Laikos

Aktar dwar is-Sinodu Djoċesan ta' Malta 1999-2003 ...

IL-KOMUNJONI FID-DOKUMENTI TAS-SINODU DJOĊESAN

 SERJE VALURI TAS-SINODU – 2

 SINODU MALTA

 

Matul is-Sinodu Djoċesan, fi proċess ta’ dixxerniment, ġew identifikati sitt valuri fundamentali. Dawn huma l-valuri bażiċi li wieħed isib fid-dokumenti tas-Sinodu Djoċesan. Dawn huma: l-evanġelizzazzjoni, il-komunjoni, il-formazzjoni, id-djalogu, il-qadi, is-solidarjetà. Dan il-ktejjeb jagħti r-referenzi prinċipali li wieħed isib għall-komunjoni fid-dokumenti tas-Sinodu. Wieħed għandu jikkonsulta d-dokumenti nfushom biex ikollu t-test sħiħ.

Ħajr lil Dun Joe Mizzi li ġabar flimkien dawn ir-referenzi.

 

Viżjoni ta’ Knisja komunjoni

Komunjoni ta’ mgħammdin – preż;

Komunjoni ta’ aħwa – preż, 8;

Ngħixu aktar l-ispiritwalità ta’ komunjoni – preż;

Miġburin flimkien f’għaqda tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu – preż, 56;

B’komunjoni nifhmu dik ir-rabta ta’ mħabba li tgħaqqadna flimkien – 8;

Fir-rabta tagħha mal-bnedmin l-oħra, il-Knisja nistgħu nħarsu lejha wkoll bħala oħt – 8;

Il-Knisja bħala oħt tgħin fit-twettiq tal-komunjoni tal-bnedmin ma’ Alla u bejniethom – 8;

Knisja hija sinjal li juri l-komunjoni u strument li  jagħmel li sseħħ il-komunjoni tal-bnedmin ma’ Alla u tal-bnedmin kollha bejniethom – 14;

Il-Knisja hi sagrament u skola ta’ komunjoni – 14, 54;

Din il-komunità ssir xhieda tal-komunjoni li hemm fit-Trinità Qaddisa – 15;

It-Trinità Qaddisa hi l-pedament u l-għajn ta’ kull komunjoni – 54;

Biex ngħixu din il-komunjoni rridu nsaħħu dejjem is-sens tal-identità tal-gruppi differenti li hemm fostna – 17;

Knisja = id-dar u l-iskola tal-komunjoni – 17;

Knisja li tissaħħaħ fil-komunjoni ta’ rwoli, kariżmi u ministeri differenti li jikkollaboraw flimkien – 17;

L-ispiritwalità tal-komunjoni ma tistax tibqa’ biss idejal; dan l-idejal jeħtieġ jitqiegħed fil-prattika – 18, 54;

Knisja komunjoni ta’ kariżmi u ta’ ministeri diversi – 17;

 L-isqof huwa l-animatur prinċipali ta’ din l-ispiritwalità ta’ komunjoni – 19;

Il-komunjoni għandha tissarraf f’azzjonijiet, strutturi u politiki konkreti, anzi stil ta’ ħajja sinodali – kemm fuq livell ta’ djoċesi – 39, kemm fuq livell ta’ parroċċi kif ukoll fuq livelli oħra – 20;

Il-komunjoni tintwera bil-parteċipazzjoni fiċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani – 20;

Il-Kunsilli Presbiterali u Pastorali (djoċesan u parrokkjali) għandu jkollhom infrastruttura tajba u jkollhom is-saħħa biex iwettqu bis-serjetà s-servizz mitlub minnhom – 20;

Spirtu ta’ kordinament veru – 21, 22;

Knisja fejn jitħaddem tassew il-prinċipju tas-sussidarjetà – 22;

Il-komunjoni tidher f’konsultazzjoni vera – 23;

Il-komunjoni tidher meta s-saċerdoti jaħdmu aktar id f’id bejniethom u ma’ kulħadd – 24;

Il-komunjoni tgħinna nifhmu aktar is-sehem tal- mara – 26;

