Din is-Supplika Litanika fi Żmien il-Pandemija kienet parti mill-Mument Straordinarju ta' Talb  li mexxa l-Papa Franġisku quddiem il-Bażilika ta' San Pietru nhar il-Ġimgħa 27 ta' Marzu 2020.

Ara wkoll il-filmat u t-test tal-omelija bil-Malti ...

 

Supplika Litanika

 

Nadurawk, Mulej

 

Veru Alla u veru bniedem, preżenti tassew f’dan is-Sagrament Imqaddes

Nadurawk, Mulej

 

Feddej tagħna, Alla magħna, fidil u għani fil-ħniena

Nadurawk, Mulej

 

Sultan u Sid tal-ħolqien u tal-istorja

Nadurawk, Mulej

 

Rebbieħ fuq id-dnub u fuq il-mewt

Nadurawk, Mulej

 

Ħabib tal-bniedem, li qomt mill-mewt u tinsab ħaj fuq il-lemin tal-Missier

Nadurawk, Mulej

 

Nemmnu fik, Mulej

 

Iben waħdieni tal-Missier, li nżilt mis-Sema għas-salvazzjoni tagħna

Nemmnu fik, Mulej

 

Tabib tas-Sema, li titbaxxa fuq il-faqar tagħna

Nemmnu fik, Mulej

 

Ħaruf issagrifikat, li tingħata biex tifdina mill-ħażen

Nemmnu fik, Mulej

 

Ragħaj Tajjeb, li toffri ħajtek għall-merħla li int tħobb

Nemmnu fik, Mulej

 

Ħobż ħaj u duwa tal-ħajja bla tmiem, li tagħtina l-Ħajja ta’ dejjem

Nemmnu fik, Mulej

 

Eħlisna, Mulej

 

Minn taħt is-setgħa tax-Xitan u tal-qerq tad-dinja

Eħlisna, Mulej

 

Mill-kburija u mill-preżunzjoni li nistgħu ngħaddu mingħajrek

Eħlisna, Mulej

 

Mill-qerq tal-biża’ u tal-ansjetŕ żejda

Eħlisna, Mulej

 

Min-nuqqas ta’ fidi u mill-qtigħ il-qalb

Eħlisna, Mulej

 

Mill-ebusija tal-qalb u min-nuqqas ta’ ħila li nħobbu

Eħlisna, Mulej

 

Salvana, Mulej

 

Mid-deni kollu li jħabbat lill-bnedmin

Salvana, Mulej

 

Mill-ġuħ, min-nixfa u mill-egoiżmu

Salvana, Mulej

 

Mill-mard, mill-epidemiji u mill-biża’ minn ħutna

Salvana, Mulej

 

Mill-ġenn li jrid jaħtaf, mill-interessi bla ħniena u mill-vjolenza

Salvana, Mulej

 

Mill-inganni, mill-informazzjoni żbaljata u mill-manipulazzjoni tal-kuxjenzi

Salvana, Mulej

 

Farraġna, Mulej

 

Ħu ħsieb tal-Knisja tiegħek, li qed taqsam id-deżert

Farraġna, Mulej

 

Ħu ħsieb tal-bnedmin, imbeżżgħa u anzjużi

Farraġna, Mulej

 

Ħu ħsieb tal-morda u tal-moribondi, imġarrba mis-solitudni

Farraġna, Mulej

 

Ħu ħsieb tat-tobba u tal-ħaddiema tas-saħħa, imfarrka bl-għeja

Farraġna, Mulej

 

Ħu ħsieb tal-politiċi u tal-mexxejja, li jġorru l-piż ta’ għażliet importanti

Farraġna, Mulej

 

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Fis-siegħa tal-prova u tat-telfa

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Fit-tentazzjoni u fid-dgħufija

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Fil-ġlieda kontra l-ħażen u d-dnub

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Fit-tiftix tal-veru ġid u tal-ferħ tassew

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Fid-deċiżjoni li nibqgħu fik u fl-imħabba tiegħek

Agħtina l-Ispirtu tiegħek, Mulej

 

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

Meta d-dnub jisħaqna

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

Meta l-mibegħda tagħlqilna qalbna

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

Meta n-niket jiġi jżurna

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

Meta l-indifferenza ssewdilna qalbna

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

Meta l-mewt tgħaffiġna

Iftħilna qalbna għat-tama, Mulej

 

 

Miġjuba għall-Malti minn Francesco Pio Attard