Stampa test biss ...>

MARIJA LI TITLOB
MAL-POPLU
Ħsibijiet għal waqt il-Mixja ta’ Fidi
flimkien ma’ Marija, Sultana tal-Familja
15 ta’ April 2011
DAĦLA
Kważi eżattament sena ilu, fit-18 t’April 2010,
meta ġie jżurna l-Qdusija Tiegħu l-Papa Bendittu
XVI, f’riġlejn ix-xbieha tal-Madonna ta’ Pinu
wara l-quddiesa li saret fuq il-Fosos
tal-Furjana, il-Papa preżenta warda tad-deheb
lill-Madonna u fl-istess ħin waslilna dan
il-messaġġ:
“Meta
intom tirringrazzjaw, meta jkollkom
intenzjonijiet partikolari tat-talb, u meta
titolbu l-protezzjoni tas-sema għall-maħbubin
tagħkom, hija d-drawwa tagħkom li dduru lejn
l-Imqadda Verġni Marija, Omm il-Knisja u Omm
tagħna. Jien naf bid-devozzjoni partikolari
tal-poplu Malti lejn Omm Alla, espressa b’fervur
kbir lill-Madonna ta’ Pinu, u għalhekk għandi
pjaċir nieħu l-okkażjoni biex nitlob quddiem
ix-xbieha tagħha miġjuba hawn apposta minn
Għawdex għal din l-okkażjoni.
Jien nieħu wkoll pjaċir nippreżenta Warda
tad-Deheb lilha, bħala sinjal tal-imħabba
filjali li naqsmu lejn Omm Alla. Nitlobkom
b’mod partikolari li titolbuha taħt it-titlu
“Sultana tal-Familja”, titlu miżjud mal-Litanija
ta’ Loreto mill-maħbub predeċessur tiegħu,
il-Papa Ġwanni Pawlu II, li f’aktar minn
okkażjoni waħda żar dawn ix-xtut.”
Bħalma komunita’ nisranija f’Malta jeħtieġ li
nilqgħu l-istedina tal-Vigarju ta’ Kristu fostna
biex nitolbu lil Marija, b’mod partikolari,
bħala s-Sultana tal-Familja. Forsi l-isbaħ mod
kif aħna nistgħu nilqgħu din l-istedina hija
billi nitolbu r-Rużarju fil-familja
u għall-familja. Dan kien
l-appell imħeġġeġ tal-Papa Ġwanni Pawlu II –
dalwaqt Beatu – fis-sena iddedikata lir-rużarju
(2002-2003).

Din is-sena, il-Mixja ta’ Fidi li se nagħmlu ma’
Marija Addolorata, hija waħda partikulari ħafna.
Se nkunu qed nitolbu l-interċessjoni ta’ Marija
għal pajjiżna, għas-soċjeta’ Maltija, u
għall-familja Maltija li hija l-pedament
tas-soċjeta’. Id-dulur ta’ Marija, kważi elfejn
sena ilu, kien minħabba l-Passjoni u l-Mewt ta’
Binha Ġesù. Tista’ omm ta’ din l-art ma tbatix u
tibki u jkollha qalbha maqsuma quddiem
il-kefrija murija lil binha? Mhux hekk tagħmel
kull omm? Marija tbati ma’ Binha Ġesù.
Hi
baqgħet wieqfa taħt is-salib tal-Feddej. Marija
– għalkemm glorjuża fis-sema – illum xorta
għandha qalbha maqsuma quddiem l-uġigħ
tal-familji.
Marija turi kompassjoni kbira u tieqaf magħna,
speċjalment fejn hemm il-firda u d-dnub. Imma
Marija tfakkarna fil-kliem li qalet
lill-qaddejja fit-tieġ ta’ Kana, “Agħmlu dak li
jgħidilkom hu”.
Marija llum tfakkarna fir-rieda ta’ Alla favur
iż-żwieġ kif ħalqu Hu. Marija tfakkarna
fir-responsabilta’ tagħna li nagħmlu minn kollox
biex inħarsu l-Vanġelu taż-żwieġ u l-familja.
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’..
Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
INNU
– Jitkanta innu Marjan jew
numru ta’ strofi minn Stabat Mater
- Wieqfa kienet imbikkija.
Ara t-test kollu ta'
Stabat Mater bil-Malti ... ikklikkja
hawn .... >
Il-familja fi żminijietna tinsab taħt diversi
attakki li jmorru kontra d-dinjita taż-żwieġ u
l-familja, fosthom id-divorzju u l-abort. Konxji
li, kif jgħallimna l-appostlu missierna San
Pawl, “il-ġlieda tagħna m’hijiex kontra d-demm u
l-laħam, imma kontra s-Setgħat, kontra
l-Qawwiet, kontra l-Prinċpijiet ta’ din id-dinja
ta’ dlamijiet, kontra l-ispirti ħżiena li
jgħammru fil-wisa’ tas-smewwiet”
(Efes 6, 12),
jeħtieġ li nagħtu widien għal kliem il-Papa
Benedittu XVI waqt li kien qed isellem
lill-pellegrini tal-lingwa taljana fl-udjenza
ġenerali tal-6 t’Ottubru 2010, meta qalilhom li
“ir-rużarju huwa talba partikolari tal-Knisja u
arma spiritwali għal kull wieħed minnha”.
F’din it-taqbida, San Pawl iħeġġiġna biex
nitolbu: “Itolbu dejjem fl-Ispirtu, b’kull xorta
ta' talb u f'kull ħtieġa, ishru fih bla ma
tieqfu, u itolbu għall-ħtiġiet tal-qaddisin
kollha” (Efes 6, 18).
It-talba
tar-rużarju issir tassew talba partikolari
tal-Knisja!

Benedittu XVI qalilna wkoll li r-rużarju huwa
“arma spiritwali”. Dan għaliex ir-rużarju huwa
talba mibnija fuq il-Kelma ta’ Alla. Dwar
il-Kelma, San Pawl jgħidilna: “aqbdu x-xabla ta’
l-Ispirtu li hi l-kelma ta' Alla” (Efes 6, 17).
F’dan id-dawl, ir-rużarju huwa tassew ix-xabla
tal-Ispirtu!
Mis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, titnissel il-fidi:
“il-fidi, mela, tiġi mis-smigħ, u s-smigħ
mix-xandir tal-kelma ta’ Kristu.” (Rum 10, 17).
Fit-taqbida tagħna kontra l-ħażen il-fidi hija
t-tarka tagħna: “ħudu f'idejkom it-tarka
tal-fidi; li biha tistgħu titfu l-vleġeġ kollha
tan-nar tal-Ħażin” (Efes 6, 16).
F’dan id-dawl ir-rużarju huwa tassew it-tarka
tagħna!
F’dan id-dawl u biex nagħtu widien għas-sejħa
ta’ Ġwanni Pawlu II ħalli nagħrfu r-rużarju
bħala talba biblika tal-familja u
għall-familja, illum f’din il-mixja ta’ fidi
mal-Madonna tad-Duluri, se nużaw ħames siltiet
mill-Kelma ta’ Alla li jxandrulna aspetti minn
dak li nistgħu nsejħulu l-Evanġelju
tal-Familja. Jekk dawn is-siltiet nitolbu
bihom mal-Verġni Marija, l-Immakulata
Kunciżżjoni, Imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem, u s-Sultana tal-Familja, fil-familji,
parrocci, għaqdiet u movimenti tagħna, ikun mezz
biex, bil-qawwa tat-talb, insaħħu l-familji
tagħna u fl-istess ħin nintercedu għall-familji
kollha.
Il-familji li jagħmlu dan ikunu qed jilqgħu
l-istedina tal-Isqfijiet tagħna meta fl-Ittra
Pastorali għar-Randan 2011, Loġika ta’ Alla –
Loġika ta’ Kristu, kitbulna: “Iktar ma
ż-żwieġ ta’ koppja jkun sabiħ, iktar għandha
tħossha msejħa biex tħares b’imħabba lejn dawk
li qegħdin ibatu mill-falliment taż-żwieġ
tagħhom u tagħti s-sehem tagħha biex tgħinhom”.
Din l-istess ittra huma għalquha: “Naqsmu
magħkom il-missjoni biex nitolbu lil Alla
l-Missier, flimkien ma’ Sidna Ġesù Kristu,
bl-interċessjoni ta’ Sidtna Marija, biex nibnu
dan il-Pjan b’qima lejn Alla l-Missier”.
Jalla it-talba tar-rużarju tkun wieħed
mill-mezzi biex inwettqu din il-missjoni.
* * * * * * * * * * * *
Fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu
s-Santu. Amen.
Alla tagħna, isma’ t-talb tagħna,
eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu
s-Santu,
kif kien fil-bidu, issa u dejjem,
u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Qabel it-tħabbira ta’ kull misteru
Marija Santissima wrina li inti ommna:
għalik jisma’ t-talb tagħna,
dak li twieled għalina
u ried ikun bniedem bħalna.
O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna,
eħlisna min-nar ta’ l-infern,
ħu l-ġenna l-erwieħ kollha,
l-aktar dawk li għandhom bżonn
tal-ħniena tiegħek.
Wara r-riflessjoni ta’ kull misteru tintalab
it-talba tal-Missierna, Sliema
għal għaxar darbiet u Glorja.
L-Ewwel Misteru:
Il-ħolqien tal-familja
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi
(Ġen 2, 7, 21-24; 1, 27-28)

Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta'
l-art u nefahlu fi mnifsejh nifs
il-ħajja, u l-bniedem sar ħlejqa hajja… U
l-Mulej Alla tefa’ nagħsa tqila fuq il-bniedem;
u dan raqad. U hadlu wahda minn kustiljih u
flokha mlieh bil-laham. U l-Mulej Alla sawwar
il-kustilja, li kien ha mill-bniedem, f'mara u
giebha lill-bniedem. Mbaghad il-bniedem qal:
“Din id-darba din hi għadma minn għadmi, u
laham minn lahmi, ghalhekk tissejjah mara,
ghax mir-ragel ittiehdet hi.” Għalhekk ir-ragel
ihalli lil missieru u lil ommu u jinghaqad ma'
martu u jsiru gisem wiehed… Alla halaq
il-bniedem fuq xbihietu fuq xbihat Alla halqu,
ragel u mara halaqhom. U berikhom Alla u
qalilhom: “Nisslu u oktru, u imlew l-art”.
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
Riflessjoni mill-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet
ta’ Malta u Għawdex għar-Randan 2011
Alla kellu pjan għaż-żwieġ u l-familja. Kien
l-ikbar don li Alla ta lill-bniedem. Dan il-pjan
kien ibbażat fuq id-dinjita’ ta’ kull bniedem,
raġel u mara, li tiġi mhux minn kultura iżda
għax ġew maħluqin indaqs xbieha ta’ Alla; id-don
ta’ Alla tal-mara lir-raġel u tar-raġel
lill-mara; il-ġibda li poġġa fil-bniedem li
mbagħad il-bniedem jeħodha f’idejh u jagħmilha
mħabba stabbli – “ġisem wieħed”. Dan il-pjan
kollu sawru Alla biex permezz tiegħu jitwieldu
bnedmin ġodda mdawrin minn din l-istabbilita’
ta’ mħabba fit-tnissil u t-trobbija tagħhom (ara
Ġen 1 u 2). Tant huma marbutin ma’ xulxin
l-elementi kollha ta’ dan il-pjan, li meta żwieġ
jitkisser dan il-ġid jintilef.
Silta mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa
Ġwanni Pawlu II dwar il-Familja, Familiaris
Consortio
(para. 28)
Alla, bil-ħolqien tar-raġel u l-mara xbieha
tiegħu, temm u wassal għall-perfezzjoni egħmil
idejh. Sejħilhom biex b’mod speċjali jissieħbu
f’imħabbtu u f’setgħetu wkoll bħala Ħallieq u
Missier, biex bit-tisħib ħieles u responsabli
tagħhom jingħata d-don tal-ħajja lill-bniedem.
