|
WERREJ
▪ Rużarju
▪ Talb lill-Ispirtu s-Santu - Ara wkoll ... Ġabra ta' talb lill-Ispirtu s-Santu [pdf]
▪ Talba lil Ġesù konċeput fil-Ġuf ta' Marija
▪ Talba ma' Ġesù jikber fil-ġuf ta' Marija.
▪ Kurunella u Litanija tal-Ħniena Divina
▪ Talb lill-Anġli u Qaddisin oħra
▪ Talba Adsumus Domine, fil-bidu tal-kull sessjoni tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II
▪ Talba tal-Papa Ġwanni Pawlu II. Mexxi, O Kristu, fil-verità
▪ Talb mill-Papa Franġisku ktejjeb pdf
▪ Talb ieħor miġbur minn kitbiet u diskorsi tal-Papa Franġisku
▪ Talb u Devozzjonijiet stampati
+ Fl-Isem tal-Missier,
u tal-Iben,
u tal-Ispirtu s-Santu. Amen.
Is-Sinjal tal-Salib huwa s-sinjal tan-nisrani.
Bis-sinjal li nroddu fuqna nkunu qed infakkru fis-Salib Imqaddes u għalhekk fil-passjoni, il-mewt u qawmien mill-imwiet tal-Mulej Ġesú Kristu.
Bil-kliem li ngħidu aħna inkunu qed insejħu lit-Tliet Persuni tat-Trinitá Qaddisa; il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu.
Inkunu qed nistqarru l-fidi tagħna f’dan il-misteru ewlieni tat-twemmin tagħna.
Aħna mgħammdin fl-Isem tal-Missier, u ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu u għalhekk nafu li kull ma nagħmlu qed nagħmluh f’Isem it-Trinitá Qaddisa. Li aħna Ambaxxaturi tat-Trinitá Qaddisa fost ħutna l-bnedmin.
Meta nrodd is-Salib fil-bidu tal-ġurnata tiegħi jew fil-bidu ta’ xi ħaġa li nkun se nagħmel, inkun qed nistqarr li dak kollu li se nagħmel se nagħmlu mhux f’ismi, imma fl-Isem il-Missier, f’Isem l-Iben u f’Isem l-Ispirtu s-Santu.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.
Hekk kif fir-radd tas-Salib aħna nistqarru li dak kollu li nagħmlu mhux qed nagħmluh f’isimna, iżda fl-Isem tat-Trinitá Qaddisa, hekk ukoll fil-Glorja nistqarru li dak kollu li nwettqu ma nagħmluhx għall-glorja tagħna nfusna imma biex tkun mogħtija Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
U għalhekk dak li ngħidu waqt ir-radd tas-Salib kif ukoll dak li ngħidu fil-Glorja, jmur ferm ‘il hinn mill-kliem innifsu. Fih inkunu qed niġbru l-azzjonijiet kollha tagħna u nistqarru li dawn nagħmluhom f’Isem it-Trinitá Qaddisa u biex tkun mogħtija Glorja lit-Trinitá Qaddisa.
Missierna li inti fis-Smewwiet,
jitqaddes Ismek,
tiġi saltnatek,
ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art.
Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum,
aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina,
u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Amen.
Din hija t-talba li Ġesú nnifsu għallem lill-Appostli u għalhekk fiha tifsira speċjali għaliex ħarget minn fomm l-Imgħallem stess. Fiha żewġ partijiet. Fl-ewwel parti nistqarru lil Alla bħala Missier tagħna lkoll u allura li aħna lkoll aħwa. Inqaddsu l-Isem ta’ Alla u nitolbu li fl-art ukoll ikun hawn is-Saltna ta’ Alla billi issir ir-rieda tiegħu. Fit-tieni parti nitolbu l-bżonnijiet tagħna, nitolbu l-maħfra ta’ Alla waqt li nwegħdu li aħna wkoll naħfru lil ħutna, u nitolbu li nkunu mħarsa mit-tiġrib.
Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u l-art;
u f’Ġesú Kristu, Ibnu wieħed Sidna;
li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu, twieled minn Marija Verġni;
bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh;
niżel bejn l-imwiet, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;
tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista kollox;
minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin.
Nemmen fl-Ispirtu s-Santu;
il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin;
il-maħfra tad-dnubiet;
il-qawma ta’ l-imwiet;
il-ħajja ta’ dejjem. Amen
Il-Kredu mhux biss talba ta’ devozjoni, imma huwa stqarrija tal-Fidi Nisranija. Leġġenda qadima kienet tgħid li dan inkiteb mill-Appostli dak in-nhar ta’ Pentecoste. Minkejja li minn din il-leġgenda llum baqa’ biss l-isem, madankollu l-artikli kollha tal-fidi li nistqarru fil-Kredu, insibu referenza għalihom f’kitbiet insara ta’ l-ewwel żminijiet – jew fil-kotba tat-Testment il-Ġdid stess, inkella f'kitbiet oħra ta’ l-ewwel Missirijiet tal-Knisja.
Mulejja, nemmen fik, kollok verità
Mulejja, nitma fik, kollok ħniena,
Mulejja, inħobbok fuq kollox, kollok imħabba.
Mulejja, nindem għax offendejtek, kollok tjieba.
Mulejja, nqaddes ruħi bis-sagramenti tiegħek, kollok qdusija.
Mulejja, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għal-infern li irbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek li inti kollok tjieba u ħniena.
Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum ‘il quddiem, bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidnibx qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb, iżda naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.
Jiena nemmen b’fidi ferma illi hemm Alla wieħed, li jippremja t-tajbin u jikkastiga l-ħziena. Jiena nemmen li dan Alla huwa wieħed fi tliet persuni ugwali, u realment distinti, li huma l-Misser, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu
Nemmen li l-Iben ta’ Alla sar bniedem u ħa l-ġisem fil-ġuf purissmu ta’ Marija Verġni bis-setgħa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Bħala bniedem miet fuq is-salib għal dnubietna u fit-tielet jum qam inn bejn l-imwiet.
Nemmen il-veritajiet l-oħra kollha, li temmen u tgħallem Ommna l-Knisja Mqaddsa Kattolika.
U dana kollu nemmnu għaliex Alla, veriità infallibli, irrivelah lill-istess Knisja Mqaddsa.
Mulejja, għaliex inti tista’ kolox, kollok ħniena u qatt ma tonqos mill-wegħdiet tiegħek, jiena nittama li tagħtini l-maħfra ta’ dnubieti u l-ġenna, li inti għall-merti ta’ Ġesù Kristu, wegħidt lil min jagħmel opri tajba, hekk kif jiena nipproponi li nagħmel bil-għajnuna mqaddsa tiegħek, li minnek nittama għaliex inti tjieba infinita.
Mulejja, għaliex inti tjieba bla tarf u bla tmiem, jiena nħobbok fuq kollox u nħobb il-proxxmu tiegħi bħali nnifsi, imħabba fik.
SKEMA ĠENERALI GĦALL-EŻAMI TAL-KUXJENZA
1. Nersaq lejn is-Sagrament tal-Penitenza b・xewqa sinċiera għal tisfija ta・ qalbi, għal konverżjoni, għal tiġdid ta・ ħajti u għal ħbiberija ikbar ma・ Alla, jew iktar inqisu bħala toqol, li rarament biss jiena lest/a li nitgħabba bih?
2. Fil-qrara jew qrariet ta・ qabel, insejt xi dnubiet gravi jew ħallejthom barra apposta?
3. Wettaqt it-tewba li tani l-konfessur? Pattejt għan-nuqqasijiet tiegħi? Ippruvajt inqiegħed fil-prattika dak li pproponejt li nagħmel biex intejjeb ħajti skond il-Vanġelu?
Fid-dawl tal-Kelma ta・ Alla, kulħadd jeżamina lilu nnifsu.
I. Il-Mulej jgħid: "Ħobb lill-Mulej Alla tiegħek b’qalbek kollha".
1. Qalbi hi tassew miftuħa għal Alla; nista・ ngħid li nħobbu fuq kull ħaġa oħra u bi mħabba ta・ iben jew bint, billi nosserva fedelment il-kmandamenti tiegħu? Inħalli wisq il-ħwejjeġ tad-dinja jiġbduni lejhom? F・għemili nimxi dejjem b・intenzjoni retta?
2. Hi qawwija biżżejjed il-fidi tiegħi f・Alla, li f・Ibnu wriena l-Kelma tiegħu? Inħaddan b・qalbi kollha t-tagħlim tal-Knisja? Għandi għal qalbi l-formazzjoni Nisranija, billi nisma・ l-Kelma ta・ Alla, nieħu sehem fil-katekeżi, u naħrab dak kollu li jista・ jipperikola l-fidi? Stqarrejt dejjem b・kuraġġ u bla biża・ l-fidi tiegħi f・Alla u fil-Knisja? Fittixt li nuri li jien Nisrani/ja fil-ħajja privata u pubblika tiegħi?
3. Nitlob malli nqum u qabel norqod? U t-talb tiegħi qed ikun djalogu veru qalb ma・ qalb ma・ Alla, jew hu biss prattika esterjuri vojta? Naf noffri lil Alla t-tħassib tiegħi, il-ferħ tiegħi u d-dwejjaq tiegħi? Immur għandu b・fiduċja anki fit-tiġrib tiegħi?
4. Għandi qima u mħabba lejn l-isem qaddis ta・ Alla, jew offendejtu bid-dagħa, bil-ġurament falz, billi semmejtu fil-batal? Xi darba bi kliemi ma wrejtx rispett lejn il-Madonna u l-Qaddisin?
5. Qed inqaddes Jum il-Mulej u l-festi tal-Knisja, billi nieħu sehem ħaj, attent u devot fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi, u speċjalment fil-Quddies? Evitajt li nagħmel xogħol bla bżonn fil-jiem ta・ festa? Osservajt il-preċett tal-Qrar ta・ l-inqas darba fis-sena u tat-tqarbin fl-Għid?
6. Għandi ・allat oħra・, jiġifieri espressjonijiet jew oġġetti li ninteressa ruħi fihom u li nqiegħed il-fiduċja tiegħi iżjed fihom milli f・Alla, bħal ngħidu aħna: ġid materjali, superstizzjonijiet, spiritiżmu jew forom oħra ta・ maġija?
II. Il-Mulej jgħid: "Ħobbu lil xulxin, kif ħabbejtkom jien".
1. Lill-proxxmu tiegħi nħobbu tassew, jew napprofitta minn ħuti, ninqeda bihom għall-interessi tiegħi u nimxi magħhom b・mod li ma nixtieqx li ħaddieħor juża miegħi? Tajt skandlu bi kliemi jew b・għemili?
2. Fil-familja, nagħti sehmi bis-sabar u bi mħabba vera b・riżq il-ġid u s-serenità ta・ l-oħrajn?
Għal kull wieħed u waħda fil-familja:
・ Għall-ulied. Obdejt lill-ġenituri tiegħi, irrispettajthom u weġġaħthom? Għinthom fil-ħtiġijiet spiritwali u materjali tagħhom? Għamilt xogħli sew fl-iskola? Irrispettajt l-awtoritajiet? Tajt eżempju tajjeb f・kull sitwazzjoni?
・ Għall-ġenituri. Ħadt ħsieb neduka lil uliedi fil-ħajja Nisranija? Tajthom eżempju tajjeb? Bl-awtorità tiegħi weżinthom u mexxejthom?
・ Għall-miżżewġin. Kont dejjem fidil/a fi mħabbti u f・għemili? Urejt li kapaċi nifhem u nagħder f・mumenti ta・ nkwiet?
3. Naf nagħti minn dak li hu tiegħi, bla egoiżmu, lil min hu ifqar minni? F・dak li jiddipendi minni, ngħin lill-maħqurin u niddifendi lil dawk fil-bżonn? Jew nittratta b・arroganza u b・qalb iebsa lill-proxxmu tiegħi, lid-dgħajfa, lill-anzjani, lill-emarġinati, lill-immigranti?
4. Inħossni konxju/a tal-missjoni li ġiet fdata f・idejja? Nieħu sehem fil-ħidmiet ta・ appostolat u ta・ karità fil-Knisja, fl-inizjattivi u fil-ħajja tal-parroċċa? Nitlob u noffri sehmi b・riżq il-ħtiġijiet tal-Knisja u tad-dinja, ngħidu aħna għall-għaqda tal-Knisja, għall-evanġelizzazzjoni tal-ġnus, u għat-twaqqif tal-ġustizzja u tal-paċi?
5. Għandi għal qalbi l-ġid u t-tisdiq tal-komunità umana fejn ngħix, jew naħseb biss fl-interessi personali tiegħi? Nieħu sehem, skond ma nista・, fl-inizjattivi li jippromovu l-ġustizzja, il-moralità pubblika, l-għaqda, l-opri ta・ karità? Inwettaq id-dmirijiet ċivili tiegħi? It-taxxi nħallashom b・mod regolari?
6. Qed inkun ġust/a, impenjat/a, onest/a fuq ix-xogħol, xewqan/a li nagħti s-servizz tiegħi b・riżq il-ġid komuni? Tajt il-ħlas xieraq lill-ħaddiema jew dawk li jaqgħu taħti? Imxejt mal-kuntratti u żammejt il-wegħdiet tiegħi?
7. Imxejt bl-ubbidjenza u r-rispett dovut ma・ l-awtoritajiet leġittimi tiegħi?
8. Jekk għandi xi inkarigu jew tmexxija f・idejja, nara biss x・jaqbel lili jew inħabrek għall-ġid ta・ l-oħrajn, fi spirtu ta・ servizz?
9. Ipprattikajt il-verità u l-fedeltà, jew għamilt ħsara lill-proxxmu tiegħi permezz ta・ gideb, kalunnji, malafami, ġudizzji mhux xierqa, kxif ta・ sigrieti?
