Talba għall-Aħħar tas-Sena
Minn Don Tonino Bello
Hawn aħna, Mulej, quddiemek.
Bla nifs, wara mixja twila ta’ sena sħiħa.
Imma jekk inħossuna bla nifs, eżawriti,
mhux għax imxejna xi mixja twila ħafna.
Inħossuna eżawriti għaliex, sfortunatament,
ħlejna saħħitna fit-toroq li vvintajna aħna, kif
ridniehom aħna, u mhux fit-toroq tiegħek:
Imxejna fil-mogħdijiet twal u mserrpa tar-ras iebsa
tagħna, u ma tajniex każ tas-sinjali tat-traffiku li
turina l-Kelma tiegħek;
afdajna wisq fis-suċċess tal-manuvri tagħna, minflok
fis-sempliċita li nintelqu f’idejk.
Forsi qatt, bħal f’dan it-tmiem tas-sena, ma
nisimgħu kemm il-kliem ta’ Pietru jgħodd għalina:
“Ħdimna l-lejl kollu, u ma qbadna xejn”.
Imma xorta waħda, irridu nirringrazzjawk xorta
waħda.
Għax, meta inti tgħinna nikkontemplaw dwar il-faqar
tal-ħsad tagħna,
int tkun qed tgħinna nifhmu li mingħajrek,
ma nistgħu nagħmlu xejn.
Imma hemm raġunijiet oħra, Mulej, li, fl-aħħar
tas-sena,
iħeġġuna biex nirringrazzjawk.
Nirringrazzjawk, Mulej,
talli żammejtna fl-imħabba tiegħek.
Nirringrazzjawk li tkompli tafdana.
Grazzi, għax inti mhux biss tittollerana,
imma tagħtina x’nifhmu li ma tistax tgħaddi
mingħajrna.
Grazzi, Mulej, għax int ma taqtax qalbek minna, u qatt ma tħammrilna wiċċna għall-infedeltajiet tagħna.
Għall-kuntrarju, inti tpoġġi f’qalba xewqa hekk qawwija li nkunu persuni aħjar, li diġa qed naraw is-sena l-ġdida bħala żmien ta’ tama biex infejqu l-inkwiet li għaddejna minnu.
Neħħilna, Mulej, kull dell ta’ arroganza.
Libbisna bl-ilbies tal-ħniena u tal-ħlewwa.
Għatina futur mimli grazzja u dawl
u b’imħabba kbira għall-ħajja.
Għinna nagħtu dak kollu li aħna u dak kollu li
għandna lilek.
U jalla l-Verġni Ommok trattbilna qalbna.
Sakemm jibda ħiereġ id-dmugħ minn għajnejna.
Ammen.
Miġjub mit-Taljan għll-Malti minn Fr Roy Galdes