Niskopru mill-ġdid kemm il-kariżmi reliġjużi kif ukoll id-dimensjoni kontemplativa li hemm fil-Knisja – 27;

Ir-reliġjużi jgħixu l-kariżma tal-komunjoni u jagħtu xhieda tagħha – 27;

L-ispiritwalità tal-komunjoni hi meħtieġa biex tagħti ħajja lill-komunitajiet ta’ ħajja konsagrata – 28;

Komunjuni ma’ djoċesijiet oħra – 30;

Komunjoni li tkun tidher fir-relazzjonijiet ma’ membri ta’ reliġjonijiet oħra – 30;

Infasslu l-eżistenza kollha tagħna u l-komunjoni ta’ bejnietna fuq l-eżempju li jagħtina Ġesù – 32;

Komunjoni mhijiex tassew komunjoni jekk ma jkunx hemm komunità li tapprezza lill-membri tagħha – 37.

Ġemellaġġi ma’ djoċesijiet fil-missjoni; ta’ parroċċi ma’ dawk fil-missjoni – 42 

 

Kultura – Soċjetà – Knisja  

Il-Knisja Kattolika tista’ tingħaqad mal-knejjes u komunitajiet insara oħra biex tinħoloq komunità wiesgħa nisranija u biex dejjem jikber ir-rispett reċiproku – 10;

Sew il-lajċi u sew ir-reliġjużi li jgħallmu fl-iskejjel  tal-Knisja għandu jkollhom formazzjoni fil-kollaborazzjoni flimkien – 40;

Fejn jidħlu l-festi, tkun traġedja kbira li ma nintlaqgħux fid-djar tan-nies għax inkunu qed inżommu ma’ naħa jew oħra – 62;

L-operaturi pastorali, speċjalment il-kleru, huma msejħa biex dejjem jagħtu xhieda ta’ għaqda u ftehim fiċ-ċirkustanzi tal-festa – 63;

Il-ħafna korsijiet ta’ formazzjoni provduti minn diversi entitajiet huma bla dubju imprezzabbli, imma jeħtieġ li jkun hemm kordinament – 76.

 

Lajċi Nsara

Karatteristika tal-poplu nisrani hi l-għaqda komunitarja fejn mill-imħabba ta’ bejnietna nintgħarfu li aħna dixxipli ta’ Ġesù – 1;

Aħna msejħa biex inkunu poplu wieħed – 1;

Il-lajċi jagħtu sehemhom fil-parroċċa f’kollaborazzjoni sħiħa mas-saċerdoti – 12;

Jeħtieġ jitħaddem bis-serjetà mudell ta’ Knisja inqas piramidali u aktar ta’ komunjoni bi Kristu fiċ-ċentru – 22;

Meħtieġa iżjed komunjoni bejn l-għaqdiet “ġodda” u dawk “tradizzjonali” – 29;

Jeħtieġ li ma jkollniex frammentazzjoni tal-għaqdiet għax din tfixkel il-kollaborazzjoni ta’ bejnietna- 30;

Ir-relazzjoni bejn għaqda u oħra fi ħdan il-Forum hi pjuttost skarsa mis-sens ta’ Knisja – 32;

Irid ikun hemm rispett lejn u bilanċ bejn ir-rwoli kollha fil-mixja komuni tal-Poplu ta’ Alla lejn il-Missier – 43;

Naħdmu flimkien billi ma jkunux organizzati attivitajiet paralleli u biex is-servizzi tal-assoċjazzjonijiet jiġu inkorporati fil-pjan parrokkjali- 71.