10. Ferejt il-ħajja u l-integrità fiżika tal-proxxmu, inqastu mir-rispett u l-ġieħ, għamiltlu ħsara fil-ġid tiegħu? Għamilt l-abort jew tajt parir lil xi ħadd biex jirrikorri għalih? Żammejt sieket/siekta f・sitwazzjonijiet fejn minflok stajt inħeġġeġ għat-tajjeb? Fil-ħajja taż-żwieġ qed nirrispetta t-tagħlim tal-Knisja dwar il-ftuħ għall-ħajja u r-rispett tagħha? Mort kontra l-integrità fiżika tiegħi nnifsi (ngħidu aħna, bl-isterilizzazzjoni)? Kont dejjem fidil/a lejn marti/żewġi mqar bil-ħsieb? Bejjitt f・qalbi spirtu ta・ mibegħda? Iġġelidt jew tlewwimt? Lissint kliem li joffendi jew insulti, jew infaħt spirtu ta・ tilwim u korla? Inqast b・egoiżmu u ħtija li nixhed għall-innoċenza tal-proxxmu? Fis-sewqan jew fl-użu ta・ mezzi oħra ta・ trasport poġġejt fil-periklu l-ħajja tiegħi jew dik ta・ l-oħrajn?
11. Sraqt? Xtaqt inġustament ħwejjeġ ta・ l-oħrajn? Għamilt ħsara lill-proxxmu fil-ġid u l-propjetà tiegħu? Tajt lura dak li sraqt u għamilt tajjeb għall-ħsara li stajt ikkawżajt?
12. Jekk kien hemm min naqasni, urejt li jien lest/a naħfer għall-imħabba ta・ Kristu, jew rawwimt f・qalbi mibegħda u xewqa għal vendetta?
III. Kristu l-Mulej jgħid: "Kunu perfetti bħall-Missier".
1. Liema hu l-orjentament fundamentali ta・ ħajti? Nittama fil-ħajja ta・ dejjem? Nipprova ngħix il-ħajja spiritwali tiegħi bit-talb, il-qari u l-meditazzjoni tal-Kelma ta・ Alla, is-sehem fis-sagramenti? Naf nitrażżan? Jien pront/a u deċiż/a biex nirbaħ il-vizzji, inrażżan il-passjonijiet u l-ġibdiet ħżiena? Ħallejt l-għira tiġri bija, kont meqjus/a fil-kilba żejda għall-ikel? Kont prużuntuż/a u supperv/a; affermajt wisq lili nnifsi hekk li spiċċajt iddisprezzajt lill-oħrajn, tkabbart fuqhom u rajtni aħjar minnhom? Imponejt ir-rieda tiegħi fuq l-oħrajn, ħnaqt il-libertà tagħhom u ma tajtx kas tad-drittijiet tagħhom?
2. Kif użajt il-ħin, is-saħħa, id-doni li Alla tani bħat-・talenti tal-Vanġelu・? Qed ninqeda b・dawn il-mezzi kollha biex ta・ kuljum nikber iżjed fil-perfezzjoni tal-ħajja spiritwali u fis-servizz lejn il-proxxmu? Intlaqt u tgħażżint? Kif qed nuża l-internet u mezzi oħra ta・ komunikazzjoni soċjali?
3. Ġarrabt bis-sabar, fi spirtu ta・ fidi, it-tbatija u l-provi tal-ħajja? Kif fittixt li nipprattika r-rażan u s-sagrifiċċju, biex inwettaq dak li jonqos mill-Passjoni ta・ Kristu? Osservajt il-preċett tas-sawm u l-astinenza?
4. Żammejt ġismi safi u kast, skond l-istat ta・ ħajti, waqt li rajt fih tempju ta・ l-Ispirtu s-Santu, iddestinat għall-qawmien u għall-glorja? Ħadt ħsieb tas-sensi tiegħi u ħrabt milli nħammeġ ruħi u ġismi bi ħsibijiet jew xewqat ħżiena, bi kliem u b・għemil mhux xieraq? Esponejt ruħi għal qari, diskors, spettakli, divertiment li ma jaqblux ma・ l-onestà umana u Nisranija? Bi mġibti kont ta・ skandlu għall-oħrajn?
5. Għamilt xi ħaġa kontra l-kuxjenza tiegħi, għax bżajt jew urejt wiċċ b・ieħor?
6. Dejjem u f・kollox fittixt li nġib ruħi fil-ħelsien veru ta・ wlied Alla u skond il-liġi ta・ l-Ispirtu, jew ħallejt il-passjonijiet tiegħi jmexxuni huma?
7. Inqast milli nagħmel xi ġid li kien possibbli għalija li nagħmel?
IKUN IMBIEREK ALLA
Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-Isem Imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesú Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-Isem ta’ Ġesú .
Imbierka l-Qalb Imqaddsa tiegħu.
Imbierek id-Demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesú fis-Santissmu Sagrament ta’ l-artal.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu Paraklitu.
Imbierka l-kbira Omm Alla, Marija Santissma.
Imbierka l-Imqaddsa u Immakulta Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-Tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-Isem ta’ Marija, Verġni u Omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.
Din hija litanija qasira magħrufa bħala It-Tifħir Divin. L-oriġni tagħha mhux magħruf imma l-Encyclopedia of Catholicism, (San Francisco; HarperCollins, 1995) tgħid li dan it-tifħir divin aktarx inkiteb mill-Ġiżwita Louis Felici għal ħabta tas-sena 1779 bħala tpattija kontra d-dagħa.
LILEK, O ALLA, INFAĦĦRU - TE DEUM LAUDAMUS
Lilek, o Alla, infaħħru: lilek b’Mulej nistqaru
Lilek, Missier ta’ dejjem, id-dinja kollha tqimek.
Lilek l-anġli kollha,
lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom,
lilek il-kerubini u s-serafini
ixandruk bla hena:
Qaddis, Qaddis, Qaddis
il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija
bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar il-ġemgħa ta’ l-Appostli.
Lilek ifaħħar l-għadd sabiħ tal-Profeti.
Lilek ifaħħru
il-qtajja’ tal-martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha il-Knisja Mqaddsa tistqarr fik:
il-Missier, ta’ kobor bla qies
l-Iben tiegħek miqjum, veru u waħdieni
u l-Ispirtu s-Santu, id-Difensur.
Kristu, inti s-Sultan glorjuż.
Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem,
ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ Verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla,
fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu
li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk għalhekk li tgħin lill-qaddejja tiegħek,
li int fdejt b’demmek il-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek
fil-glorja ta’ dejjem.
Salva lill-poplu tiegħek Mulej,
bierek il-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom,
erfagħhom għal dejjem.
Min jum għall-ieħor aħna nberkuk
u nfaħħru ismek għal dejjem,
u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum,
inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina Mulej, ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna Mulej it-tjieba tiegħek,
kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn:
ma jkolli qatt għax ninfixel.
Talba
lil Ġesù Msallab
Hawn jien, O Ġesú maħbub tiegħi, mixħut għarkubbtejja
quddiemek. Nitolbok, bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi twemmin, tama u mħabba l-aktar
qawwija kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti u fehma sħiħa li ma noffendik qatt
iżjed.
Filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħnien kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek, b’dak il-kliem quddiem għajnejja li qal fuqek il-profeta David: “Nifduli idejja u riġlejja: għaddewli għadmi kollu.”
Is-Seba`Kelmiet tal-Mislub - Talba għall-Mewta Tajba
O Ġesù, il-Kelma ta`Alla magħmula bniedem, li għall-fidwa tagħna għoġbok titwieled ġo għar, tgħix ħajtek fil-faqar u fit-tbatija,
U tmut taħt il-ħruxija tas-Salib.
Fis-siegħa ta` mewti għid, nitolbok, lil Alla Missierek: `Missier, aħfirlu! `.
Għid lil Ommok l-għażiża: `Ara dan huwa Ibnek:
Għid lil ruħi: `Illum tkun il-ġenna miegħi`,
O Alla tiegħi, Alla tiegħi, terħinix f`dik is-siegħa.
`Għandi l-għatx`. Iva O Alla tiegħi, ruħi għandha l-għatx għalik.
Int li inti l-għajn tal-ilma ħaj. Ħajti tgħaddi bħal dell.
Ftit ieħor u `kollox ikun mitmum.
Għalhekk, Feddej tiegħi li jistħoqqlok kull qima,
minn dan il-waqt għal dejjem ta` dejjem `
`F’idejk jien nerħi ruħi!
Mulej Ġesù, ilqa`lil ruħi. Ammen.
(Kitba Kardinal Valeri)
IL-KANTIKU TA’ ŻAKKARIJA
Imbierek il-Mulej, Alla
ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna, u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna, li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna, naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha, bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel,
tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli; għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni, bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx
tielgħa, ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
(Luqa 1:67-79)
IL-KANTIKU TA' MARIJA
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ‘l quddiem
kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien
fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ‘il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
- bħalma wiegħed lil missirijietna -
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.
(Luqa 1:46-55)
IL-KANTIKU TA' XMUN
Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek
imur fis-sliem, skond kelmtek;
għaliex għajnejja raw
is-salvazzjoni tiegħek,
li int ħejjejt
għall-popli kollha:
dawl biex idawwal il-ġnus,
u glorja tal-poplu tiegħek Israel.
(Luqa 1:46-55)
SLIEMA GĦALIK, MARIJA
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen
Din it-talba hija għażiża ħafna għall-Knisja u devozjoni popolari fost bosta insara. L-ewwel parti tas-Sliema tikkonsisti fit-tislima li l-Anġlu Gabriel innifsu għamel lil Marija dak n-nhar li dehrilha biex jarrafha li Alla nnifsu għażilha biex tkun Omm Ibnu Inkarnat. (Luqa 1:28)
It-tieni parti tas-Sliema hija magħmula mit-tislima li Eliżabetta għamlet lil Marija dak in-nhar li hija marret iżżurha. (Luqa 1:42)
Imbagħad il-Qaddisa, hija mibnija fuq id-dikjarazzjoni tal-Konċilju ta’ Efesu li fis-sena 431 iddikjara id-domma li Marija hija Omm Alla. It-talba kienet kodifikata mill-Konċilju ta’ Trentu fl-1568.
SLIEM GĦALIK, SULTANA
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.
Mhemmx qbil dwar l-oriġini ta’ din it-talba magħrufa wkoll bħala s-Salve Regina. Hemm min jaħseb li kitibha Pietru ta’ Monsoro, isqof ta’ Compostella li miet madwar tmiem l-ewwel millenju. Oħrajn isostnu li l-awtur huwa Adhémar, isqof ta’ Podium. Żgur li t-talba saret popolari bil-ħidma ta’ Bernardu ta’ Clairvaux u l-Abbati ta’ Cluny matul it-tnax-il seklu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn kienet bdiet tiġi użata regolarment saħansitra fil-liturġija, kemm fil-Quddiesa kif ukoll fl-Uffiċjju Divin.
STABAT MATER DOLOROSA
Wieqfa kienet, imbikkija,
l-Omm ħdejn Binha
fit-tbatija, fuq salib imdendel.
Ta' din l-Omm il-qalb maqsuma
f'dak l-imrar bl-uġigħ mitmuma,
nifed sejf in-niket.
Kemm tbatija f'qalb muġugħa,
liema dwejjaq li jifnuha
ħasset l-Omm imbierka!
X'weġgħa ġarrbet u x'kefrija
meta ratu fit-tbatija
l-Omm lil Binha, Alla!
Qalb kull bniedem tħoss għaliha
lil Omm Kristu, u kemm tibkiha
x’ħin tarah f’dil-ħasra!
Min ma jħossx id-dwejjaq tagħha
x’ħin ta' Kristu l-Omm jilmaħha
f'niket kbir ma' Binha?
Għad-dnubiet tal-poplu l-ħati,
lil Ġesù hi ratu jbati
taħt is-swat bla ħniena.
Rat lil Binha u baqgħet miegħu
f'dak l-imrar tal-mewta tiegħu
waqt li ħarġet ruħu.
Omm u għajn ta' mħabba għalija,
ġagħalni nħoss dik it-tbatija,
biex jien nibki miegħek.
Kebbes f'qalbi nar ta' mħabba,
la tħalliha qatt tittabba'
imħabbti għal Kristu.
Omm qaddisa, isma' talbi:
dawk il-pjagi qegħedli f'qalbi
t'Ibnek Ġesù msallab.
Aqsam miegħi dit-tbatija
għal Ġesù, li mħabba fija
xerred demmu kollu.
Ħdejn Ġesù nibki dnubieti,
fis-salib nara ħtijieti
sakemm ngħix dil-ħajja.
Kemm nixtieqni nibqa' miegħek
mas-salib, u fid-dmugħ tiegħek
nissieħeb minn qalbi.
Verġni mbierka, Omm qalbiena,
uri miegħi din il-ħniena,
biex inħoss l-indiema.
Mewt Ġesù qegħedli quddiemi
fuq il-pjagi jkun biss kliemi
u l-Passjoni tiegħu.
Ġagħalni nhoss il-pjagi fija,
is-salib u kull tbatija,
u nissaffa b'Demmu.
Verġni mbierka, ieqaf miegħi
f'Jum il-Ħaqq, biex fit-tmiem tiegħi
fin-nar qatt nintilef.
Bis-salib fit-triq wennisni,
u b'mewt Ibnek, Omm, ħarisni,
Żommni sħiħ fil-grazzja.
Meta jmut dal-ġisem fqajjar,
agħmel int li jien nittajjar
lejn is-sebħ tal-Ġenna. Amen
|
L-ANGELUS
L-Anġlu t’ Alla ħabbar lil Marija:
U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.
Sliema u Qaddisa.
Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej:
Ikun minni skond kelmtek.
Sliema u Qaddisa.
U l-Iben t’Alla sar bniedem:
U għammar fostna.
Sliema u Qaddisa.
Itlob għalina, Qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.
Nitolbu. Xerred, Mulej, fi qlubna il-grazzja tiegħek biex aħna li bit-tħabbira ta’ l-anġlu għarafna li Kristu Ibnek sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu naslu għas-sebħ tal-qawmien. Bi Kristu Sidna. Amen.
L-isem komuni, l-Angelus, ġej mill-ewwel kelma tat-talba bil-Latin. It-talba kienet approvata mill-Papa Benedittu XIV li fis-sena 1724 ordna li din tibda tingħad mas-sebħ (6.00am), f’nofs il-jum (12.00pm) u ma' nżul ix-xemx (6.00pm). Dan matul is-sena kollha ħlief fi żmien l-Għid il-Kbir meta minflok tingħad ir-Regina Coeli. Fl-istess ħin kellhom ukoll jindaqqu tokki ta’ qniepen mill-knejjes biex l-insara jkunu mfakkar f’din id-devozzjoni Marjana.
