Aktar mill-Papa Ġwanni Pawlu II ...

RITI FUNEBRI TAL-KARDINAL ALBERTO DI JORIO

OMELIJA TAL-QDUSIJA TIEGĦU ĠWANNI PAWLU II

Il-Ħamis, 6 ta’ Settembru 1979

 

Sinjuri Kardinali, Venerabbli Ħuti, Għeżież uliedi.

Illum ninsabu hawn miġbura għaċ-ċelebrazzjoni liturġika tal-Funeral tal-mibki Kardinal Alberto di Jorio, imsejjaħ biex jagħmel parti mill-Kulleġġ Sagru minn Ġwanni XXIII, ta’ tifkira feliċi, sa mill-1968. L-ark kollu ta’ ħajtu twila kien offrut għas-servizz tal-Mulej u tal-Knisja. B’mod partikolari, huwa offra parti kbira minnha lil din is-Sede Apostolika, li għaliha  offra l-aqwa eneeġiji tiegħu.

Għandna, għalhekk fil-konfront tiegħu dmir ta’ rikonoxxenza, li għal darb’oħra llum, hawn, b’mod pubbliku, qegħdin inwettqu, quddiem il-Mulej.

L-eżistenza terrena kollha tiegħu tistà tiġi miġbura madwar dawn it-tliet karatteristiċi: huwa kien saċerdot tajjeb, amministratur żeluż, benefattur ġeneruż. Ta’ l-ewwel waħda hija ndikanti l-attività multipla tal-ministeru sagru, eżerċitata sa mill-ewwel snin tal-Presbiterjat; it-tieni hija ppruvata mill-għaxar sninijiet varji ta’ servizz kemm ta’ Vikarjat ta’ Ruma kif ukoll lis-Santa Sede; tat-tielet huma dokumenti elokwenti diversi inizjattivi ta’ promozzjoni soċjali, kulturali u ekkleżjali.  Dawn huma ta’ kwalità tajba u ta’ opri tajba li l-Mulej bla ebda dubju japprezza, hekk bħal ma faħħar, alavolja f’termini ta’ parabbola, lil dak il-qaddej tajjeb u fidil, li kien seħħlu jiffruttifika fil-wisgħa t-talenti li kien irċieva, billi ma żammhomx għalih, imma billi tahom lil sidu mmultiplikati (cf. Mt 25, 14-21). Imbagħad, il-premju għal servizz hekk ta’ kuljum, fidil u fertili, ma jistax ma jiġix mill-Mulej innifsu, u aħna ninsabu hawn propju biex nitolbuh għalih, kbir u bejatifikanti.

Hija l-liturġija nfisha li torjentana għal dan il-għan, u tkompli iktar tagħni l-meditazzjoni tagħna permezz tal-qari bibbliku li għadna kemm smajna. It-tlieta li huma huma ċċentrati fuq it-tema tal-komunjoni ma’ Alla, li diġa tibda f’din il-ħajja permezz tal-fidwa ipptovduta għalina minn Kristu, u mbagħad tiffjorixxi f’dik futura u li ma tinżel qatt, ‘il hemm mill-istorja.

Fil-Vanġelu ta’ Ġwanni, Ġesù jiddikjara sollennament li hija rieda bla ħabi tal-Missier ċelesti “li kull min jara l-Iben u jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6, 40). Imma fis-sens ġovannesk, il-“ħajja eterna” mhijiex riservata biss għall-futur fid-dinja l-oħra, imma hija dik li titwettaq diġa minn issa fl-aċċettazzjoni tal-fidi għal-Logos divin, inkarnat f’din id-dinja hekk li hija, fl-intern tal-eżistenza storika tagħna, hekk iffullata bl-impenji, ta’ attivitajiet, ta’ preokkupazzjonijiet, issir prinċipju sigriet imma dinamiku ta’ prova u ta’ bidla tal-esseri u tal-aġir tagħna. Dan huwa l-prinċipju nisrani u saċerdotali, li bla dubju ggwida u spira l-eżistenza tal-Mejjet eminenti u li għandu jibqà l-bażi tal-ħajja ta’ kull imgħammed.

Il-possibilità nfisha ta’ din ir-realtà meraviljuża hija mogħtija mill-fatt li, kif iħabbar San Pawl fit-tieni qari, “waqt li kien għadna midimbin, Kristu miet għalina” (Rm 5, 8), waqt li waqqà saħansitra r-regoli umani tal-eroiżmu, li setà jwassal l-iktar l-iktar “biex imut għal wieħed ġust” (Rm 5, 7). Dak li Kristu għamel fuq is-salib huwa, minn banda, mottiv effikaċi tal-fidwa jew rikonċiljazzjoni tagħna ma’ Alla (cf. Rm 5, 10), imma min-naħa l-oħra għandu saħansitra jsir stimulu u parametru tal-imġieba tagħna ta’ kuljum: inqiegħdu l-ħajja għall-bnedmin ħutna, u b’mod speċjali għal dawk l-iktar foqra, linqas meqjusa, dawk li huma emarġinati minn kalkolu uman iżżejjed. Huwa propju hawn, fl-aħħar minn l-aħħar, li tiddi s-sbuħija tal-Kristjaneżmu, jiġifieri f’imħabba assolutament gratwita, ħielsa minn motivazzjonijiet apparixxenti, diżinteressati u allura purissma. Din hija l-imġieba ta’ Alla nnifsu.

Huwa għal dawn il-premessi li għandhom enfasi kbira l-kliem tal-ewwel qari mill-Ktieb tal-Għerf: “L-erwieħ tal-ġusti huma f’idejn Alla… dawk li huma fidili lejh jgħixu qribu fl-imħabba” (Sap 3, 1-9). In-nisrani huwa “ġust” mhux bis-saħħa propja u nterna tiegħu, imma b’don divin liberu u adorabbli, li iżda jsir ispiratur u promutur ta’ operożità, jiġifieri prinċipju ta’ karità, fl-għixien ta’ kuljum. U hawn, infatti, jitqies li nkunu “fidili” lejn Alla, Huwa hawn, infatti,, li titkejjel “il-fedeltà” lejn Alla, għaliex fidili lejn imħabbtu, fil-prattika, huwa possibbli biss permezz ta’ mħabbitna. U x’inhi l-ħajja wara l-mewt, jekk mhux propju t-trijonf definittiv ta’ komunjoni indistruttibbli u reċiproka. Għalhekk “jgħixu qrib tiegħu fl-imħabba” dawk li diġa f’din l-eżistenza storika jgħixu jew għexu b’mod kompjaċenti ma’ dan l-iskop suprem, li ma jinsabx biss b’mod kronoloġiku fi tmiem il-mixja terrena, imma diġa b’mod ideali jiddominaha, anzi jifforma minn ġewwa t-total tal-jiem tagħna.

Għalhekk ejjew nitolbu lill-Mulej, sabiex ir-ruħ tal-Kardinal Alberto di Jorio, mifdija minn Kristu u mogħtija lill-Knisja Mqaddsa li tgħallem il-karità, parteċipi b’mod effettiv u totali tad-dawl, tal-paċi u tal-imħabba bla tmiem.

 

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb