Laikos

 

Messaġġ tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II liż-Żgħażagħ.

 Il-fiduċja tal-Knisja fiż-Żgħażagħ

7 ta� Diċembru 1965

 

Lilkom, żgħażagħ subien u bniet tad-dinja kollha, il-Konċilju jixtieq iwassal l-aħħar messaġġ tiegħu. Għaliex huwa intom li tridu tilqgħu t-torċa minn idejn missirijietkom u li għad tgħixu fid-dinja f�mument ta� trasformazzjonijiet ta� ġgant fl-istorja tagħha. Imiss lilkom tilqgħu l-aħjar tal-eżempju u tat-tagħlim tal-ġenituri u l-għalliema tagħkom u tiffurmaw is-soċjet� ta� għada. Intom għad issalvaw jew tinqerdu magħha.

Il-Knisja, matul erba� snin, ħadmet biex iġġedded wiċċha u tagħmlu jidher iżjed żgħażugħ, biex twieġeb aħjar għall pjanijiet tal-Fundatur tagħha, il-Kbir fost il-ħajjin, Kristu dejjem żgħażugħ. U fi tmiem din ir-�reviżjoni tal-ħajja� mill-akbar li għamel, Hija ddur lejkom. Huwa għalikom, fuq kollox għalikom żgħażagħ, li l-Konċilju xegħel dawl, id-dawl li jdawwal il-ġejjieni, il-ġejjieni tagħkom.

Il-Knisja tixtieq tassew li din is-soċjet� li intom ser tibnu tirrispetta d-dinjit�, il-libert�, il-jeddijiet tal-persuni: dawn il-persuni huma intom stess. Hija tixtieq fuq kollox li din is-soċjet� tħallilha l-libert� li tiżviluppa t-teżor kbir tagħha, dejjem qadim u dejjem ġdid; it-teżor tal-fidi. Il-Knisja tixtieq li s-soċjet� tħalli lilkom liberi li timlew lil rwieħkom bid-dwal ċari tal-fidi, dwal li jagħmlu l-ġid. Hija għandha fiduċja li intom issibu forza u hena daqshekk kbar li intom anqas biss ikollokom it-tentazzjoni, bħalma kellhom xi wħud minn missirijietkom, li ċċedu għas-seduzzjoni tal-filosofija tal-egoiżmu u tal-pjaċir jew għal dawk tad-disperazzjoni u tal-qirda. Quddiem l-ateiżmu, li hu fenomenu ta� għeja u ta� xjuħija, intom tafu taffermaw il-fidi tagħkom fil-ħajja u f�dak li jagħti tifsira lill-ħajja: iċ-ċertezza tal-eżistenza ta� Alla ġust u twajjeb.

Huwa f�isem ta� dan Alla u f�isem Ibnu Ġes� Kristu li aħna nħeġġukom li twessgħu qlubkom skond il-wisa� u l-kobor tad-dinja biex hekk tisimgħu s-sejħa ta� ħutkom u tqiegħdu bil-kuraġġ għas-servizz tagħhom l-enerġiji żagħżugħa tagħkom.

Issieltu kontra l-egoiżmu. Tħallux jaħarbu bikom l-istinti ta� vjolenza u ta� mibgħeda li jġibu l-gwerer u l-miżerji kollha li l-gwerer iġibu magħhom. Kunu ġenerużi, safja, rispettużi, sinċieri. U ibnu bl-entużjażmu dinja aħjar minn dik ta� dawk li ġew qabilkom�.

Il-fiduċja tal-Knisja fiż-Żgħażagħ

�Il-Knisja tħares lejkom b�fiduċja u b�imħabba. Hija għandha l-għana tal-imgħoddi li għadu jgħix fiha u miexja lejn il-perfezzjoni umana fiż-żmien u lejn id-destin aħħari tal-istorja u tal-ħajja. Hija għalhekk tassew iż-żgħożija tad-dinja. Hija għandha dak li jagħmel il-forza u l-attrattiva taż-żgħażagħ: il-kapaċit� li tieħu pjaċir b�dak li jibda, li tagħti ruħa mingħajr ma terġa� lura, li tiġġedded u terġa� tterraq għal konkwisti ġodda. Ħarsu lejha u taraw fiha l-wiċċ ta� Kristu, l-eroj tassew, umli u għaref, il-profeta tal-verit� u tal-imħabba, is-sieħeb u l-ħabib taż-żgħażagħ. Huwa għalhekk li, f�isem Kristu, aħna nsellmulkom, inħeggukom, inberkukom�.