REGINA COELI
Sultana tas-sema, ifraħ: Halleljah.
Għaliex dak li stħaqqlek tkun omm: Hallelujah.
Qam minn bejn l-imwiet kif kien qal: Hallelujah.
Itlob ‘l Alla għalina: Hallelujah.
Ifraħ u thenna, Verġni Marija: Hallelujah.
Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: Hallelujah.
Nitolbu. O Alla, bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja; agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
L-istorja tgħid li l-ewwel linji tar-Regina Coeli (Sultana tas-Sema) intqalu mill-anġli lill-Papa Gregorju l-Kbir fis-seba’ seklu waqt li huwa kien qed imexxi purċissjoni tal-Għid il-Kbir. Il-Papa nnifsu żied il-kumplament. Imbagħad il-Papa Benedittu XIV ordna li fi żmien l-Għid il-Kbir tibda tingħad mill-insara minflok it-talba tal-Angelus.
IR-RUŻARJU TAL-MADONNA
□ Il-Misteri tal-Ferħ, Tad-Dawl, Tat-Tbatija u tal-Glorja awdjo u vidjo ...
□ Rużarju għas-Saċerdoti vidjo ...
Meta tikklikkja fuq il-links ta’ hawn fuq tkun tista’ taqra il-posti tar-Rużarju b’silta mill-Bibbja ma’ kull posta.
Meta tikklikkja fuq l-istampa ta’ l-ispeaker ta’ hawn fuq tkun tista’ tisma’ u tgħid ir-Rużarju flimkien ma' verżjoni rekordjata.
IL-LITANIJA TAL-MADONNA
Mulej, ħniena.
Kristu, ħniena.
Mulej, ħniena.
Kristu, ismagħna.
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna.
Missier Etern Alla.
Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Ħenn għalina”
Iben Alla, li fdejt id-dinja.
Spirtu Qaddis Alla.
Trinità Qaddisa Alla wieħed.
Għall-invokazzjonijiet li ġejjin wieġeb, “Itlob għalina”
Imqaddsa Marija.
Imqaddsa Omm Alla.
Imqaddsa Xebba tax-xbejbiet.
Omm ta’ Kristu.
Omm il-Knisja.
Omm tal-ħniena.
Omm tal-grazzja ta’ Alla.
Omm it-tama.
Omm l-iżjed safja.
Omm l-iżjed nadifa.
Omm u xebba.
Omm bla tebgħa.
Omm li tistħoqq l-imħabba.
Omm ta’ l-għaġeb.
Omm tal-parir it-tajjeb.
Omm ta’ min ħalaqna.
Omm ta’ min salvana.
Xebba kollok għaqal.
Xebba li tistħoqq kull qima.
Xeba li tistħoqq kull foħrija.
Xebba kollok setgħa.
Xebba kollok ħniena.
Xebba dejjem marbuta m’Alla.
Mera tal-qdusija.
Tron tal-għerf.
Bidu tal-ferħ tagħna.
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Għamara ta’ kull grazzja.
Għamara ta’ kull tjieba.
Warda mistika.
Torri ta’ David.
Torri ta’ l-avorju.
Dar tad-deheb.
Arka tar-rabta l-ġdida.
Bieb tas-sema.
Kewkba ta’ filgħodu.
Saħħa tal-morda.
Kenn tal-midinbin.
Faraġ tal-migranti
Faraġ tal-imnikktin.
Għajnuna ta’ l-insara.
Sultana ta’ l-Anġli.
Sultana tal-Patrijarki.
Sultana tal-Profeti.
Sultana ta’ l-Appostli.
Sultana tal-Martri.
Sultana tal-Konfessuri.
Sultana tal-Verġni.
Sultana tal-Qaddisin kollha.
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa.
Sultana mtellgħa s-sema.
Sultana tar-Rużarju Mqaddes.
Sultana tal-familja.
Sultana tal-paċi.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Aħfrilna, nitolbuk, Malej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ismagħna, nitolbuk, Mulej.
Ħaruf t’Alla, li tneħhi d-dnubiet tad-dinja: Ħenn għalina.
Itlob għalina qaddisa Omm Alla:
Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħdna Kristu.
Nitolbu...
O Alla, li ridt li mat-tħabbira tal-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.
LITANIJA TAL-ISPIRTU S-SANTU
Mulej ħniena -- Mulej ħniena
Kristu ħniena -- Kristu ħniena
Mulej ħniena -- Mulej ħniena
Missier li tista’ kollox – Ħenn għalina
Ġesù, Iben Etern tal-Missier -- Ħenn għalina
Feddej tad-dinja – Salvana
Spirtu tal-Missier u ta’ l-Iben – Salvana
Ħajja bla qies, tagħhom it-tnejn -- Qaddisna
Trinità Qaddisa -- Ismagħna
Spirtu Santu li ġej mill-Missier -- Inżel f’qalbna
Spirtu Santu, li Int daqs il-Missier u l-Iben -- Inżel f’qalbna
Wegħda t’Alla l-Missier – Ħenn għalina
Raġġ ta’ dawl mis-sema -- Ħenn għalina
Għerq ta’ kull tjubija -- Ħenn għalina
Għajn ta’ l-ilma tas-sema -- Ħenn għalina
Nar imħeġġeġ -- Ħenn għalina
Karità mimlija ħrara -- Ħenn għalina
Balzmu ta’ faraġ spiritwali -- Ħenn għalina
Spirtu ta’mħabba u verità -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ għerf u fehma -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ kunsill u qawwa -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ għaqal u devozzjoni -- Ħenn għalina
Spirtu tal-biża’ qaddis t’Alla -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ grazzja u talb -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ paċi u ħlewwa -- Ħenn għalina
Spirtu ta’ modestja u innoċenza -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jagħti l-faraġ -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jqaddes -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jmexxi l-Knisja -- Ħenn għalina
Don t’Alla l-Għoli -- Ħenn għalina
Spirtu li jimla’ l-ħolqien kollu -- Ħenn għalina
Spirtu li jagħmilna wlied Alla -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu li jikxfilna l-kruha tad-dnub -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ejja u ġedded wiċċ id-dinja -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, sawwab id-dawl tiegħek f’ruħna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuqna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, onqox il-liġi tiegħek fuq qalbna -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kebbes fina n-nar ta’ mħabbtek -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, iftħilna t-teżori tal-grazzji tiegħek -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, għallimna nitolbu tajjeb -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, dawwalna bl-ispirazzjonijiet tiegħek tas-sema -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina dak l-għerf li hu biss meħtieġ -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, ħeġġiġna biex nagħmlu dak li hu tajjeb -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, agħtina l-merti tal-virtujiet kollha -- Ħenn għalina
Spirtu s-Santu, kun Int il-premju tagħna ta’ dejjem -- Ħenn għalina
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja – Ibagħtilna l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Ferra’ f’ruħna d-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu
Ħaruf t’Alla, li tneħħi d-dnubiet tad-dinja –Agħtina l-Ispirtu ta’ għerf u qdusija
Ejja Spirtu s-Santu ! Imla’ l-qlub tal-fidili u kebbes fihom in-nar ta’ Imħabbtek
TIĠDID TAL-WEGĦDIET TAL-MAGĦMUDIJA
Tiċħad lix-xitan? - Iva niċħad.
Tiċħad l-egħmil kollu tiegħu? - Iva niċħad.
Tiċħad it-tlellix fieragħ kollu tiegħu? - Iva niċħad.
Temmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox li ħalaq is-sema u l-art? - Iva nemmen.
Temmen f’Ġesù Kristu, Sidna, l-Iben waħdieni tiegħu, li twieled minn Marija Verġni, u bata u miet u difnuh, qam minn bejn l-imwiet u qiegħed fil-lemin tal-Missier? - Iva nemmen.
Temmen fl-Ispirtu s-Santu, il-Knisja Mqaddsa Kattolika, ix-Xirka tal-Qaddisin, il-maħfra tad-dnubiet, il-qawma ta’ l-Imwiet, u fil-ħajja ta’ dejjem? - Iva nemmen.
U Alla li jista’ kollox, Missier Sidna Ġesù Kristu, li nissilna mill-ġdid bl-ilma u l-Ispirtu s-Santu u tana wkoll il-maħfra ta’ dnubietna, iħarisna bil-grazzja tiegħu f’Ġesù Kristu għall-ħajja ta’ dejjem. - Ammen.
(Anima Christi - Hija talba attribwita lil San Injazju ta' Loyola, u inkludiha fl-eżerċizzi spiritwali tiegħu. Biss hija talba li kienet teżisti qabel San Injazju.)
ANIMA Christi, sanctifica me.
Corpus Christi, salva me.
Sanguis Christi, inebria me.
Aqua lateris Christi, lava me.
Passio Christi, conforta me.
O bone Iesu, exaudi me.
Intra tua vulnera absconde me.
Ne permittas me separari a te.
Ab hoste maligno defende me.
In hora mortis meae voca me.
Et iube me venire ad te,
Ut cum Sanctis tuis laudem te
in saecula saeculorum. Ammen.
Ruħ ta' Kristu
(Anima Christi bil-Malti)
Ruħ ta' Kristu qaddisni
Ġisem ta' Kristu, salvani.
Demm ta' Kristu, isqini.
Ilma tal-kustat ta' Kristu, aħsilni.
Passjoni ta' Kristu, sabbarni.
O Ġesù twajjeb, ismagħni.
Fil-pjagi tiegħek, aħbini.
Tħallini qatt ninfired minnek.
Mill-għadu ħażin ħarisni.
Fis-siegħa ta' mewti sejjaħli.
Ġewwa ħdanek ilqagħni,
biex mal-qaddisin tiegħek
infaħħrek għal dejjem ta' dejjem. Ammen.
Dal-misteru, għarkubbtejna,
ejjew, mela, naduraw
u quddiem ir-riti ġodda
suriet qodma jispiċċaw;
bit-twemmin ġo qalbna nħossu
dak li s-sensi le jaraw.
Lill-Missier irroddu, u ’l-Iben
b’qalbna kollha kull tifħir,
lejhom mat-tberik ta’ qalbna,
imħabbitna ’l fuq ittir;
lill-Ispirtu li ġejn minnhom
ħajr ukoll, xejn inqas kbir. Ammen.
San Tumas ta’ Aquino
Nitolbu
O Alla, int f’dan is-sagrament ta’ l-għaġeb ħallejtilna t-tifkira tal-passjoni tiegħek; agħtina, nitolbuk, li nqimu l-misteru tal-Ġisem u d-Demm tiegħek, hekk li nħossu fina bla heda dak li rebbħitilna l-fidwa tiegħek. Int, li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Tantum ergo
Tantum ergo Sacramentum
veneremur cernui:
et antiquum documentum
novo cedat ritui:
praestet fides supplementum
sensuum defectui.
Genitori, genitoque
laus et jubilatio,
salus, honor, virtus quoque
sit et benedictio;
procedenti ab utroque
compar sit laudatio. Ammen.
Oremus
Deus, qui nobis sub sacramento mirabili passionis tuae memoriam reliquisti, tribue, quaesumus, ita nos Corporis et Sanguinis tui sacra mysteria venerari; ut redemptionis tuae fructum in nobis jugiter sentiamus: qui vivis et regnas in saecula saeculorum. Ammen.
Adoremus in aeternum sanctissimum Sacramentum.
Faħħru l-Mulej intom ġnus kollha,
sebbħuh, o popli kollha!
Għax kbira hi tjubitu magħna,
u kelmet il-Mulej iddum għal dejjem.
Glorja.
Psalmus 116
Laudate Dominum, omnes gentes,
laudate eum omnes populi.
Quoniam confirmata est super nos misericordia eius
et veritas Domini manet in aeternum.
Gloria.
(għal wara l-Barka)
Ikun imbierek Alla.
Imbierek l-isem imqaddes tiegħu.
Imbierek Ġesù Kristu, veru Alla u veru bniedem.
Imbierek l-isem ta’ Ġesù.
Imbierka l-Qalb qaddisa tiegħu.
Imbierek id-demm għażiż tiegħu.
Imbierek Ġesù fis-Santissmu Sagrament ta’ l-altar.
Imbierek l-Ispirtu s-Santu paraklitu.
Imbierka l-kbira omm Alla Marija santissma.
Imbierka l-imqaddsa u Immakulata Kunċizzjoni tagħha.
Imbierek it-tlugħ glorjuż tagħha fis-sema.
Imbierek l-isem ta’ Marija, verġni u omm.
Imbierek San Ġużepp, għarus kastissmu tagħha.
Imbierek Alla fl-anġli u l-qaddisin kollha tiegħu.
O Mejda mqaddsa li fiha Kristu jitqiegħed bħala ikel, issir it-tifkira tal-passjoni tiegħu. Ir-ruħ timtela bil-grazzja u lilna jingħata r-rahan tal-ħajja ta’ dejjem.
Ċ: Bagħtilhom il-ħobż mis-sema.
P: U dan għandu kull ħlewwa.
San Tumas ta’ Aquino
Mulej, “ibgħat l-għerf mis-smewwiet imqaddsa, ibagħtu mit-tron glorjuż tiegħek, biex jieqaf miegħi fit-tħabrik tiegħi, ħa nkun naf sewwa x’inhu li jogħġob lilek; għax huwa kollox jaf u kollox jifhem, f’kulma nagħmel imexxini bil-għaqal, u bil-glorja tiegħu jħarisni”. Għerf 9:10-11
Viżta lil Ġesù Sagramentat (1)
Kemm nixtieq li ninviżtak
o Ġesù Sagramentat,
f’kull altar fejn tinsab waħdek
minn kulħadd abbandunat. (inkella:- minn kulħadd adurat)
Kemm nixtieq illi l-qlub kelli
ta’ kemm huma lejk ingrati
u ta’ dawk li ma jagħrfukx
biex tant qlub lilek kont nagħti.
Imma għaliex qalb waħda tajtni
kollha lilek jien nagħtiha
bħala vittma ta’ l-imħabba
tant għalihom, kemm għalija.
