Laikos

Aktar dwar is-Sinodu Djoċesan ta' Malta 1999-2003 ...

SILTIET BIBLIĊI

li jitfgħu dawl fuq is-Sitt Valuri tas-Sinodu Djoċesan ta' Malta

1999 - 2003

Miġbura minn Dun Anton Abela

Evanġelizzazzjoni

Mattew 28, 16-20: Kristu Rxoxt jibgħat lill-Knisja biex ixxandar. Huwa magħha waqt ħidmietha.

Mark 16, 14-18: Kristu Rxoxt jaġixxi fil-Kelma li tixxandar mill-Knisja f’ismu u jagħti s-sinjali tal-preżenza tiegħu.

Mark 4, 1-20: L-evanġelizzazzjoni ssir bix-xandir tal-Kelma li tista’ tintlaqa’ b’mod differenti min-nies li jisimgħuha u tħalli jfew ma tħallix frott.

Luqa 10, 1-24: Id-dmir li xxandar l-evanġelju huwa tal-Knisja kollha. Il-modalità tal-evanġelizzazzjoni.

Efesin 3, 1-13: Il-pjan ta’ Alla hu li jasal għand kulħadd.

 

Komunjoni

Mattew 18, 1-35: Il-virtujiet biex tingħax il-komunjoni fil-Knisja.

Ġwanni 13, 1-38: L-imħabba reċiproka wieħed mis-sisien tal-komunjoni; imma l-komunjoni ma tipproteġiniex mill-possibiltà tad-dgħjufija u tat-tradimenti. Il-konverżjoni permanenti u l-għassa fuqna nfusna.

Ġwanni 15, 1-27: L-għaqda mal-Mulej Ġesù pediment ieħor tal-komunjoni; il-komunjoni bejnietna ma jfissirx li d-dinja ser taċċettana.

Ġwanni 17, 1-26: Fl-aħħar mill-aħħar il-komunjoni hija grazzja mill-Missier u frott il-ħidma tal-Ispirtu.

Filippin 2, 1-18: Kristu huwa l-mudell ta’ kif tingħax il-komunjoni fi ħdan il-Knisja.

 

Formazzjoni

1 Timotju 4, 1-16: Li jgħallmu huwa wieħed mid-dmirijiet tal-mexxejja nsara.

1 Timotju 6, 1-21: X’għandu jgħix u jgħallem il-bniedem ta’ Alla.

2 Timotju 2, 1-19: L-għalliem iħarreġ oħrajn biex jgħallmu.

1 Tessalonikin 3, 1-4, 12: Pawlu għalliem f’Tessalonika.

Atti 2, 41-47: Wieħed mill-pilastri tal-identità tal-komunità nisranija tal-bidu – il-komunità idejali li Luqa jpoġġiha b’mudell għall-Knisja – hija li kienu jżommu sħiħ mat-tagħlim tal-appostli.

 

Djalogu

Atti 11, 1-18: Pietru jispjega lill-komunità l-linji ġodda lill-Knisja li Kristu kien urieh. Id-djalogu fil-Knisja huwa dmir u jitlob qabel xejn komunikazzjoni ta’ ħajja.

Atti 15, 1-35: Il-Knisja miġbura flimkien biex tifhem x’irid Alla minnha.

1 Korintin 14, 1-25: Fil-Knisja mlaqqgħa għat-talb: l-Ispirtu jista’ jkellimna permezz ta’ xulxin.

Efesin 5, 21-6, 9: Il-Knisja promotriċi tad-djalogu fi ħdan il-familja.

1 Pietru 3, 8-22: Id-djalogu ma’ nies mhux fil-Knisja hija karatteristika tal-ħajja nisranija u hija xhieda pożittiva.