“Berikhom Alla u qalilhom: ‘Nisslu u tkattru u
imlew l-art, u aħkmu fuqha”. Il-ħidma
fundamentali tal-familja hi għalhekk is-servizz
għall-ħajja biex tul il-ġrajja kollha
tal-bniedem isseħħ il-barka mogħtija fil bidu
mil-Ħallieq ta’ kollox u, permezz tat-tnissil,
ix-xbieha ta’ Alla tgħaddi minn bniedem għal
ieħor.
TALBA
Nitolbuk Mulej Ġesù biex il-bnedmin kollha ta’
rieda tajba jagħrfu d-don u s-sbuħija taż-żwieġ
u biex tbierek lill-miżżewġin bid-don
tal-ulied. Agħti d-dawl lis-socjeta’ tagħna
biex tgħożż u tiddefendi l-ħajja mill-mument
tat-tnissil sal-mewt.
Missierna, Sliema (x10), Glorja
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’.. Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
Innu Marjan
(jew strofi minn Stabat Mater)
* * * * * * * * * * * *
It-Tieni Misteru:
Iż-żwieġ bħala għaqda li ma tinħallx
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
(Mt 19, 3-9)

Resqu fuqu xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu:
“Jista' wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa,
tkun xi tkun?” Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li
sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u
qal, “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru
u ‘l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru
ġisem wieħed?’ Għalhekk m’humiex iżjed tnejn,
imma ġisem wieħed. Mela dak li għaqqad Alla ma
għandux jifirdu l-bniedem.” Qalulu: “Mela allura
għaliex ordna Mose’ li żewġha jagħtiha l-kitba
tad-divorzju u jibgħatha?” Qalilhom: “Kien
minħabba l-ebusija ta' qalbkom li Mose’ takom
il-permess tibagħtu n-nisa tagħkom. Iżda ma
kienx hekk mill-bidu. U ngħidilkom, li min
jibgħat lil martu - barra l-każ ta’ żwieġ ħażin
- u jiżżewweġ oħra jkun ħati ta' adulterju.”
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir lilek Kristu
Riflessjoni mill-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet
ta’ Malta u Għawdex għar-Randan 2011
Ġesù ġie affrontat minn grupp ta’ Fariżej li
kellmuh fuq id-divorzju. Ġesù juri fit-tweġiba
tiegħu li hu mweġġa’. Ir-raġuni tal-weġgħa
tiegħu kienet tixbah lil dik ta’ Alla fl-għażla
li għamlu Adam u Eva. Il-Fariżej iktar emmnu li
jistgħu jibnu soċjeta’ aħjar jekk tiġi bbażata
fuq il-possibiltà tad-divorzju milli jekk
tibniha fuq l-istabbilita’ taż-żwieġ.
Erġajna għal deċiżjoni fundamentali
għan-Nisrani: nemmen u nimxi fuq il-pjan u
l-loġika ta’ Alla fil-ħolqien għal għaqda sħiħa
bejn raġel u mara li jsiru “ġisem wieħed”, jew
fuq il-loġika umana maqtugħa minn Alla li tinsab
fit-tkissir ta’ din l-għaqda permezz
tad-divorzju? Ir-realta’ ta’ madwarna fejn
soċjetajiet għażlu din il-loġika umana twassalna
biex nieħdu deċiżjoni personali. Irridu naraw
jekk soċjeta’ bid-divorzju tagħtix ġejjieni
aħjar lis-soċjeta’ aktar milli tibniha madwar
stabbilità taż-żwieġ u tinvesti fiha biex
tibniha.
F’dan, in-Nisrani ma għandux jibża’ li jkun
differenti minn ħsibijiet oħrajn għaliex jaf li,
anki jekk ikun waħdu quddiem id-dinja, ma jkunx
waħdu quddiem Alla. Hija ta’ konsolazzjoni kbira
li jkun għamel din l-għażla quddiem Alla, anki
jekk ikollu jħallas dan il-prezz.