Mill-imqaddes tabernaklu
o Ġesù, qatt la tinsieni;
fidi u tama kattar fija
u bin-nar ta’ l-imħabba mlieni.
O Ġesù, fuq ħsibijieti,
fuq kull xewqa tal-qalb tiegħi
xerred, int, il-barka tiegħek,
b’mod li tibqa’ dejjem miegħi.
Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-papa.
Viżta lil Ġesù Sagramentat (2)
O Ġesù Sagramentat,
Redentur l-iżjed ħanin,
int il-ħrara fina kebbes
li spiss nersqu għat-tqarbin.
O Ġesù Sagramentat
li mill-mewt għoġbok tifdina,
lejn id-dnub l-akbar mibegħda
għala dejjem nissel fina.
O Ġesù Sagramentat,
inti waħdek triq tal-ġenna;
sabiex fiha nistgħu naslu
ruħna minnek dawl tistenna.
O Ġesù Sagramentat,
għarus denn ta’ kull imħabba,
ħlief imħabbtek, imħabb’oħra
la tħallix fina titrabba.
O Ġesù Sagramentat,
hena, dawl u qawwa tagħna,
biex nifilħu kull salib
sabar ’tina w ieqaf magħna.
Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-papa.
Viżta lil Ġesù Sagramentat (3)
Ġesù Ewkaristija,
għal ftit ġejt noqgħod ħdejk
sabiex nitkellem miegħek
u nuri mħabbti lejk.
Ilqagħha din iż-żjara
li llum erfajt għalik:
int taf li jien inħobbok
u spiss niftakar fik.
Ġesù Ewkaristija,
kull ħajr sinċier nagħtik
tal-ġid li tajtni f’ħajti
biex nibqa’ nemmen fik.
Għallimni nagħraf sewwa
l-imħabba tiegħek lejja,
għallimni nżommok f’qalbi,
kuljum quddiem għajnejja.
Ġesù Ewkaristija,
tal-lejl u n-nhar is-Sid,
noffrilek dal-jum tiegħi
bix-xogħol u bit-taħbit.
Noffrilek ħajti kollha
bil-ferħ u n-niket tagħha,
jien naf li inti tridha
u b’għożża dlonk tilqagħha.
Ġesù Ewkaristija,
illum b’qalbi sogħbiena
nixtieq nitolbok maħfra
u minni jkollok ħniena.
F’dis-siegħa kollha mħabba
li jien erfajt għalik,
inwiegħdek li qatt iżjed
ma jien se noffendik.
Ġesù Ewkaristija,
mexxini fit-triq tiegħek,
tħallini qatt fil-ħama
u t-tajn ta’ l-għelt nitmiegħek.
Ħarisni llum u dejjem
mill-ħażen u mid-dnub:
għallimni nħobb biss lilek
kull ħin, Ġesù maħbub.
Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-papa.
Viżta lil Ġesù Sagramentat (4)
Ġejt inżurek Ġesù tiegħi
għaliex jiena nemmen fik,
biex kif int tajt kollox lili
hekk minn qalbi rrid nagħtik.
Fik biss tgħix it-tama tiegħi,
int il-bidu u int it-tmiem,
int biss tagħti dak li twiegħed,
fik il-fatti jtemmu l-kliem.
Għaliex int l-istess imħabba,
tħobb lit-twajba u lill-ħatjin
u tkenninhom fil-qalb tiegħek
fejn isiru qaddisin.
Għax meta naraw imħabbtek
lejna lkoll, mimlijin ħtija,
nagħrfu l-kobor tad-dejn tagħna
lejk Ġesù fl-Ewkaristija.
Ruħi tqaddes jien nitolbok
b’dawl is-sagramenti tiegħek
għax bil-qawwa tal-qdusija
iżommuni dejjem miegħek.
Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-papa.
Viżta ta’ billejl lil Ġesù Sagramentat
F’dan is-skiet tal-lejl u l-ħemda
widen tajt bi ħniena ’l talbi,
ngħasi ksirtli biex inżurek,
o Ġesù maħbub ta’ qalbi!
Lejk itiru ħsibijieti,
b’ruħi u qalbi niġi ħdejk,
hemm quddiemek fl-Ostja mqaddsa,
nadurak, mixħut f’riġlejk.
Kemm nixtieq, Ġesù, li kelli
il-qlub kollha tal-bnedmin
biex f’kull knisja niġi nżurek
fejn int waħdek f’dan il-ħin!
U hemm noffrilek bl-akbar ħeġġa
ta’ tant qlub l’abbandunawk,
imħabbithom, biex inpatti
tant uġigħ li s’issa tawk!
Kemm nixtieq ukoll li kelli
ta’ tant qlub ħeġġa u tjubija
li qegħdin f’dal-lejl quddiemek
jadurawk fl-Ewkaristija!
Flok tant bruda tal-qalb tiegħi,
imħabbithom jien noffrilek,
o Ġesù, bħal ħaġa tiegħi,
jien nagħtiha kollha lilek.
Magħhom lilek b’ruħi kollha
fl-Ostja mqaddsa nadurak,
bit-tifħir tagħhom imdawwar
f’kull altar nixtieq narak.
U nixtieq li ssaltan dejjem
fl-ewkaristiku renju tiegħek,
li j’tuk qima l-bnedmin kollha
marbutin fl-imħabba miegħek!
Il-ġurnata li bdiet toqrob
bl-hemm u l-ferħ tagħha noffrilek,
kulma nagħmel fiha bierku
biex bih nagħti glorja lilek.
O Ġesù, mill-ġdid inkompli
dak in-ngħas li ksirt għalik,
’ma jekk nagħti rpoż lil ġismi,
qalbi mqajma tibqa’ fik!
Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-papa.
Talba lil Ġesù Sagramentat
F’kull bżonn li jkolli, ħallini niġi għandek bl-umiltà u bil-fiduċja, u ngħidlek: “Ġesù, għinni”.
Ġesù, għinni fid-dubji, inċertezzi u tentazzjonijiet.
Ġesù, għinni kulmeta nħossni waħdi, għajjien u f’sitwazzjonijiet diffiċli.
Ġesù, għinni meta nara l-pjan tiegħi u t-tamiet tiegħi jfallu u jinbidlu b’diżappunt u għali.
Ġesù, għinni meta ħaddieħor jonqosni.
Ġesù, għinni meta nħoss qalbi maqtugħa għalkollox fil-falliment, meta nara li l-isforzi tiegħi kollha jisfaw fix-xejn.
Ġesù, għinni meta nħossha tonqosni l-paċenzja u s-salib tiegħi nħossu tqil wisq.
Ġesù, għinni meta nkun marid, u rasi u jdejja ma jistgħux jaħdmu aktar, u nħossni abbandunat.
Ġesù, għinni ħalli nerħi ruħi fl-imħabba kbira tiegħek, bħala missier u salvatur.
Dejjem, dejjem minkejja d-debulizzi, waqgħat u nuqqasijiet ta’ kull xorta: “Ġesù għinni u tinsieni qatt”.
Ġesù, jiena nemmen li int tinsab tabilħaqq fis-sagrament ta’ l-Ewkaristija. Inħobbok fuq kollox u rrid nitqarben. Minħabba li bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija taħt ix-xbiha tal-ħobż, għallinqas ejja fija bix-xewqa. Tħallini qatt nitbiegħed minnek. Irrid inħobbok.
Missier, f’idejk nintelaq
Missier, f’idejk nintelaq jiena. Agħmel minni dak li jogħġbok. Niżżikħajr għal dak kollu li tagħmel bija: jien lest għal kollox, nilqa’ kollox. Agħmel biss li r-rieda tiegħek isseħħ fiha, u fil-ħlejjaq kollha tiegħek. Ma nixtieq xejn aktar, Mulej. F’idejk jien nitlaq ruħi; nagħtihielek bl-imħabba kollha ta’ qalbi, għax jien inħobbok, Mulej, u għalhekk inħoss il-ħtieġa li nagħti lili nnifsi lilek, li nintelaq f’idejk għal kollox u b’kunfidenza bla tarf, għax int Missieri.
Charles de Foucauld
Talb u tifħir ’l Alla
Int qaddis, waħdek Mulej Alla, li tagħmel ħwejjeġ ta’ l-għaġeb.
Int qawwi.
Int kbir.
Int l-aktar għoli.
Int Sultan li tista’ kollox, Missier qaddis, sultan tas-sema u ta’ l-art.
Int Mulej, Alla wieħed fi tliet Persuni, int kull tjubija.
Int it-tjieba, kull tjieba, fuq kull tjieba, Mulej Alla, ħaj u veru.
Int għerf.
Int umiltà.
Int sabar.
Int kenn.
Int is-sliem.
Int hena u ferħ.
Int il-ħaqq u l-qies.
Int il-għana li jegħleb kull ħtieġa.
Int is-sbuħija.
Int ta’ qalb ħelwa.
Int li tieqaf magħna.
Int li tgħasses fuqna u tidħol għalina.
Int il-qawwa.
Int is-serħan tal-qalb.
Int it-tama tagħna.
Int il-fidi tagħna.
Int il-għaxqa kbira tagħna.
Int il-ħajja ta’ bla tmiem, kbir u ta’ l-għaġeb.
Mulej, Alla li tista’ kollox, Feddej ta’ ħniena.
San Franġisk ta’ Assisi
Talba b'tifkira tal-passjoni u mewt ta' Ġesù.
Tintalab nhar ta' Ġimgħa fit-3.00 pm
O ruħ x’għamiltlek jiena
li inti ma tridx taf bija?
Ftakar fil-mewt u
l-passjoni
u t-tliet siegħat tal-agunija
Missierna, Sliema u Glorja
O ruħ x’għamiltlek jiena
li tfajtni wara spallejk?
Ftatkar fil-mewt u l-passjoni
u t-tbatija li batejt.
Missierna, Sliema u Glorja
O ruħ x’għamiltlek jiena
li bil-lanza ftaħtli
qalbi?
Inti titbiegħed minni
u jien nitolbok tiġi
għandi.
Missierna, Sliema u Glorja
Sinjur Alla, inti hawn u jiena fik, inkellmek u inti tismagħni, nitolbok u inti tagħtini, għaliex inti wrejtna fl-Iskrittura mqaddsa li huma delizzji għalik li inti tkun ma’ wlied il-bnedmin, u wkoll li tridna nirrikorru lejk f’kull bżonn tagħna. Għalhekk b’kunfidenza nitolbuk, bħala wlied lill-Missier tagħhom.
Sinjur Alla, agħti glorja lill-isem tiegħek.
Sinjur Alla, saltan fuq kulħadd.
Sinjur Alla, iddifendi l-ġieħ tiegħek.
Sinjur Alla, għarraf lilek innifsek.
Sinjur Alla, agħmel il-volontà tiegħek.
Sinjur Alla, ifraħ bl-opri tiegħek.
Sinjur Alla, tgħaxxaq bik innifsek.
Sinjur Alla, uri l-ġmiel tal-liġi tiegħek.
Sinjur Alla, gawdi t-teżori infiniti tiegħek.
Sinjur Alla, ikkonverti lejk il-midinbin.
Sinjur Alla, ippersevera l-ġusti.
Sinjur Alla, salva l-agunizzanti.
Sinjur Alla, agħti l-mistrieħ lill-fidili mejtin.
Sinjur Alla, farraġ l-imnikktin.
Sinjur Alla, dawwal l-injoranti.
Sinjur Alla, fejjaq il-morda.
Sinjur Alla, agħti għajnuna lil min hu fil-bżonn.
Sinjur Alla, irrassenja l-inkwetati.
Sinjur Alla, saffili qalbi.
Sinjur Alla, agħtini l-ispirtu ta’ Kristu.
Sinjur Alla, eħlisni mill-inganni.
Sinjur Alla, iddiriġini f’kull triq tiegħi.
Sinjur Alla, ferraħni bil-paċi tiegħek.
Sinjur Alla, żommni dejjem f’idejk.
Sinjur Alla, itfa’ fija l-ispirtu tas-sagrifiċċju.
Sinjur Alla, fittixni biex nadurak.
Sinjur Alla, bierek f’mewti r-ruħ tiegħi.
Ammen.
Ġesù Kristu, Nazzarenu, sultan tal-Lhud, iben waħdieni ta’ Alla l-ħaj u ta’ l-omm verġni Marija, medjatur wieħed tagħna l-bnedmin quddiem Alla, uri l-pjagi divini tiegħek lill-ġustizzja ta’ Alla, u bis-setgħa tiegħek salva lid-dinja kollha. Ammen.
San Ġorġ Preca
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.
Għax Alla kbir hu l-Mulej,
sultan kbir fuq l-allat kollha.
F’idejh huma l-qigħan ta’ l-art,
tiegħu huma l-qċaċet ta’ l-għoljiet.
Tiegħu l-baħar, għax hu għamlu;
tiegħu l-art, għax b’idejh saret.
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!
Għaliex hu Alla tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.
Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!
La twebbsux qalbkom bħal f’Meribah,
bħal dakinhar f’Massah, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt.
Għal erbgħin sena domt nistmellu dan in-nisel;
u jien għidt: “Qalbu mħassra dan il-poplu,
u triqati ma jagħrfux”.
Għalhekk ħlift fl-għadab tiegħi:
“Ma jidħlux fil-mistrieħ tiegħi!”.
Glorja.
Salm 94 (95)
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!
Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes,
bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb.
Inti frixt is-smewwiet bħal tinda,
waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek.
Int tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek,
fuq ġwienaħ ir-riħ tiġġerra.
L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek,
u l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek.
Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha,
b’mod li qatt ma titħarrek;
bl-ibħra, bħal b’libsa, inti ksejtha;
u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet l-għoljiet.
Salm 104 (103)
Imbierek il-Mulej Alla ta’ Iżrael,
għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,
u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni
f’dar David, qaddej tiegħu,
bħalma kien wiegħed fl-imgħoddi
b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,
biex isalvana mill-għedewwa tagħna
u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.
B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna,
u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,
fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna,
li jagħtina
li, meħlusin minn idejn l-għedewwa tagħna,
naqduh bla biża’
tul ħajjitna kollha,
bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu.
