minna jfittex li jkun tajjeb hu u
biex jinfetta lill-oħrajn bi tjubija mgħaddsa fil-manswetudni u l-imħabba
mgħallma minn Kristu” (Giovanni Paolo I, Allocutio, 24 settembre 1978: Insegnamenti
di Giovanni Paolo I, p. 93). Dan kien it-testment tiegħu ta’ mħabba,
konċentrata b’ottimiżmu nisrani qalbieni, li għandna nżommu prezzjuż u nqegħduh
fil-prattika.
Għeżież Saċerdoti u
fidili! Kemm affarijiet għallimna l-Papa Ġwanni Pawlu I! Fortunati intom li għal
tant snin stajtu tgawdu l-preżenza ta’ missier hekk twajjeb!
Hu minkejja mgħaddas
fil-“belt tal-bnedmin”, biex jilluminakom u jservikom, kien iħossu membru tal-“belt
ta’ Alla”, u waqt li kien idur lejn Kristu setà dejjem jgħid bħal Santu Wistin:
“Lilek biss inħobb, lilek biss insegwi, lilek biss infittex u jien dispost li
nkun suġġett biss għalik, għaliex int biss teżerċita d-dominju b’ġustizzja u
jien nixtieq li nkun minnek immexxi” (S. Wistin, Soliloquia, 1,1,5-6).
Dan hu jgħidu għalina
wkoll, li għadna Pellegrini fuq din l-art! Ejjew nagħmlu tagħna t-talba li hu
kien soltu jirreċta: “Mulej, aċċettani kif jien, bid-difetti tiegħi, bin-nuqqasijiet
tiegħi, imma agħmel li nsir kif tixtieqni int”.
Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb
|