LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

"Flimkien għall-Ewropa"

Il-Fundaturi

Min kienu dawk li taw bidu għal dan il-proġett u x'kien il-ħsieb tagħhom?

Ara d-dettalji  ...>


Nhar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2012, bejn it-3.00 u l-4.00 ta’ wara nofsinhar, f’żoni ta’ ħin differenti, mijiet ta’ eluf ta’ żgħażagħ se jkunu l-protagonsti tat-tielet ġirja dinjija tar-relay. Żgħażagħ ta’ razza, kultura u reliġjon differenti se jiġru magħqudin f’diversi postijiet madwar id-dinja biex jagħtu xhieda tal-impenn tagħhom għall-paċi … 

Kompli aqra … >


MIXJA GĦAL DINJA MAGĦQUDA  LOGĦOB U LINK-UP INTERNAZZJONALI

GĦALL-ADOLOXXENTI

It-Teens4Unity mill-Moviment tal-Fokolari, flimkien mal-MUSEUM u ŻAK qed jistiednu lil-adoleoxxenti ta’ bejn l-10 u s-16-il sena biex jieħdu sehem magħhom f’mixja għal dinja magħquda li ser issir nhar is-Sibt, 12 ta’ Mejju 2012.   Il-mixja tibda’ fis-2.00 pm mill-Palazz tal-President ġewwa l-ġonna ta’ San Anton u tintemm fl-4.00 pm fl-amfitejatru f’ Ta’ Qali.  Ikun hemm ukoll kant, logħob u link-up internazzjonali. 

Aktar dettalji …>


"Flimkien għall-Ewropa" - 12 ta’ Mejju 2012

L-impenn ta’ 300 Moviment u Komunità minn Knejjes insara differenti fi Brussell u f’aktar minn 130 belt fil-kontinent.  Akkoljenza u Integrazzjoni, Paċi, Ekonomija, Ambjent, Familja huma xi wħud mis-suġġetti li ser ikunu affrontati.

 

Fit-12 ta’ Mejju 2012 il-belt ta’ Brussells ser issir iċ-ċentru ta’ poplu li jrid juri d-dinamiżmu ta’ dik l-imħabba tal-aħwa li ġa teżisti fil-kontinent. Din it-tielet edizzjoni internazzjonali ta’ Flimkien għall-Ewropa qed tiġi definita bħal biċċa mużajk magħmula minn nies ta’ kull età, ġejjin minn 300 moviment u għaqdiet insara differenti li ser jinġabru fl-istess ħin fi Brussells u f’aktar minn 130 belt oħra fl-Ewropa. Malta ser tipparteċipa kemm b’delegazzjoni li ser titla’ Brussell kif ukoll b’avveniment lokali: Run4Unity. L-Eċċellenza Tiegħu il–President ta’ Malta, Dr. George Abela ser jagħmel il-ftuħ uffiċċjali tar-Run4Unity.

Paċi, ekonomija, djalogu interkulturali u akkoljenza, responsabbiltà soċjali u ċittadinanza parteċipattiva, ambjent, il-problematika tal-familja, l-attenzjoni għall-ġenerazzjonijiet ġodda ser ikunu xi wħud mis-suġġetti trattati, anki permezz ta’ esperjenzi u proposti.

Iċ-ċentru tal-ġrajja tat-12 ta’ Mejju ser tkun il-laqgħa fis-Square Meeting Centre fi Brussell, li għaliha ser jattendu rappreżentanti ta’ movimenti, għaqdiet u

komunitajiet mill-Ewropa kollha, flimkien ma’ personalitajiet mill-qasam politiku, istituzzjonali u kulturali ewropew. Fost affarijiet oħra, fil-programm hemm il-messaġġ ( video) ta’ Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-kontribut ta’ Romano Prodi u l-interventi ta’ Maria Voce (Fokolari), Andrea Riccardi (Sant’Eġidio) u Thomas Römer (YMCA ta’ Monaco.

Fil-fatt, l-għan ta’ din l-edizzjoni ta’ Flimkien għall-Ewropa huwa n-nisġa tar-realtà vitali li qed jipproduċu l-għaqdiet - bis-sehem ta’ adulti, żgħażagħ u tfal - mal-operat fil-qasam publiku li qed jitwettaq minn dawk li jiddeterminaw l-aġenda internazzjonali.

Fil-kriżi li l-Ewropa għaddejja minnha u li qed tinħass f’ diversi oqsma, Flimkien għall-Ewropa hi manifestazzjoni ta’ komunjoni, ta’ responsabbilta u ta’ xewqa kbira għall-ġid tal-familja Ewropeja kollha, għall-ġid ta’ Ewropa li ma tħarisx biss lejha nnifisha imma li tagħraf id-destin komuni li għandha flimkien ma’ dak tal-kontinenti l-oħra. Din il-manifestazzjoni trid turi wkoll li flimkien nistgħu nittamaw u naħdmu bl-enerġiji u l-ideat li jiġu mill-kariżmi u d-doni differenti li Alla ta lil dawk il-gruppi kollha li qed jippromwovuha.

Fit-tmiem ta’ din il-convention, waqt kollegament dirett permezz tas-satellita u l-internet ser jitħabbar manifest finali indirizzat lill-istituzzjonijiet u liċ-ċittadini tal-Ewropa.

Idħol fil-Forum tal-LAIKOS u ħallilna l-kummenti tiegħek.  Napprezzawhom ħafna. ...>


IVA

 

Iva għar-Responsabbiltà

Iva għall-Ħolqien

Iva għal Ekonomija Ġusta

Iva għas-Solidarjetà

Iva għall-Ħajja u għall-Familja

Iva għall-Paċi

Ikklikkja hawn ...>

 

 

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org