U inti, tfajjel, tissejjaħ profeta ta’ l-Għoli;
għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu,
biex tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni,
bil-maħfra ta’ dnubiethom,
ħierġa mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna,
li jibagħtilna mill-għoli ż-żjara tax-Xemx tielgħa,
ħa jdawwal lil dawk li jinsabu
fid-dlamijiet, u d-dell tal-mewt,
ħa jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.
Luqa 1:68-79
Lilek, o Alla, infaħħru: lilek b’Mulej nistqarru.
Lilek, Missier ta’ dejjem, id-dinja kollha tqimek.
Lilek l-anġli kollha, lilek is-smewwiet u l-qawwiet kollha tagħhom,
lilek il-kerubini u s-serafini jxandruk bla heda:
Qaddis, Qaddis, Qaddis, il-Mulej Alla ta’ l-eżerċti.
Is-smewwiet u l-art mimlija bil-kobor tas-sebħ tiegħek.
Lilek tfaħħar il-ġemgħa glorjuża ta’ l-appostli.
Lilek ifaħħar l-għadd sabiħ tal-profeti.
Lilek ifaħħru l-qtajja’ tal-martri rebbieħa kollhom bjuda.
Mad-dinja kollha l-Knisja mqaddsa tistqarr fik: il-Missier ta’ kobor bla qies,
l-Iben tiegħek miqjum, veru u waħdieni u l-Ispirtu s-Santu, id-difensur.
Kristu, inti s-sultan glorjuż.
Inti minn dejjem Bin il-Missier.
Int, biex teħles lill-bniedem, ma stmerrejtx tinżel f’ġuf ta’ verġni.
Int ħriġt rebbieħ fuq is-setgħa tal-mewt,
u ftaħt is-saltna tas-smewwiet għal min jemmen.
Int qiegħed fil-leminija ta’ Alla, fis-sebħ tal-Missier.
Aħna nemmnu li int għad terġa’ tiġi bħala mħallef.
Nitolbuk, għalhekk, li tgħin lill-qaddejja tiegħek, li int fdejt b’demmek l-għażiż.
Agħmel li nissieħbu mal-qaddisin tiegħek fil-glorja ta’ dejjem.
Salva lill-poplu tiegħek, Mulej, bierek lill-wirt tiegħek.
Kun ir-ragħaj tagħhom, erfagħhom għal dejjem.
Minn jum għall-ieħor aħna nberkuk;
u nfaħħru ismek għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem.
Agħmel, Mulej, li llum inħarsu ruħna minn kull dnub.
Ħenn għalina, Mulej, ħenn għalina.
Ħa tkun fuqna, Mulej, it-tjieba tigħek, kif fik hi t-tama tagħna.
Fik, Mulej, jien nistkenn: ma jkolli qatt għax ninfixel.
Twajjeb Mulej, int l-ogħla, tista’ kollox,
għalik huma t-tifħir, is-sebħ, il-ġieħ, u kemm hawn barka.
Jixirqu lilek biss, ja l-aktar Għoli,
u l-ebda bniedem ma jistħoqqlu jlissen ismek.
Mulejja, tkun imfaħħar mal-ħlejjaq kollha tiegħek
u l-aktar m’oħtna x-xemx
li biha jibda l-jum u jroxx id-dawl.
Għax hi sabiħa u tħeġġeġ bl-isfa dija:
ix-xbiha tiegħek, l-aktar Għoli, naraw fiha.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna l-qamar u l-kwiekeb:
għamilthom sinjal fis-smewwiet, leqqiena, għonja, u sbejħa.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna r-riħ,
fiż-żiffa u fl-isħab, fil-bnazzi, f’kull tibdil,
li minnu inti tgħajjex kull maħluq.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna l-ilma
li hu meħtieġ qatigħ, irżin, ta’ siwi, u safi.
Mulejja, tkun imfaħħar f’ħuna n-nar,
li bih iddawwal id-dlamijiet tal-lejl,
hu sbejjaħ, kollu ħajja, sħiħ, u qawwi.
Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna u ommna l-art
għax minnha l-għixien, u hi tmexxina,
u tagħti frott kull bixra, ward bl-ilwien u ħxejjex.
Mulejja, tkun imfaħħar f’dawk li jaħfru għal imħabbtek
u f’dawk li jġarrbu l-mard u l-hemm bla lewma.
Imbierka dawk li jilqgħu kollox b’ħajr u sliem,
għax minnek, l-aktar Għoli, jieħdu l-ħlas.
Mulejja, tkun imfaħħar f’oħtna l-mewt tal-ġisem,
li minnha ebda ħaj ma jista’ jaħrab:
ħażin għal dawk li jmutu fid-dnubiet il-mejta;
imbierka dawk li ssibhom fir-rieda mqaddsa tiegħek,
għax il-mewt l-oħra ma tagħmlilhomx deni.
Faħħru, bierku lil Mulejja u żżuh ħajr,
u bla kburija xejn, aqduh ilkoll.
San Franġisk ta’ Assisi
Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek
Mulej, agħmilni strument tal-paċi tiegħek:
fejn hemm il-mibegħda, ħallini nħeġġeġ l-imħabba;
fejn hemm il-ħtija, ħallini nferrex il-maħfra;
fejn hemm id-dubju, ħallini ndaħħal il-fidi;
fejn hemm il-qtigħ il-qalb, ħallini nqawwi t-tama;
fejn hemm id-dlam, ħallini nkebbes id-dawl;
fejn hemm in-niket, ħallini nxerred il-ferħ.
Mgħallem divin, la tħallix:
li iżjed infittex li nkun imfarraġ, milli nfarraġ jien;
li iżjed jifhimni ħaddieħor, milli nifhem lil ħaddieħor jien;
li iżjed inkun maħbub, milli nħobb jien.
Għaliex meta nagħtu, aħna naqilgħu;
meta naħfru, aħna niġu maħfura;
meta mmutu, nerġgħu nitwieldu għall-ħajja ta’ dejjem.
San Franġisk ta’ Assisi
Lilek biss inħobb, Mulej
Lilek biss inħobb, Mulej, warajk biss irrid nimxi.
Lilek biss irrid infittex, u lilek biss irrid naqdi.
Nitolbok, Mulej, ikkmandani dak li trid.
Irrid naqdik bil-ferħ kollu ta’ qalbi.
Għaliex mhux l-indiema, imma l-imħabba qiegħda ssejjaħli lejk.
Agħmel, Mulej, li nkun kapaċi nisma’ dak li int tixtieq minni.
Għinni ngħix dak li tikkmandani, u kkmandani dak li trid.
Agħmel li nsibuk, għax qabel ma nsibuk, ma nistriħux.
Fik biss tinsab il-hena u l-mistrieħ tagħna.
Int għamiltna għalik, o Alla, u qalbna ma ssib qatt kwiet, jekk ma tistrieħx fik.
Santu Wistin ta’ Ippona
Talba fil-knejjes
Nadurawk, sidna Ġesù Kristu,
(hawn u) fil-knejjes kollha tiegħek,
li jinsabu fid-dinja kollha,
u nberkuk,
għax bis-salib imqaddes tiegħek
fdejt id-dinja.
San Franġisk ta’ Assisi
Att ta’ konsagrazzjoni lil Kristu
Maħbub Ġesù, salvatur tal-bnedmin, aħna nadurawk moħbi fl-Ewkaristija, irroddulek ħajr għall-ġid kollu li tajtna u għall-imħabba infinita tiegħek lejna. Aħna nikkonsagrawlek lilna nfusna, ix-xogħol, il-familja, u l-parroċċi u d-djoċesi tagħna. Nixtiquk issaltan f’moħħna permezz tal-fidi tagħna, u fi qlubna bil-karità li l-Ispirtu qaddis tiegħek isawwab fina. U biex inżommu dejjem imħeġġa mħabbitna lejk, aħna nipproponu li, kulmeta nistgħu, nieħdu sehem attiv fil-Quddiesa, nirċivuk ta’ sikwit fit-tqarbin imqaddes u niġu nżuruk fit-tabernaklu, fejn tinsab moħbi. Kun int li tqaddes il-ferħ tagħna, li ttaffi n-niket tagħna u li tagħtina l-paċi tal-qalb li għaliha kull bniedem huwa mxennaq. Ħenn għall-midinbin, agħtihom il-maħfra ta’ dnubiethom u iġbidhom lejk. Wettaq dejjem aktar fit-tjieba l-erwieħ li jħobbuk, dawk li kkonsagrawlek ħajjithom, is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-membri ta’ l-għaqdiet Kattoliċi. Żommna lkoll magħqudin miegħek, sakemm twassalna fid-dar tal-Missier. Ammen.
Talba lil Ġesù msallab
Hawn jien, o Ġesù maħbub tiegħi, mixħut quddiem il-preżenza tiegħek, nitolbok bl-akbar ħrara li tistampa fil-qalb tiegħi sentimenti ta’ fidi, ta’ tama, ta’ mħabba, ta’ dulur kbir ta’ dnubieti u ta’ proponiment li ma noffendik qatt iżjed; filwaqt li bl-imħabba u l-ħniena kollha sejjer inġib quddiem għajnejja l-ħames pjagi tiegħek, nibda minn dak li qal fuqek il-qaddis profeta David: “Nifduli jdejja u riġlejja, u għaddewli għadmi kollu”.
L-Att ta’ l-indiema
Mulej, Alla tiegħi, jisgħobbija b’qalbi kollha minn dnubieti ta’ ħajti kollha. Jisgħobbija, Mulejja, għall-ġenna li tlift u għall-infern li rbaħt; imma fuq kollox jisgħobbija għax regħextek u offendejtek, li inti kollok tjieba u ħniena. Inħobbok, Mulejja, inħobbok fuq kollox. Mil-lum ’il quddiem, bl-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nidneb qatt u qatt iżjed, u la mmur fejn dari nidneb, naħrab ukoll dak kollu li dari waqqagħni fid-dnub.
L-Att ta’ l-indiema (il-qasir)
Mulej, Alla tiegħi, inti tħobbi ħafna. Jiddispjaċini talli għidtlek le bi dnubieti. Mil-lum ’il quddiem, bl-għajnuna mqaddsa tiegħek, ma nerġax nidneb iżjed, u rrid inħobbok fuq kollox.
Mulejja, nemmen fik, kollok verità.
Mulejja, nitma fik, kollok ħniena.
Mulejja, inħobbok fuq kollox, kollok imħabba.
Mulejja, nindem għax regħextek u offendejtek, kollok tjieba.
Mulejja, inqaddes ruħi bis-sagramenti tiegħek, kollok qdusija.
Ejja, Spirtu s-Santu
Ejja, Spirtu s-Santu, imla l-qlub tal-fidili tiegħek, u ħeġġeġ fihom in-nar ta’ mħabbtek. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u huma jinħalqu. U inti ġġedded il-wiċċ tal-art.
Sekwenza ta’ l-Ispirtu s-Santu
Spirtu Santu, ejja fina,
raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,
xerrdu f’ruħna mis-smewwiet.
O Missier il-foqra tiegħek,
inti ġġib id-doni tiegħek,
tagħni b’dawlek qalb l-ulied.
Inti l-aqwa faraġ tagħna,
fik kull hena x’ħin tkun magħna,
tħossok fewġa ħelwa r-ruħ.
Fl-għejja, lejn is-serħ twassalna;
jekk imħeġġa wisq, trażżanna;
mill-għajnejn tixxotta d-dmugħ.
O dawl hieni ta’ qdusija,
nitolbuk li bik mimlija,
tkun il-qalb ta’ kull fidil.
Mingħajr dawlek li jmexxina
ebda ħajr ma jkun hemm fina,
ebda safa fil-għemil.
Naddaf kulfejn hemm it-tbajja’,
fejn hemm nixfa reġġa’ l-ħajja,
lill-miġruħ agħti l-fejqan.
Rattab fina l-ebusija,
agħti lill-berdin bżulija,
għin fit-triq lil min beżgħan.
Agħti s-seba’ doni tiegħek
lil min jimxi fidil miegħek
u li fik jistrieħ kull ħin.
Agħti ’l kull virtù sabiħa
ħlas ta’ salvazzjoni sħiħa;
agħti l-ġenna lit-tajbin. Ammen.
Ċ: Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u jinħalqu.
P: U ġedded il-wiċċ ta’ l-art.
Nitolbu
Agħmel, Missier ħanin, li l-Ispirtu divin tiegħek idawwalna, iħeġġiġna u jsaffina, b’mod li jista’ jinfed il-qlub tagħna bin-nida tal-grazzja tiegħu u jimliena b’għemejjel tajba. Dan nitolbuh għall-merti ta’ Ġesù Kristu, ibnek, li miegħek u ma’ l-istess Spirtu s-Santu jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ejja, Spirtu s-Santu
Ħallieq ta’ kollox, ejja,
o Spirtu, żur lil ruħna:
bil-grazzja tiegħek fawwar
il-qlub maħluqa minnek.
Int difensur u faraġ,
id-don ta’ Alla l-għoli,
għajn, ħajja, nar, imħabba
u qawwa tar-ruħ tagħna.
Int turi l-qawwa t’Alla
bis-seba’ doni tiegħek:
int mill-Missier, imwiegħed
biex tagħti l-kliem lil fommna.
Mexxina fid-dawl tiegħek,
bi mħabbtek imla qalbna,
bil-qawwa tiegħek wettaq
il-ġisem dgħajjef tagħna.
Biegħed minn fostna l-għadu,
fis-sliem għal dejjem żommna;
jekk int quddiemna timxi,
neħilsu minn kull deni.
Kun fina, u bid-doni tiegħek
nagħrfu l-Missier u l-Iben
u nemmnu b’fidi sħiħa
li int l-Ispirtu tagħhom. Ammen.
jew
Spirtu qaddis li ħlaqtna,
ejja lill-moħħ dawlilna,
imla bil-grazzja tiegħek
il-qlub li int ħlaqtilna.
Int l-akbar don ta’ Alla,
li tieqaf dejjem magħna:
għajn, ħajja, nar, imħabba
u qawwa tar-ruħ tagħna.
Int tqassam seba’ doni,
int l-id il-leminija
tal-Missier, minnu mwiegħed,
fik bl-għerf l-ilsna mogħnija.
Ixgħel id-dawl lis-sensi,
kebbes il-qlub bl-imħabba,
u saħħaħ dan ġisimna
mill-mard li fih jitrabba.