TALBA
Nitolbuk Mulej Ġesù biex, bl-intercessjoni ta’
Marija, is-socjeta’ tagħna tagħraf tipproteġi u
tippromovi żwieġ li jibqa’ għal dejjem skont
il-pjan tiegħek għall-bniedem.
Missierna, Sliema (x10), Glorja
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’.. Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
Innu Marjan
(jew strofi minn Stabat Mater)
* * * * * * * * * * * *
It-Tielet Misteru:
Il-Maħfra fiż-zwieġ
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
(Ġw 8, 3-11)

Il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda
mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma
qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din
il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa
fil-Liġi tagħna Mose’ ordnalna biex nisa bħal
dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?” Dan
qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex
jixluh. Imma Ġesù tbaxxa lejn l-art u beda
jikteb b'sebgħu fit-trab. Billi dawk baqgħu
jistaqsuh, qam dritt u qalilhom: “Min fostkom hu
bla dnub jitfgħalha hu l-ewwel ġebla.” U raġa'
tbaxxa jikteb fit-trab. Kif semgħuh jgħid dan,
qabdu u telqu wieħed wara l-ieħor, ibda
mix-xjuħ, u Ġesù baqa' waħdu mal-mara, wieqfa
fin-nofs. Qam dritt u qalilha: “Dawk fejnhom,
mara? Ħadd minnhom ma kkundannak?” “Ħadd,
Sinjur,” qaltlu. “Mela anqas jien ma
nikkundannak," qalilha Ġesù. "Mur, u mil-llum
'il quddiem tidnibx iżjed.”
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir lilek Kristu
Riflessjoni mill-Ittra Pastorali tal-Isqfijiet
ta’ Malta u Għawdex għar-Randan 2011
Ġesù, li ġie mibgħut mingħand Alla l-Missier
f’din id-dinja li hija imperfetta, għallimna u
wriena li iktar ma ppriedka dan il-pjan ta’ Alla
f’kollox, iktar kien juri l-imħabba tiegħu lejn
dawk li jfallu fih biex ikunu jistgħu
jirritornaw lejn it-tajjeb. Meta Ġesù lill-mara
li nqabdet fl-adulterju ma kkundannahiex imma
qalilha biex ma tidnibx iżjed, hu juri l-imħabba
ta’ Alla l-Missier lejn dawk li jonqsu biex
jagħtihom ċans ħalli jerġgħu jittamaw fih.
TALBA
Nitolbu Mulej Ġesù għal dawk li jħossuhom
traduti u mweġġgħin fiż-żwieġ biex jircievu
l-fejqan tiegħek ħalli jkunu jistgħu jagħtu
l-maħfra. Nitolbuk ukoll għal dawk li weġġgħu
lil ħaddieħor biex jindmu, jircievu l-maħfra
tiegħek u jitolbu maħfra lil min weġġgħu.
Missierna, Sliema (x10), Glorja
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’.. Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
Innu Marjan
(jew strofi minn Stabat Mater)
* * * * * * * * * * * *
Ir-Raba’ Misteru:
Marija: Omm u Sultana tal-Familja

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
(Ġw 19, 25-27)
Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu,
oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’
Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u
lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal
lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Mbagħad qal
lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin
id-dixxiplu ħadha għandu.
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir lilek Kristu
Silta mill-Eżortazzjoni Appostolika tal-Papa
Ġwanni Pawlu II dwar il-Familja, Familiaris
Consortio (para. 61):
Il-vera devozzjoni lejn il-Madonna, li tidher
fir-rabta sħiħa u fix-xebħ bil-qalb kollha ma’
l-imġieba spiritwali tal-Verġni Mqaddsa, issir
strument mill-aqwa li jżomm sħiħa l-għaqda
fl-imħabba tal-fmilja u jġib ‘l quddiem
l-ispiritwalita’ tal-miżżewġin u tal-familja.
Marija, Omm
Kristu u Omm il-Knisja, hi wkoll b’mod speċjali
Omm il-familji nsara, Omm il-knejjes tad-dar.