 

Xandir tal-Kelma

Id-dokument jitlob li l-istrutturi jkunu aġġornati u mibdula fejn meħtieġ biex ikunu dejjem għas-servizz tal-Kelma u biex jaħdmu b’kordinament sħiħ – preż;

Rigward il-gruppi, jeżisti sparpaljar ta’ enerġija. Hemm nuqqas ta’ tolleranza u nuqqas ta’ ħidma ma’ gruppi oħra fl-istess Poplu ta’ Alla. Jeħtieġ li l-ħidma tal-gruppi tkun aktar kordinata – 16;

Is-siwi tal-mezzi ta’ komunikazzjoni jitkejjel daqskemm huma mezz ta’ għaqda fost l-ulied ta’ Alla mxerrda mal-erbat irjieħ tad-dinja – 21;

Għalkemm qiegħda ssir ħafna ħidma, jidher li ftit hemm kordinament fl-użu tar-riżorsi. Uħud  jaħdmu l-biċċa tagħhom mingħajr ma jafu jew  jagħtu każ ta’ dak li qegħdin jagħmlu l-oħrajn – 27;

Jeħtieġ jikber iżjed il-kordinament fid-djoċesi bejn is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-gruppi lajkali – 27;

Il-Forum tal-Għaqdiet u l-Movimenti Kattoliċi għandu jkun organu ħaj li jgħaqqad dawn il-ħidmiet favur ix-xandir tal-kelma – 29, 40;

Hemm bżonn ta’ kordinament bejn il-ħidmiet ta’ xhieda u xandir li twettaq il-Knisja f’Malta, biex ix-xandir tal-Kelma jsir b’mod aġġornat u kordinat-35;

Il-Knisja f’Malta trid tgħaqqad ir-riżorsi biex  inxandru l-Kelma b’mod effikaċi u effettiv – 37;

Il-Knisja f’Malta toħloq infratruttura ta’ komunikazzjoni bejn l-entitajiet kollha tagħha. Id-djoċesi għandu jkollha nies b’esperjenza li jistgħu joħolqu, isostnu din l-infrastruttura u jgħallmu l-użu tagħha. Barra milli tgħin biex tgħaqqad il-Knisja f’Malta, din l-infrastruttura tgħin fix-xandir tal-Kelma – 45.

  

Liturġija u Sagramenti

Kull għemil liturġiku mhuwiex xi għemil privat, imma hu ċelebrazzjoni tal-Knisja, li hi l-għaqda tal-imgħammdin – 3;

Għandu jsir sforz biex jinħoloq dejjem aktar ambjent ta’ komunità fil-ġemgħa li tiċċelebra, li tgħin biex in-nies iħossu dejjem aktar is-sens ta’ appartenenza – 5;

F’kull parroċċa, u speċjalment fejn hemm għadd ta’ knejjes, għandha ssir evalwazzjoni tan-numru tal-quddies u ssir ri-organizzazzjoni tal-ħinijiet bil-għan li l-quddies jaqdi l-bżonnijiet tal-komunità u jirrispetta r-riżorsi umani li għandha l-parroċċa – 15;

Iċ-ċelebrazzjonijiet komunitarji tar-rikonċiljazzjoni  għandhom jiġu ċċelebrati b’mod regolari fil-parroċċi – 37;

Iċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ għandha sura komunitarja li titlob is-sehem tal-komunità parrokkjali jew almenu ta’ xi wħud mill-komunità – 46.

  

Djakonija u Ġustizzja

Ma rridux nikkompetu – 26;

Ikollna nammettu li n-nuqqas ta’ kollaborazzjoni li teżisti hija inaċċettabbli – 27;

Sħubija vera twassal għal servizz aħjar, billi naqsmu bejnietna r-riżorsi u nevitaw  duplikazzjonijiet – 27;

Sħubija mal-Istat – 27;

Meta r-riżorsi tagħna qegħdin isiru aktar limitati tajjeb nifhmu l-qawwa li tinsab fi sforz komuni u fi qsim ta’ idejat, esperjenza u riżorsi – 33.