Bogħod minna żomm ’il-għadu,
lilna fis-sliem henjin,
mexxina int, biex nibqgħu
mid-deni meħlusin.
Agħmel li nsiru nafu
bik lill-Missier u ’l-Ibnu;
li fik, Spirtu li tqaddes,
bla nieqfu dejjem nemmnu.
Glorja ’l-Missier, lill-Iben
li qam minn bejn l-imwiet,
l-Ispirtu, faraġ tagħna,
għal dejjem fis-smewwiet. Ammen.
Ċ: Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u jinħalqu.
P: U ġedded il-wiċċ ta’ l-art.
Veni Creator
Veni Creator Spiritus
mentes tuorum visita:
imple superna gratia
quae tu creasti pectora.
Qui diceris Paraclitus,
altissimi donum Dei,
fons vivus, ignis, caritas,
et spiritalis unctio.
Tu septiformis munere,
digitus Paternae dexterae,
tu rite promissum Patris,
sermone ditans guttura.
Accende lumen sensibus:
infunde amorem cordibus,
infirma nostri corporis
virtute firmans perpeti.
Hostem repellas longius,
pacemque dones protinus:
ductore sic te praevio
vitemus omne noxium.
Per te sciamus da Patrem,
noscamus atque Filium,
teque utriusque Spiritum
credamus omni tempore.
Deo Patri sit gloria,
Filio qui a mortui surrexit, ac Paraclito,
in saecula saeculorum. Ammen.
Nitolbu
O Alla, int li għallimt lill-qaddejja tiegħek bid-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu, agħtina li niggustaw fl-istess Spirtu kulma hu sewwa u ngawdu dejjem il-faraġ tiegħu. B’Ibnek Ġesù Kristu sidna. Ammen.
Talba ta’ sottomissjoni lill-Ispirtu s-Santu
O Spirtu Qaddis, ħajja ta’ ruħi, jiena nadurak: dawwalni, mexxini, qawwini, farraġni, għallimni x’għandi nagħmel, ikkmandani dak li trid minni. Inwiegħdek li noqgħod għal dak kollu li tippermetti li jgħaddi mingħalija; agħmel biss li nagħraf ir-rieda tiegħek.
Talba għall-miġja ta’ l-Ispirtu s-Santu
Missier etern Alla, f’isem Ġesù Kristu, ibnek, u għall-interċessjoni tal-verġni Marija Immakulata, ibgħat fija l-Ispirtu.
Ejja, Spirtu qaddis, f’qalbi u qaddishieli.
Ejja, missier il-fqajrin u wennisni.
Ejja, ħallieq ta’ kull ġid u farraġni.
Ejja, dawl ta’ l-imħuħ u dawwalni.
Ejja, faraġ ta’ l-erwieħ u hennini.
Ejja, mistieden għażiż u tħallini qatt waħdi.
Ejja, fewġa ħelwa ta’ ħajti u ’tini s-saħħa.
Glorja. (x3)
Spirtu qaddis, imħabba bla tmiem.
Ejja fina bil-ħeġġa tiegħek,
ejja kebbes il-qlub tagħna.
Novena lill-Ispirtu s-Santu
(Tibda l-għada tas-solennità ta’ Tlugħ il-Mulej fis-Sema)
Spirtu ta’ l-għerf, aħna nadurawk: urina x-xejn tal-ħwejjeġ tad-dinja u l-importanza tal-ħwejjeġ tas-sema.
Glorja.
Spirtu tal-fehma, aħna nirringrazzjawk: dawwalna bil-fidi biex tmexxina f’kull opra tagħna.
Glorja.
Spirtu tal-kunsill, aħna nfaħħruk: agħmilna ubbidjenti għat-tnebbiħ tiegħek.
Glorja.
Spirtu ta’ qawwa, aħna nberkuk: agħmel li nirbħu dejjem l-għedewwa ta’ ruħna.
Glorja.
Spirtu tax-xjenza, aħna nigglorifikawk: għinna sabiex naqilgħu l-vera sapjenza tal-qaddisin.
Glorja.
Spirtu tal-pjetà, aħna nitolbuk: agħmel li nitolbu aktar bil-ġabra.
Glorja.
Spirtu tal-biża’ ta’ Alla, aħna nħobbuk: żommna dejjem fil-preżenza tiegħek.
Glorja.
Antifona
Ejja, Spirtu s-Santu, imla l-qlub tal-fidili tiegħek u ħeġġeġ fihom in-nar ta’ mħabbtek.
Ċ: Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u huma jinħalqu.
P: U inti ġġedded il-wiċċ ta’ l-art.
Nitolbu
O Alla li bid-dawl ta’ l-Ispirtu s-Santu, għallimt il-qlub tal-fidili tiegħek, agħmel li aħna bl-istess Spirtu nkunu tassew għaqlin u nifirħu dejjem bil-faraġ tiegħu. Bi Kristu sidna. Ammen.
Att ta’ konsagrazzjoni lill-Ispirtu s-Santu
O Spirtu mqaddes, Spirtu divin tad-dawl u ta’ l-imħabba, jiena nikkonsagralek l-intelliġenza tiegħi, lil qalbi, ir-rieda u lili nnifsi fiż-żmien u fl-eternità. Jalla l-intelliġenza tiegħi tkun dejjem sottomessa għat-tnebbiħ tiegħek u għat-tagħlim tal-Knisja Kattolika li tagħha inti l-mexxej li ma tistax tiżbalja. Jalla ħajti tkun tixbah lill-ħajja ta’ Ġesù. Ammen.
Angelus - Antiphona BVM Immacolata Conteptio - Ave Maria (Sliem u Qaddisa) - Ave Maris Stella - Fis-Salib il-Fidwa - Ftakar (Memorare) - Invokazzjonijiet - Konsagrazzjoni - Litanija tal-Madonna - Magnificat - Misteri tar-Rużarju - Regina Coeli - Salve Regina (Sliem għalik Sultana) - Sejħa lil Marija - Sliem, bint il-Missier - Sub tuum praesidium (Taħt il-ħarsien tiegħek) - Supplika lill-Madonna ta' Pompei - Talb lill-Verġni Mqaddsa Marija - Talba lill-Marija għall-Vokazzjonijiet - Tislima lill-Verġni Mbierka - Vestis Honoris (Libsa ta' ġieħ) - Via Matris -
Is-Sliema u l-Qaddisa (Ave Maria)
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.
Is-Sliem għalik, Sultana (Salve Regina)
Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.
Is-Salve Regina bil-Latin...
Salve, Regina, mater misericordiae:
Vita, dulcedo, et spes nostra, salve.
Ad te clamamus, exsules, filii Hevae.
Ad te suspiramus, gementes et flentes
In hac lacrimarum valle.
Eia ergo, Advocata nostra,
Illos tuos misericordes oculos
Ad nos converte.
Et Jesum, benedictum fructum ventris tui,
nobis, post hoc exsilium ostende.
O clemens! O pia!
O dulcis Virgo Maria!
Il-Misteri tar-Rużarju tal-Verġni Mqaddsa Marija
Tal-Ferħ (it-Tnejn u s-Sibt)
1. Meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil sidtna Marija li kellha tkun omm Alla.
2. Meta sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta.
3. Meta sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem.
4. Meta sidtna Marija ppreżentat lil binha Ġesù fit-tempju.
5. Meta sidtna Marija tilfet lil binha Ġesù u, wara tlitt ijiem, sabitu fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.
Tal-Tbatija (it-Tlieta u l-Ġimgħa)
1. Meta sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm.
2. Meta sidna Ġesù Kristu kien marbut mal-kolonna u fflaġellat.
3. Meta sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk.
4. Meta sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.
5. Meta sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u, wara tliet sigħat ta’ l-agunija, miet.
Tal-Glorja (l-Erbgħa u l-Ħadd)
1. Meta sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.
2. Meta sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema.
3. Meta sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli.
4. Meta sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem.
5. Meta sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinità qaddisa, u mgħollija fuq il-kori kollha ta’ l-anġli.
Tad-dawl (il-Ħamis)
1. Meta sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.
2. Meta sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.
3. Meta sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.
4. Meta sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor.
5. Meta sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru ta’ l-Għid.
Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena
Kristu, ħniena Kristu, ħniena
Mulej, ħniena Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna
Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna
Missier etern Alla Ħenn għalina
Iben Alla li fdejt id-dinja
Spirtu qaddis Alla
Trinità qaddisa, Alla wieħed
Imqaddsa Marija Itlob għalina
Imqaddsa omm Alla
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet
Omm ta’ Kristu
Omm il-Knisja
Omm tal-ħniena
Omm tal-grazzja t’Alla
Omm it-tama
Omm l-iżjed safja
Omm l-iżjed nadifa
Omm u xebba
Omm bla tebgħa
Omm li tistħoqq l-imħabba
Omm ta’ l-għaġeb
Omm tal-parir it-tajjeb
Omm ta’ min ħalaqna
Omm ta’ min salvana
Xebba kollok għaqal
Xebba li tistħoqq kull qima
Xebba li tistħoqq kull foħrija
Xebba kollok setgħa
Xebba kollok ħniena
Xebba dejjem marbuta ma’ Alla
Mera tal-qdusija
Tron ta’ l-għerf
Bidu tal-ferħ tagħna
Għamara ta’ l-Ispirtu s-Santu
Għamara ta’ kull grazzja
Għamara ta’ kull tjieba
Warda mistika
Torri ta’ David
Torri ta’ l-avorju
Dar tad-deheb
Arka tar-Rabta l-ġdida
Bieb tas-sema
Kewkba ta’ filgħodu
Saħħa tal-morda
Kenn tal-midinbin
Faraġ tal-migranti
Faraġ ta’ l-imnikktin
Għajnuna ta’ l-insara
Sultana ta’ l-anġli
Sultana tal-patrijarki
Sultana tal-profeti
Sultana ta’ l-appostli
Sultana tal-martri
Sultana tal-konfessuri
Sultana tal-verġni
Sultana tal-qaddisin kollha
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa
Sultana mtellgħa s-sema
Sultana tar-Rużarju mqaddes
Sultana tal-familja
Sultana tal-paċi
Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħaruf ta’ Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina
Itlob għalina, qaddisa omm Alla biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
(mill-Gandlora sa l-Għid u minn wara żmien il-Għid sa l-Avvent)
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż ta’ l-imqaddsa Marija dejjem verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.
(mill-Avvent sal-Milied)
O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta’ l-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu sidna. Ammen.
(mill-Milied sal-Gandlora)
O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, verġni u omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talba tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.
(fi żmien l-Għid)
O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ ibnek Ġesù Kristu sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.
Ċ: L-anġlu ta’ Alla ħabbar lil Marija.
P: U hija saret omm mill-Ispirtu s-Santu.
Sliema.
Ċ: Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej.
P: Ikun minni skond kelmtek.
Sliema.
Ċ: U l-Iben ta’ Alla sar bniedem.
P: U għammar fostna.
Sliema.
Ċ: Itlob għalina, qaddisa omm Alla.
P: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek, biex aħna li, bit-tħabbira ta’ l-anġlu, għarafna li Kristu, ibnek, sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu għas-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Glorja. (x3)
Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja.
P: Itlob għalina.
Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.
Ċ: Jistrieħu fis-sliem.
P: Ammen.
(fi żmien l-Għid)
Ċ: Sultana tas-sema, ifraħ: hallelujah.
P: Għaliex dak li stħaqqlek tkun ommu: hallelujah.
Ċ: Qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal: hallelujah.
P: Itlob ’l Alla għalina: hallelujah.
Ċ: Ifraħ u thenna, verġni Marija: hallelujah.
P: Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: hallelujah.
Nitolbu
O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta’ ibnek Ġesù Kristu, sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’ommu l-verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu sidna. Ammen.
Glorja. (x3)
Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja.
P: Itlob għalina.
Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.
P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.
Ċ: Jistrieħu fis-sliem.
P: Ammen.
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien
fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,
xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,
u għolla ċ-ċkejknin.
Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu,
għax ftakar fil-ħniena tiegħu
– bħalma wiegħed lil missirijietna –
b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.
(Luqa 1:46-55)
Sliem għalik, kewkba tal-baħar - Ave Maris Stella
Sliem għalik, kewkba tal-baħar,
omm qaddisa u kbira t’Alla,
dejjem verġni bla mittiefsa,
bieb il-hena u ferħ tas-sema.
Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima
Gabrijel qed isemmagħlek,
ibdel fiha l-isem t’Eva
ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.
Qaċċat kull irbit lill-ħatja,
ġib id-dawl lill-għomja kollha,
biegħed minna l-ħażen tagħna,
niżżel fuqna l-ġid tas-sema.
Uri li tassew int Ommna.
wassal talbna quddiem Alla,
li fi ħnientu twieled minnek
biex issir għalina bniedem.
Verġni fost kulħadd magħżula,
ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq,
itlob ’l ibnek biex jagħtina
maħfra, safa u spirtu ħlejju.
Għinna ngħaddu ħajja mseddqa,
żommna sħaħ fit-triq iż-żgura,
sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra
ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.
Id-duluri tal-verġni Marija
1. Il-profezija tal-profeta Xmun: “Sejf ta’ dulur jinfidlek qalbek”.
Sliema.
2. Marija taħrab lejn l-Eġittu minħabba s-sultan Erodi li ried joqtlu.
Sliema.
3. Marija titlef lil binha Ġesù, tfajjel ta’ tnax-il sena.
Sliema.
4. Marija tiltaqa’ ma’ Ġesù mgħobbi s-salib.
Sliema.
5. Marija taħt is-salib ma’ binha.
Sliema.
6. Ġesù mejjet fi ħdan ommu Marija.
Sliema.
7. Ġesù midfun fil-preżenza ta’ ommu Marija.
Sliema.
Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (1)
Ja faraġ waħdieni tiegħi,
nida divina, solliev għan-nixfa tiegħi,
xita nieżla mingħand Alla fuq il-qalb bierda tiegħi,
dawl jiddi fid-dlam ta’ ruħi,
mogħdija għall-mixi tiegħi,
għajnuna għad-dgħufija tiegħi,
satra ta’ l-għera tiegħi,
għana fil-miżerja tiegħi bla għadd,
duwa għall-ġrieħi tiegħi bla fejqan,
tmiem tad-dmugħ u ta’ l-ilfiq tiegħi,
ħelsien minn kull għelt,
faraġ fin-niket tiegħi,
ħelsien mill-jasar tiegħi,
tama tas-salvazzjoni tiegħi…
Hekk ikun, ja sidti;
hekk ikun, ja kenn tiegħi,
ħajja u għajnuna tiegħi,
ħarsien u glorja tiegħi,
tama u fortizza tiegħi.
(Ġermanu ta’ Kostantinopli)
Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (2)
Sliem għalik, għanja tal-kerubini u foħrija ta’ l-anġli.
Sliem għalik, sliem u hena tal-bnedmin kollha.
Sliem għalik, ġnien mimli bil-ġid.
Sliem għalik, ja għuda tal-ħajja.
Sliem għalik, blata ta’ dawk li jemmnu u post ta’ min ikun ser jegħreq.
Sliem għalik, sieħba ġdida ta’ Adam.
Sliem għalik, rahan ta’ Eva.
Sliem għalik, għajn tal-grazzja u tal-ħajja bla tmiem.
Sliem għalik, maqdes l-iżjed qaddis.
Sliem għalik, tron tal-Mulej.
Sliem għalik, ja omm ta’ Kristu, iben ta’ Alla l-ħaj, li lilu jixirqu l-glorja, il-ġieħ, il-qima u t-tifħir, issa, dejjem u kullimkien. Ammen u għal dejjem.
(Efrem tas-Sirja)
Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (3)
Sliem għalik, omm l-hena tas-sema.
Sliem għalik, int li tkebbes fina l-ferħ.
Sliem għalik, tron ta’ l-hena li ssalva.
Sliem għalik, int li toffrilna l-hena ta’ dejjem.
Sliem għalik, post mistiku ta’ hena li ma titfissirx.
Sliem għalik, qasam xieraq ta’ l-hena waħdanija.
Sliem għalik, għajn imbierka ta’ l-hena bla tarf.
Sliem għalik, teżor divin ta’ l-hena bla tmiem.
Sliem għalik, omm Alla.
Min jista’ juri l-glorja tiegħek?
Min jista’ jirrakkonta l-misteru tiegħek?
Min se jxandar il-kobor tiegħek?
Int li kont ta’ ġieħ għall-bnedmin,
int li sbaqt l-eżerċti ta’ l-anġli,
int li għaddejt lil kull ħolqien.
Aħna nistqarruk. Sliem għalik, mimlija bil-grazzja.
(Sofronju ta’ Ġerusalemm)
Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (4)
O Marija,
medda tas-sema,
pedament ta’ l-art,
profondità ta’ l-ibħra,
dawl tax-xemx,
sbuħija tal-qamar,
sebħ tal-kwiekeb tas-sema…
Il-ġuf tiegħek nissel ’l Alla,
lil dak li l-majestà tiegħu tbeżża’ lill-bniedem.
Ħdanek kellu fih il-faħam jaqbad.
Irkubbtejk rażżnu lill-iljun,
dak li l-majestà tiegħu hi tal-biża’.
Idejk messew
lil dak li ma jistax jintmess
u n-nar tad-divinità li hemm fih.
Subgħajk jixbhu t-tnalja taħraq
li biha l-profeta rċieva l-faħam ta’ l-għotja tas-sema.
Inti l-qoffa ta’ dan il-ħobż ta’ nar jaqbad
u l-kalċi ta’ dan l-inbid.
O Marija, nitolbuk biex,
kif ma tinfiridx il-qatra ilma mill-inbid,
hekk aħna ma ninfirdux minnek u minn ibnek.
(Anafora Etjopika)
Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (5)
O Sinjura tiegħi, omm tiegħi, jiena noffri ruħi kollni lilek, u bħala xhieda tad-devozzjoni tiegħi lejk, noffrilek għajnejja, widnejja, fommi, qalbi, lili nnifsi, u kollni kemm jien. La jiena kollni tiegħek, o omm kollok tjieba, ħarisni u aqbeż għalija bħala ħaġa tiegħek u li qiegħda f’idejk.
(San Bernard)
Invokazzjonijiet lill-Verġni Mqaddsa Marija
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li fil-konċepiment immakulat tiegħek ġejt imsawra mill-Ispirtu s-Santu, tabernaklu magħżul tad-divinità, itlob għalina.
P: U agħmel li l-istess Spirtu s-Santu jiġi ma jdumx biex iġedded il-wiċċ ta’ l-art. Sliema.
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li fil-misteru ta’ l-Inkarnazzjoni ġejt mgħollija mill-Ispirtu s-Santu għad-dinjità ta’ omm vera ta’ Alla, itlob għalina.
P: U agħmel…
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li waqt li kont titlob fiċ-ċenaklu flimkien ma’ l-appostli, ksibt il-milja ta’ l-Ispirtu s-Santu, itlob għalina.
P: U agħmel…
Ċ: Ejja Skpirtu qaddis, imla l-qlub tal-fidili tiegħek u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.
Ftakar, ja l-Iżjed Ħanina - Memorare
Ftakar, ja l-iżjed ħanina, omm u verġni Marija, li qatt ma nstama’ fid-dinja li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih, u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb, għal għandek niġri, ja verġni u omm tiegħi; għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja omm l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem. La tistmerrx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen.
(San Bernard ta’ Clairvaux)
Sejħa lil Marija - Insejjaħ lilek, Marija
Meta jqumu l-irwiefen tat-tentazzjoni, meta niġi mitfugħ fuq is-sikka tat-tribulazzjoni, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.
Meta niġi mkaxkar mill-mewġ tas-suppervja, ta’ l-ambizzjoni, tal-kalunja, ta’ l-għira, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.
Meta nħossni mtaqqal bi dnubieti kotrana, imħawwad fil-kuxjenza, imbeżża’ mill-ġudizzju, maħkum mid-dwejjaq u d-disperazzjoni, niftakar fik, Marija.
Fil-perikli, fil-biża’, fl-inċertezza, niftakar fik u nsejjaħ lilek, Marija.
Inżommok dejjem fuq fommi, inżommok dejjem fil-fond ta’ qalbi, omm tiegħi, Marija.
(Adattata minn talba ta’ San Bernard ta’ Clairvaux)
Konsagrazzjoni lill-Verġni Mqaddsa Marija
O Marija, xebba ta’ setgħa u omm tal-ħniena, sultana tas-sema u kenn tal-midinbin, aħna nikkonsagraw ruħna lill-qalb tiegħek bla tebgħa. Aħna nikkonsagrawlek lilna nfusna l-ħajja tagħna kollha kemm hija, dak kollu li għandna, dak kollu li nħobbu, dak kollu li aħna. Lilek nagħtu ġisimna, qalbna u ruħna. Lilek nagħtu djarna, il-familji tagħna u art twelidna. Aħna rridu li dak kollu li hemm fina u madwarna jkun tiegħek u li jkollu sehem mill-ġid tal-barka tiegħek ta’ omm. U sabiex din il-konsagrazzjoni tkun tassew ta’ ġid u tibqa’ sħiħa, aħna nġeddu llum f’riġlejk, o Marija, il-wegħdiet tal-magħmudija u ta’ l-ewwel tqarbina tagħna; aħna nagħtuk kelma li nistqarru dejjem u bla biża’ l-veritajiet tal-fidi, li ngħixu ta’ Kattoliċi f’kollox, taħt it-tmexxija tal-papa u ta’ l-isqfijiet maqgħudin miegħu. Aħna nwegħduk li nħarsu l-kmandamenti ta’ Alla u tal-Knisja, u fuq kollox it-tqaddis tal-Ħdud. Aħna nagħtuk kelma li ndaħħlu fil-ħajja tagħna, sa fejn nistgħu, it-taħriġ ħelu tar-reliġjon Nisranija u fuq kollox it-tqarbin imqaddes. Fl-aħħarnett, aħna nwegħduk, o glorjuża omm Alla u omm ħelwa tal-bnedmin, li b’qalbna nagħtu ruħna biex inxerrdu l-qima mbierka tiegħek, sabiex, bis-saħħa tas-saltna tal-qalb tiegħek bla tebgħa, inħaffu li tiġi u sseħħ is-saltna tal-qalb imqaddsa ta’ ibnek Ġesù, fir-ruħ tagħna u fir-ruħ ta’ kulħadd, fil-maħbuba art twelidna u fid-dinja kollha, fl-art u fis-sema. Ammen.
Sub tuum praesidium
Taħt il-ħarsien tiegħek, nistkennu, omm qaddisa ta’ Alla. La tistmerrx it-talb tagħna fi ħtiġijietna, iżda dejjem eħlisna minn kull tiġrib, o verġni glorjuża u mbierka.
Vestis Honoris - Libsa ta’ ġieħ lil Marija
Vestis honoris
Ċ: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.
P: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.
Ċ: Dak li hu fuq kulħadd sar l-iben tagħha.
P: Għażel lil Marija.
Ċ: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.
P: Alla għażel lil Marija biex tkun ommu.
Ċ: Lil Marija, Alla qiegħed.
P: Sidt ta’ l-opri ta’ jdejh.
Sinjura tas-sema, tkun lilek glorja.
Sinjura tax-xemx, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-qamar, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-kwiekeb, tkun lilek glorja.
Sinjura tan-nar, tkun lilek glorja.
Sinjura tad-dawl, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura ta’ l-art, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-baħar, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-għejjun, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-jum, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-lejl, tkun lilek glorja.
Sinjura taż-żminijiet, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-borra, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-beraq, tkun lilek glorja.
Sinjura tas-sħab, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tat-tajr, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-ħut, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-annimali, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-fjuri, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-frott, tkun lilek glorja.
Sinjura tas-siġar, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tar-riħ, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-abissi, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-ilmijiet, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-qawwija, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-għorrief, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-qaddisin, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tas-slaten, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-bnedmin,* tkun lilek glorja. * inkin
Sinjura ta’ l-ispirti, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-ħajja, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-mewt, tkun lilek glorja.
Sinjura tal-ħakkiema, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tad-dinja, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ kulma jidher, tkun lilek glorja.
Sinjura ta’ l-anġli, tkun lilek glorja.
Sinjura u omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura u omm tagħna, tkun lilek glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen
(San Ġorġ Preca)
Sliem, bint il-Missier
Salve, filia Patris
Sliem għalik, bint il-Missier. Sliem għalik, omm l-Iben ta’ Alla. Sliem għalik, għarusa singulari ta’ l-Ispirtu s-Santu. Marija, verġni, tassew li inti kbira. Għaliex ħwejjeġ kbar għamel miegħek dak li hu setgħani, u li ismu hu tal-biża’ u qaddis.
(San Ġorġ Preca)
Talba lill-Verġni Marija għall-Vokazzjonijiet
Lejk induru, omm tal-Knisja – bl-“iva” umli, siekta u ġeneruża tiegħek, int weġibt għas-sejħa ta’ Alla l-għoli u hekk ftaħt il-bieb biex Kristu seta’ jiġi fid-dinja, ikun preżenti fil-ġrajjiet tagħha u jidħol fl-istorja tagħna lkoll. Agħmel li anki llum, ħafna ġuvintur u tfajliet jagħrfu s-sejħa ta’ ibnek u jisimgħuh jgħidilhom: “Imxu warajja”. Agħmel li jkollhom kuraġġ iħallu l-familji tagħhom, ix-xogħol tagħhom, it-tamiet ta’ din id-dinja u jimxu wara Kristu fit-triq li mexa hu. Poġġi l-idejn tiegħek ta’ omm fuq il-missjunarji mxerrdin mad-dinja kollha, fuq ir-reliġjużi, irġiel u nisa, li jduru bl-anzjani, bil-morda, bil-persuni b’diżabbiltà u bl-iltiema, fuq l-għalliema, fuq il-membri ta’ l-istituti sekulari li b’ħidma moħbija jħabirku għall-ġid ta’ l-oħrajn, fuq dawk kollha li qegħdin jgħixu ħajja ta’ fidi u ta’ mħabba fil-monasteri huma u jitolbu għas-salvazzjoni tad-dinja. Ammen.
Tislima lill-Verġni Mbierka
Sliem għalik,
o Sinjura qaddisa, u sultana
omm imqaddsa ta’ Alla,
verġni li sirt Knisja!
Magħżula
mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema,
u minnu kkonsagrata,
flimkien ma’ ibnu l-għażiż,
u l-aktar qaddis,
u ma’ l-Ispirtu s-Santu, id-difensur.
Fik kien hemm
u hemm il-milja tal-grazzja
u ta’ kull ġid.
Sliem għalik, palazz tiegħu,
sliem għalik, tabernaklu tiegħu,
sliem għalik, dar tiegħu.
Sliem għalik, ilbies tiegħu,
sliem għalik, qaddejja tiegħu,
sliem għalik, omm tiegħu!
U sliem għalikom ilkoll,
virtujiet qaddisa lkoll kemm intom,
li bil-grazzja u d-dawl
ta’ l-Ispirtu s-Santu tiġu msawba
fil-qlub tal-fidili,
biex minn nies li ma jemmnux
tagħmluhom jemmnu f’Alla.
(San Franġisk ta’ Assisi)
Antiphona B.V.M. Immacolata Conceptio
Beata mater et intacta virgo, gloriosa regina mundi, intercede pro nobis ad Dominum.
O Marija, int ħassejt qalbek tinqasam meta mxejt ma’ ibnek Ġesù tul it-triq tal-Kalvarju, u batejt int ukoll għax rajtu jbati bla ħtija.
Taħt is-salib, inti wrejt ruħek bħala mara ta’ fidi u dixxiplu ta’ Ġesù, li fetħilna t-triq għas-sema bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu; fuq is-salib feda n-nuqqasijiet tagħna lkoll u wriena kif inġorru s-salib tagħna.
Inti kont taf li fis-salib hemm il-glorja, fit-tbatija hemm ir-rebħ u fil-mewt hemm il-ħajja.
Nitolbok, o Marija Addolorata, itlob għalija biex jien ukoll nagħraf li permezz tat-tbatija nista’ nissaffa minn dnubieti, li permezz tas-salib jien ġejt salvat, għaliex fis-salib hemm il-fidwa.