Talba
Mulej Ġesù, għinna nilqgħu lil Marija bħala
l-omm u s-sultana tal-familji tagħna.
Agħmel li nimxu fuq l-eżempju tagħha fil-ħajja
ta’ Nazaret. Nafdaw taħt il-ħarsien tagħha
l-familji kollha. Bl-intercessjoni ta’ Marija,
nitolbuk biex fil-ħniena tiegħek tiġbed lura
lejk dawk il-membri tal-familji tagħna li
tbiegħdu minnek.
Missierna, Sliema (x10), Glorja
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’.. Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
Innu Marjan
(jew strofi minn Stabat Mater)
* * * * * * * * * * * *
Il-Ħames
Misteru: L-Ewkaristija u
l-Familja

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew
(Mt 26:26-28)
Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal
il-barka, qasmu, newwlu lid-dixxipli u qal:
“Ħudu, kulu, dan hu ġismi.” Mbagħad ħa l-kalci
f’idejh, radd il-ħajr, newwlilhom il-kalci u
qal: “Ixorbu lkoll minnu. Għax dan huwa demmi,
id-demm tal-Patt, li jixxerred għall-kotra
għall-maħfra tad-dnubiet.”
Il-Kelma tal-Mulej.
It-Tifħir lilek Kristu
Silta mill-Ittra lill-Familji tal-Papa
Ġwanni Pawlu II (para. 18):
L-Ewkaristija hi tassew Sagrament ta’ l-għaġeb.
Fiha Kristu ħallilna lilu nnifsu bħala ikel u
xorb tagħna, għajn ta’ qawwa għas-salvazzjoni.
Ħallilna lilu nnifsu biex ikollna l-ħajja u
ħajja bil-kotra (ara Ġw 10,10): il-ħajja li hemm
fih u li hu tana bid-don ta’ l-Ispirtu meta qam
mill-imwiet wara tlett ijiem. Il-ħajja li tiġi
minnu hi l-ħajja għalina. Hi għalikom, għeżież
miżżewwġin, ġenituri u familji! Mhux f’kuntest
ta’ familja waqqaf l-Ewkaristija fl-Aħħar ikla
tiegħu? Meta tiltaqgħu għall-ikel u tkunu
flimkien, Ġesù hu fil-qrib. U wisq aktar hu
l-Għimmanu-el, Alla magħna, meta tersqu lejn
il-mejda ta’ l-Ewkaristija. Jista’ jiġri, kif
ġara f’Għemmaws, li tagħrfuh biss fil-“qsim
tal-ħobż” (ara Lq 24, 35). Jiġri wkoll li jkun
ilu ħdejn il-bieb iħabbat, jistenna li
jinfetaħlu l-bieb biex jidħol u joqgħod jiekol
magħna (ara Apok 3, 20). Fl-Aħħar Ikla tiegħu,
il-kliem li ntqal dakinhar għad għandu l-qawwa u
l-għerf tas-sagrifiċċju tas-Salib. Ma hemmx
qawwa u għerf ieħor, li bihom nistgħu niġu
salvati u bihom ngħinu għas-salvazzjoni ta’
l-oħrajn. Ma hemmx qawwa oħra u għerf ieħor li
bihom intom il-ġenituri tistgħu tedukaw ′l
uliedkom u lilkom stess ukoll. Il-qawwa
edukattiva ta’ l-Ewkaristija titwettaq minn
nisel għal nisel tul iż-żminijiet.
TALBA
Nitolbuk Mulej Ġesù biex il-familji tagħna
jissaħħu bil-qawwa tiegħek fl-Ewkaristija
Mqaddsa. Agħmel li l-Ewkaristija tkun tassew
il-qawwa tal-imħabba vera f’kull familja.
Missierna, Sliema (x10), Glorja
INVOKAZZJONIJIET
Marija, Omm Ġesù, veru Alla u veru bniedem...
Itlob għalina.
Marija, magħżula mill-eternita’ biex tkun Omm
Alla... Itlob għalina.
