Jiftaħ is-Sinodu tal-Isqfijiet Vatikan: Ħadd, 7 Ottubru 2012. – F’quddiesa ċelebrata fi Pjazza San Pietru, il-Papa Benedittu XVI inawgura it-13-il sessjoni ordinarja tas-Sinodu tal-Isqfijiet. It-tema f’dan is-Sinodu hija l-“Evanġelizzazzjoni Ġdida għat-tixrid tal-Fidi Nisranija”. Fost il-262 isqof li qed jieħdu sehem hemm ukoll l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech li qiegħed jirrapreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija. “Il-Knisja teżisti biex tevanġelizza”, qal il-Papa Benedettu XVI fl-omelija tiegħu. “Iżda kull evanġelizzazzjoni trid tibda dejjem minn Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla” Ara l-Omelija tal-Papa bil-Malti ⇨ Ara filmat taċ-ċerimonja kollha ⇨ Franco Miano fis-Sinodu (Miano hu l-President tal-Azzjoni Kattolika) Messaġg ta’ ferħ u tama
Vatikan, 8 Ott. 2012 Fl-istess konferenza stampa tat-Tnejn, 8 ta’ Ottubru, minbarra il-Kardinal Wuerl, tkellem ukoll l-Arċisqof Claudio Maria Celli li fakkar kif il-Papa Ġwanni XXIII fetaħ il-Konċilju Vatikan II bil-kliem, “tifraħ ommna l-Knisja” u wera x’xewqa tiegħu li dan is-Sinodu jwassal lid-dinja nota ta’ ferħ, ferħ li ġej mill-għarfien li Alla jħobbna u jħobb lill-umanità kollha. Huwa qal, “Nittama Ii dan is-Sinodu jgħinna lkoll noħolmu u nittamaw.” FIDI U XJENZA FIS-SINODU Belt tal-Vatikan – L-attenzjoni prinċipali waqt is-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-evanġelizzazzjoni l-ġdida li beda ‘l bieraħ se tmur lejn id-djalogu bejn il-Fidi u x-Xjenza. Rebbieħ tal-Premju Nobel se jindirizza lil 250 isqof minn madwar id-dinja miġburin għas-sinodu, dwar dan is-suggett. L-Arcisqof Nikola Eterovic, Segretarju Ġenerali tas-sinodu, kellem lill-ġurnalisti dwar il-pjanijiet tas-sinodu li jintemm fit-28 ta’ Ottubru. L-attenzjoni tat-13-il assemblea generali tas-Sinodu tal-Isqfijiet se tkun: L-Evanġelizzazzjoni l-Ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija. Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, waqt konferenza stampa, l-Arcsiqof qal lill-ġurnalisti li l-mikrobijolgu Werner Arber, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-mediċina u l-fiżjoloġija, se jkun il-mistieden speċjali li se jkellem lis-Sinodu nhar it-12 ta’ Ottubru. Ix-xjenzjat se jagħmel riflessjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn ix-xjenza u l-fidi. |