Għalhekk, itlob għalija, biex meta s-salib jagħfas fuqi u x-xitan jipprova jikkonvinċini li Alla nsieni, jiena nifhem li dak is-salib qed jippermettih Alla f’ħajti biex jiena nkun nista’ ningħaqad aktar ma’ ibnek Ġesù mislub.
Dan nitolbok, o Marija Addolorata, f’isem ibnek u ħuna Ġesù Kristu. Ammen.
Supplika lill-Madonna ta' Pompei
O Sultana Kbira tal-Paċi, O Verġni Mbierka Sultana tas-Sema u tal-art, għall-Isem Tiegħek jifirħu l-anġli u l-qaddisin u jitriegħed l-ispirtu tal-ħażen; O Sultana Mbierka tar-Rużarju Mqaddes, Inti għażiltna fost uliedek biex tixtered id-devozzjoni lejk minn Pompei; aħna ninxteħtu quddiemek f'dan il-jum ta' festa. F'dan il-jum bdew ir-rebħiet tiegħek fuq l-istess art li qabel kienet mimlija b'tempji pagani; bid-dmugħ f'għajnejna nistqarrulek li nħobbuk: aħna foqra nafdaw fik.
O Marija, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena, lejn il-familji tagħna, lejn pajjiżna u lejn id-dinja kollha; ħares lejn il-Knisja; ikollok ħniena minna fid-dwejjaq tagħna u fin-niket ta' ħajjitna.
Ommna Marija, itlob għalina quddiem Ibnek, u irbaħ lejk bil-ħniena l-qlub tal-midinbin. Huma ħutna għeżież. huma uliedek; għalihom ukoll Ġesu' xerred demmu; qegħdin inikktulek il-qalb tiegħek bla tebgħa. Urina li inti s-Sultana tal-paċi u l-Omm tal-ħniena.
Sliem għalik, Marija.
Nistqarru, O Marija, li aħna wliedek, qegħdin insallbu f'qalbna lil Ibnek Ġesu' bi dnubietna u ninfdu lil qalbek bis-sejf ta' dnubna.
Nistqarru wkoll li aħna jistħoqqilna l-kastig. Iżda ftakar, O Marija, li fuq lqajt l-aħħar xewqat tiegħu x'ħin kien qiehħed imut li bihom għażlek biex tkun Ommna, Omm il-midimbin.
O Omm l-aktar twajba, ikollok ħniena minna, minn
ruħna, mill-familja tagħna, minn qrabatna, mill-mejtin tagħna, mill-egħdewwa
tagħna, minn ħafna li għalkemm isejħu lilhom infushom insara,
qegħdin joffendu l-Qalb Imqaddsa ta' Ibnek. Nitolbuk ħenn għall-ġnus
li tbegħdu mit-triq it-tajba, għall-Ewropa u għad-dinja kollha biex
terġa' lura niedma lejn Qalbek.
Ikollok ħniena minn kulħadd, Omm tal-ħniena.
Sliem għalik, Marija.
O Marija, jistħoqqilna illi tidħol għalina Ġesu' poġġa f'idejk il-kobor tal-grazzji kollha tiegħu u tal-ħniena tiegħu. Marija nkurunata, inti illi qiegħda fuq il-lemin ta' Ibnek u ssaltan ma' Ibnek fuq is-smewwiet kollha; lilek l-art kollha u l-ħolqien kollu jqimu. Inti illi bil-grazzja tista' tgħinna. U jekk inti ma jistħoqqilniex il-ħarsien tiegħek, il-qalb tiegħek ta' Omm ma tħallix illi tara 'l uliedha mitlufa. Il-Bambin Ġesu' illi naraw fuq ħoġrok u l-Kuruna tar-Rużarju illi naraw f'idejk jimlewna bil-fiduċja. U aħna nafdaw ruħna kollha fik; nintelqu fi ħdanek bħalma jagħmlu t-tfal dgħajfa int illi int l-aktar ħelwa y għalhekk nistennew ħerqana l-grazzji tiegħek.
Ammen
O Regina nitolbuk l-aħħar grazzja illi int f’din il-ġurnata l-aktar solenni ma ticħadilniex. Agħti lilna lkoll l-imħabba tiegħek li ma tispicca qat u b’mod specjali l-barka ta’ Omm.
Aħna mhux se nitilquk sakemm tberikna. Bierek, O Marija, f’dan il-mument il-Qdusija tiegħu l-Papa. Mar-rebħiet kbar tar-Rużarju agħti r-rebħa lir-Reliġjon u lir-reliġjużi u l-paci lis-so=jetà’. Bierek lill-Isqfijiet tagħna, lill-qassisin. Bierek ukoll lil dawk kollha li jħeġġu d-devozzjoni lejn ir-Rużarju Mqaddes.
O Rużarju Mqaddes ta’ marija, katina ħelwa li tgħaqqadna ma’ Alla, rabta ta’ mħabba li tgħaqqadna ma’ l-Anġli.
Torri ta’ Salvazzjoni minn kull ħażen. Port żgur fit-taqlib ta’ ħajjitna u għalik nerfgħu l-aħħar bewsa ta’ mħabba tagħna.
U l-aħħar caqliq ta’ xoftejna jkun it-tifħir ta’ ismek, O Reġina tar-Rużarju ta’ Pompei, O Ommna kollok imħabba, O Omm tal-ħniena u faraġ ta’ l-imnikktin.
Infaħħruk għal dejjem
Ammen
Rużarju u Litanija ta' San Ġużepp
▪ Talba tal-Papa Franġisku lil San Ġużepp għal dawk li qed jgħixu fil-periferiji. 17/11/2021.
Sliem għalik, o Ġużeppi, bin David, għarus l-iktar pur tal-glorjuża verġni Marija, kustodju l-iktar fidil tas-sinjur tagħna Ġesù Kristu. O twajjeb u mqaddes Ġużeppi, itlob għalina, ulied tiegħek, itlob għall-familja ċkejkna tagħna, li indenjajt ruħek teħodha taħt il-kura u l-ħarsien qawwija tiegħek. Ammen.
Approvata mill-papa Ljun XIII, 15 ta’ Mejju 1886
O mqaddes Ġużeppi, fl-hemm li fih ninsabu, lejk nirrikorru, b’tama kbira nsejħu l-patroċinju tiegħek, wara l-patroċinju ta’ l-għarusa mqaddsa tiegħek.
Mela, f’ġieħ dik ir-rabta għażiża ta’ mħabba li biha kont marbut max-xebba bla tebgħa, omm Alla, u f’ġieħ dik l-imħabba ta’ missier li biha ħabbejt lit-tfajjel Ġesù, nitolbuk li tħares ħarsa ħelwa lejn il-wirt għażiż li Ġesù Kristu rebaħ b’demmu, u bis-setgħa u l-għajnuna tiegħek tidħol għalina fil-bżonnijiet tagħna.
Kif int, o Ġużeppi, kont taħseb f’din l-art għall-familja divina u tħarisha, hekk ukoll ħu ħsieb tal-familja maħtura ta’ Ġesù Kristu. Eqred minn ġo nofsna, o missier ħanin, din il-pesta ta’ erruri u ta’ ħażen li qegħdin imarrdu d-dinja, ieqaf magħna mis-smewwiet f’din il-gwerra li għandna mal-qawwa tad-dlamijiet, o prottettur qawwi tagħna; u kif darba ħlist mill-mewt lill-bambin Ġesù, hekk issa ddifendi l-Knisja ta’ Alla mit-tnassis ta’ l-għedewwa u minn kull hemm.
Xerred dejjem fuq kull wieħed minna l-patroċinju tiegħek, sabiex, bl-eżempju tiegħek, nistgħu ngħixu ħajja qaddisa, nagħmlu mewta tajba u naqilgħu l-hena ta’ dejjem fil-ġenna. Ammen.
Il-Papa Ljun XIII
Ftakar fina, o mqaddes Ġużeppi, bil-qawwa tat-talb tiegħek, idħol għalina quddiem l-iben putattiv tiegħek; ressaqna wkoll lejn l-imqaddsa verġni Marija, għarusa tiegħek, u l-omm ta’ dak li flimkien mal-Missier u ma’ l-Ispirtu s-Santu, jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
San Bernardinu ta’ Siena
Imqaddes Ġużeppi, int li ġejt magħżul minn Alla sabiex taqdi l-missjoni għolja bħala għarus ta’ Marija u miżmum bħala missier sidna Ġesù Kristu, lilek kien jixraq li tiġi maħtur bħala patrun tal-Knisja, biex kif ħarist u għassist dejjem il-persuna ta’ Kristu fuq l-art, hekk ukoll issa tħares u tgħin lill-Knisja tiegħu. Agħmel li ngħożżu u nitħarrġu fil-virtujiet sbieħ tiegħek, speċjalment il-fidi, it-tama u l-imħabba. Agħti lill-familji, għaqda u paċi; lis-saċerdoti, umiltà u qdusija; lill-ħaddiema, bżulija u xogħol; liż-żgħażagħ, għaqal u safa; lit-tfal, tjubija u innoċenza; lill-foqra, għixien u sabar; lill-morda, fejqan u tama; u lill-moribondi, kuraġġ u mewta tajba. F’ġieħ Kristu sidna. Ammen.
Talba lil San Ġużepp (4)
Sliem għalik, ħarries tal-Feddej,
u għarus tal-Verġni Marija.
Lilek Alla fdalek lil Ibnu:
fik Marija qiegħdet il-fiduċja tagħha;
miegħek Kristu trawwem bħala raġel adult.
O Mqaddes Ġużeppi, kun missier għalina wkoll,
u mexxina fit-triq tal-ħajja.
Aqlgħalna l-grazzja, il-ħniena u l-kuraġġ,
u ħarisna minn kull deni. Ammen.
Il-Papa Franġisku. Patris Corde. 08/12/2020.
O glorjuż San Ġużepp, xempju ta’ dawk kollha li jgħaddu ħajjithom fix-xogħol, aqlagħli l-grazzja li naħdem skond il-kuxjenza billi nippriferixxi dmirijieti għall-gosti tiegħi; li bil-ferħ u bi gratitudni nistmah bħala unur li nuża d-doni li tani Alla u nipperfezzjonahom bix-xogħol tiegħi; li naħdem b’metodu, fil-paċi, bil-moderazzjoni u bil-paċenzja, mingħajr qatt ma niskarta x-xogħol minħabba l-għejja jew id-diffikultajiet; fuq kollox li naħdem b’intenzjoni retta u b’diżinteress, billi nġib kontinwament quddiem għajnejja l-mewt u l-kont li rrid nagħti taż-żmien mitluf, tad-doni li ma ħaddimtx u tal-ġid li stajt nagħmel u m’għamiltx, kif ukoll ta’ kull vanaglorja li nieħu meta nirnexxi, li ġġib tant ħsara fix-xogħol magħmul għal Alla. Ammen.
Il-Papa San Piju X
Ftakar, o għarus purissmu ta’ l-omm ta’ Alla, Marija Immakulata, o ħelu protettur twajjeb tiegħi San Ġużepp, li qatt ħadd fid-dinja ma nstama’ li sejjaħ l-għajnuna u talab il-protezzjoni tiegħek, mingħajr ma ġie minnek imfarraġ. B’din it-tama qawwija, jiena niġi u b’ħerqa kbira nirrakkomanda ruħi lilek. Ilqa’ t-talba tiegħi, o missier putattiv tar-Redentur, u ismagħni bil-ħniena. Ammen.
Exsurgens Joseph a somno, fecit sicut praecepit ei.
Angelus Domini et accepit conjugem suam.
Talba lill-Arkanġlu San Mikiel
San Mikiel Arkanġlu, iddefendina f’dan il-jum tal-battalja!
Kun it-tarka tagħna kontra l-ħażen u x-xbieki tax-xitan.
Aħna, umilment nitolbu, biex Alla jrażżnu u inti, O prinċep tal-Ġemgħa l-Kbira tas-Smewwiet, bis-saħħa ta’ Alla, itfa’ lil Satana u lill-ispirti ħżiena kollha, li jħufu madwar id-dinja kollha biex iħassru l-erwieħ, fin-nirien tal-infern! Ammen.
(Papa Ljun XIII)
Verżjoni oħra tat-Talba lill-Arkanġlu San Mikiel
Talba lil San Mikiel Arkanglu
San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida; kun int l-għajnuna
tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju. Irażżnu Alla, nitolbuk bil-ħerqa.
Int l-aqwa fost il-qtajja’ tas-sema, itfa' bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien
tal-erwieħ.
Ammen.
Kurunella
f'ġieħ l-Appostlu Missierna San Pawl
Appostlu Mqaddes Pawlu
Għax
Alla ħenn għalina,
F'Nawfraġju lilek bagħat
Biex
int tikkonvertina.
Kif
bi tbatija kbira
Sirt
l-ewwel Missier tagħna,
Bil-ġmiel tar-ruħ żejjintna
U
ieqaf dejjem magħna.
Missierna, Sliema u Glorja
Wara
tempesta kiefra
Fejn
kont sofrejt il-għarqa,
Ġejt
int bid-Dawl tal-Fidi
Urejt
li konna mqarrqa.
Deh!
Dan id-dawl Imqaddes
Ħaj
dejjem żommu fina
U
bit-talb qawwi tiegħek
Tħallix lil min jaħmina.
Missierna, Sliema u Glorja
Kif
ulied Alla għamiltna
Sifirt minn din il-Gżira;
Bqajt
iżda dejjem tħobbna
B'imħabba li ġġib għira.
Lilek
għalhekk nitolbu
Biex
qatt ma trid tinsiena,
Kull
hemm żommu bogħod minna
Sibilna dejjem ħniena. Amen.
Missierna, Sliema u Glorja
(B'digriet ta/-20 ta Jannar 1886, l-Eċċ.ma Rev.ma Isqof Mons. D. Francesco
Saverio Caruana jagħti lndulġenza Parzjali lil kull min jitlob din il-Kurunella.)
AKTAR TALB MARJAN
▪ Sliem għalik Marija. Talba ta’ San Lwiġi Marija de Montfort.
▪ Talba. O Verġni qed jidlam. Talba ta' Père Claude Wittock.