Marija, meħlusa minn kull dnub... Itlob
għalina.
Marija, imtellgħa fis-sema bir-ruħ u
bil-ġisem... Itlob għalina.
Marija, dixxiplu perfett tal-Mulej... Itlob
għalina.
Marija, dejjem attenta għall-ħtiġijiet tagħna
l-bnedmin... Itlob għalina.
Marija, mistiedna għat-tieġ f’Kana
tal-Galileja... Itlob għalina.
Marija, sensittiva meta naqas l-inbid fit-tieġ
ta’ Kana... Itlob għalina.
Marija, li ħeġġiġt lil Ibnek jagħmel l-ewwel
miraklu tiegħu f’Kana...
Itlob għalina.
Marija, Sultana tal-Familja... Itlob għalina.
Marija, Omm il-Familja Maltija... Itlob
għalina.
Marija, ħares il-Familja Maltija minn kull ma
jheddidha... Itlob għalina.
Marija, żomm il-miżżewġin magħqudin bejniethom
b’rabta’ ta’ fedelta’.. Itlob għalina.
Marija, kattar il-għaqda bejn il-ġenituri u
wliedhom... Itlob għalina.
Marija, agħmel li nibqgħu ngħożżu l-liġi ta’
Alla dwar iż-żwieġ u
l-familja... Itlob għalina.
Marija, idħol għalina... Marija idħol għalina.
Marija, isma’ t-talba tagħna!... Marija,
isma’ t-talba tagħna!
Innu Marjan
(jew strofi minn Stabat Mater)
SALVE REĠINA

Sliem għalik, Sultana,
Omm tal-ħniena,
ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik.
Lilek ngħajtu,
aħna tturufnati, ulied Eva.
Lilek nitniehdu, aħna li nikbu u nolfqu
F’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja, mela, avukata tagħna,
Dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek ta’ ħniena
Wrina, wara dan it-turufnament,
Lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek.
O ħanina, o pija, o ħelwa Verġni Marija.
Itlob għalina qaddisa Omm Alla
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Skond il-fehma tal-Papa ...
Missierna, Sliema u Glorja.
Talba tal-Konsagrazzjoni tal-Familja..
Ispirata minn Ġwanni Pawlu II (għeluq il-Familiaris
Consortio)

Ġesù, Marija u Ġużeppi, Familja Mqaddsa ta’
Nazaret, lilkom nafdaw kull familja f’Malta u
Għawdex.
San Ġużepp, inti “r-raġel ġust” u ħaddiem dejjem
sejjer, li ħarist b’mod l-aktar xieraq lil Ġesu
u Marija, ħares, iddefendi u dawwal il-familji
kollha tagħna.
Marija, Omm il-Knisja, kun ukoll Omm “il-Knisja
tad-dar” u bl-għajnuna tiegħek ta’ omm, agħmel
li kull familja ssir verament “Knisja ċkejkna”
li turi u tgħix il-misteru tal-Knisja ta’
Kristu.
Marija, il-Qaddejja tal-Mulej, kun inti ta’
eżempju għall-familji biex jilqgħu bl-umilta’
l-ġenerożita’ kollha r-rieda ta’ Alla.
Marija, l-Omm imnikkta taħt is-Salib, farraġ
fit-tbatija u ixxotta d-dmugħ ta’ dawk li
qegħdin ibatu minħabba d-diffikultajiet
tal-familji tagħhom.
Mulej Ġesù, Sultan tal-ħolqien kollu u Sultan
tal-familji, saltan inti f’kull familja
nisranija bħal ma kont f’Kana, ħalli tagħti
l-familji Maltin u Għawdxin id-dawl, il-hena,
il-ferħ, u l-qawwa.
Innu
fl-għeluq tal-Mixja ta’ Fidi ma’ Marija
Addolorata.
25 ta’ Marzu 2011
Solennita’ tat-Tħabbira tal-Mulej
Deo gratias et Mariae!
B'kordinament bejn Fr Hayden Williams u Dun
Hector Scerri
|