LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

"Flimkien għall-Ewropa"

12 ta’ Mejju 2012

L-impenn ta’ 300 Moviment u Komunità minn Knejjes insara differenti fi Brussell u f’aktar minn 130 belt fil-kontinent. ...

Aktar dettalji ...>


Nhar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2012, bejn it-3.00 u l-4.00 ta’ wara nofsinhar, f’żoni ta’ ħin differenti, mijiet ta’ eluf ta’ żgħżaġh se jkunu l-protagonsti ta-tielet ġirja dinjija tar-relay. Żgħażagħ ta’ razza, kultura u reliġjon differenti se jiġru magħqudin f’diversi postijiet madwar id-dinja biex jagħtu xhieda tal-impenn tagħhom għall-paċi … 

Kompli aqra … >


MIXJA GĦAL DINJA MAGĦQUDA  B'LOGĦOB U

LINK-UP INTERNAZZJONALI

GĦALL-ADOLOXXENTI

It-Teens4Unity mill-Moviment tal-Fokolari, flimkien mal-MUSEUM u ŻAK qed jistiednu lil-adoleoxxenti ta’ bejn l-10 u s-16-il sena biex jieħdu sehem magħhom f’mixja għal dinja magħquda li ser issir nhar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2012.   Il-mixja tibda’ fis-2.00 pm mill-Palazz tal-President ġewwa l-ġonna ta’ San Anton u tintemm fl-4.00 pm fl-amfitejatru f’ Ta’ Qali.  Ikun hemm ukoll kant, logħob u link-up internazzjonali. 

Aktar dettalji …>


 

 

 

 

"Il-Fundaturi ta'Flimkien għall-Ewropa"

il-ħsieb ta’ dawk li taw bidu għal dan il-proġett

Chiara Lubich,  Moviment tal-Fokolari

Għalfejn irriduh dan?  Għax inħobbu ‘l-Ewropa u naraw li mhijiex dak li  għandha tkun.  Aħna naħsbu li anki jekk il-proġett ta’ unifikazzjoni jseħħ,  imma l-Ewropa ma tkunx dik li nixtiequha aħna. Ikun jonqosha l-aktar ħaġa importanti, il-parti spiritwali”.    “Kull moviment, komunità,  opra hu tweġiba għad-dalma kollettiva li qed taħkem lid-dinja.  Minn kull wieħed minnhom joħroġ  dawl  ġej mill-Ispirtu s-Santu u  hu tweġiba għal xi sfumatura partikulari ta’ dan id-dlam  u jibni xibka tal- imħabba  tal-aħwa. Hemm bżonn, issa aktar minn qatt qabel, li  dawn ix-xbieki  jitwessgħu u li permezz tal-imħabba ta’ bejnietna niffurmaw xibka kbira li fiha lkoll inħossuna aħwa ta’ xulxin”.

 

Helmut Nicklas, YMCA Munich

Dak li għandna xi ngħidu mhumiex biss ideat, imma fatti li sperimentajna u għexna flimkienGħalhekk  nixtieq ngħid li l-Ewropa għandha tkun kuntenta li fil-qalba tagħha hemm poplu t’Alla  li issa ilu  xi żmien jgħix din l-għaqda, din il-koperazzjoni, din il-komunjoni. Twieldet xibka u aħna kuntenti li nwasslu  lill-Ewropa biex issir realtà, spazju fejn wieħed  jgħix kuntent”.

 

 

Andrea Riccardi, Komunita ta’ Sant Eġidio

"Flimkien għall-Ewropa għandha ssir moviment ta’ sentimenti, ta’ ideat.... biex il- ħerqa għall-għaqda tegħleb ir-riġidità u l-fruntieri.  Din mhijiex manifestazzjoni sabiħa, imma  hi espressjoni ta’ destin li aħna l-insara nħossuh bħala sejħa, bħala  opportunità għan-nies ta’ pajjiżna, bħala  rigal  għad-dinja kollha kemm hi. Dan hu kurrent profond fl-istorja. U fl-aħħar, dan il-kurrent  għad  ifawwar bl-entużjażmu u jkaxkar  għal warajh”.

 

 

 

Gerhard Proß, Treffen von Verantwortlichen/YMCA Esslingen

 

“L-għaqda hi possibbli, hi realtà: dan hu li qed nisperimentaw flimkien. Ġesù waqqa’ l-ħitan tal-firda, sibna ruħna flimkien u fhimna lil xulxin b’mod profond; fhimna r-ruħ ta’ xulxin u din kienet għalija l-aktar ħaġa kbira. Naturalment  l-affarijiet mhux ser  jiefqu biss fuq din il-komunjoni ta’ bejnietna, imma ser iwassluna biex inkunu “Flimkien għall-Ewropa”, għas-soċjetà tagħna”.

 

 

Sr. Anna-Maria aus des Wiesche, Fraternità  ta’ Kristu ta’ Selbitz

 

 

Nemmen li jekk niskopru l-valuri ta’ Alla,  il-bniedem jkunu jista’ mill-ġdid jieħu n-nifs u anki s-soċjetà.   Jeħtieġ li  flimkien nuru b’mod  viżibbli  l-ispazju interjuri li fih jgħammar Alla u ngħinu lill-bnedmin biex isibuh”.

 

 

 

 

Michelle Moran, Sion Community/ICCRS

 

Fi Flimkien għall-Ewropa ma nitkellmux dwar ekumeniżmu, imma din hi realtà li ngħixuha flimkien. Nitilqu mill-għaqda ta’ bejnietna.... ġejjin minn esperjenzi differenti, minn espressjonijiet diversi, imma aħna magħqudin biex inwettqu missjoni komuni, skop komuni u dan hu li ngħidu lill-Ewropa: “Nistgħu ngħixu l-unità,  nimmanifestaw ir-rikonċiljazzjoni u  nuru li għall-kontinent tagħna hemm il-ħajja u t-tama”.

 

 

Christophe d’Aloisio, Syndesmos

 

 

Għalija dawn il-mumenti huma bħall-ponta  tal-ajsberg, dan il-Ġisem ta’ Kristu li jinsab fid-dinja biex jagħtiha ruħ, biex ikun il-melħ tal-art”.

 

 

 

 

Gerard Testard, Fondatio

 

Mixjin fit-triq li fetħu l-fundaturi tal-Ewropa u dawk li matul il-mixja tal-istorja rrifjutaw il-fatalità tal-konflitti u impenjaw ruħhom biex ixejnu  l-firdiet.  Il-vera sfida tallum hu l-ġejjieni.  Ser inkunu nafu kif nittrasformaw din it-tqanqila ta’ fraternità̀ f’realtà li tħalli impatt fuq il-ġejjieni tal-Ewropa?”

 


Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org