 

 

Żwieġ u Familja

Iż-żwieġ hu l-għaqda intima tal-ħajja u tal-imħabba bejn il-miżżewġin – 4;

Alla tagħna hu Alla wieħed fi tlett persuni, f’komunjoni perfetta – 7;

Meta koppja miżżewġa tistqarr li hija maħluqa xbieha ta’ Alla, it-tnejn ikunu qed jgħidu li huma  msejħin biex iħobbu kif iħobb Alla, f’għaqda ta’ persuni li tagħti l-ħajja – 7;

Relazzjoni b’saħħitha u komunikazzjoni tajba jitolbu li l-mara u r-raġel ikunu mhux indipendenti imma inter-dipendenti – 13;

Meta l-ewwel impenn tal-koppja jkun lejn xulxin, qabel kulħadd, allura t-tnejn se jħossu sigurtà u se jħossuhom sostnuti minn xulxin – 16;

Rigward il-kors ta’ tħejjija għas-sagrament taż-żwieġ, ikun aħjar jekk il-forzi ngħaqqduhom fi spirtu ta’ servizz u mhux naqsmuhom u nxerrduhom – 31;

M’għandux ikun hemm kompetizzjoni jew duplikazzjoni ta’ xogħol mas-servizzi li joffri l-Moviment ta’ Kana – 34.

 

Adolexxenti u Żgħażagħ

Il-komunità għandha dmir li ssostni ż-żgħażagħ li huma attivi fil-mixja tagħhom fil-fidi u fir-relazzjoni ma’ Alla, tismagħhom u tilqa’ l-ħidma tagħhom bħala xhieda ta’ Kristu u tal-Aħbar it-Tajba tiegħu fost iż-żgħażagħ sħabhom – 8;

Il-Knisja hi l-ġisem ta’ Kristu u kull membru tagħha, waħdu jew ma’ oħrajn, huwa responsabbli li jgħix il-vokazzjoni tiegħu f’armonija mal-ġisem kollu. Ma jistax jibqa’ tollerat li fil-pastorali, id ma tkunx taf x’inhi tagħmel l-oħra. Jinħass li hemm nuqqas ta’ kordinament u komunikazzjoni fil-pastorali taż-żgħażagħ li  jirriżulta f’duplikazzjoni u ħela ta’ riżorsi b’detriment għaż-żgħażagħ stess. Barra minn hekk, diversi għaqdiet u movimenti jħossuhom maqtugħa u b’nuqqas ta’ appoġġ fil-ħidma  pastorali tagħhom – 15;

Għal kull distrett għandu jiġi allokat youth minister li xogħlu jkun li jġib ‘il quddiem, isaħħaħ, u janima l-ħidma pastorali maż-żgħażagħ f’dak id-distrett – 22;

Il-komunità nisranija hija l-post privileġġjat tal-laqgħa mal-Mulej. Ħafna drabi, iżda, il-Knisja tista’ tidher mhux tant bħala post ta’ komunjoni ma’ Alla u bejnietna, iżda iżjed bħala istituzzjoni jew organizzazzjoni – 23;

Filwaqt li tinħass l-uniċità u l-libertà tal-membri ta’ kull għaqda jew grupp, għandha ssir  kollaborazzjoni kemm jista’ jkun sħiħa bejn gruppi differenti – 26;

Hemm rabta sħiħa bejn id-dimensjoni komunitarja u l-liturġija – 48;

Aktar kollaborazzjoni bejn iċ-ċentri tal-istess post rigward ħidma pastorali fil-qasam tad-divertiment – 58;

Ikunu inkoraġġiti forom ta’ assoċjazzjonijiet bejn iż-żgħażagħ – 58;

Ikun ikkunsidrat kuntatt ma’ djoċesijiet Ewropej biex tibda pastorali fost iż-żgħażagħ li jiġu Malta bħala studenti jew turisti – 58, 60;

Ninvolvu l-familji, il-parroċċi u tant gruppi reliġjużi, volontarji u oħrajn, fil-ħidma tagħna maż-żgħażagħ – prinċipji gwida 17;

Isiru kuntatti ma’ gruppi u kummissjonijiet oħra li jaħdmu maż-żgħażagħ f’pajjiżi u fi knejjes oħra, biex ikun jista’ jsir qsim ta’ riżorsi u esperjenzi – prinċipji gwida 18;

Naħdmu aktar flimkien bħala youth ministers, youth leaders, kollaboraturi, volontarji u oħrajn. Ikun hemm kollaborazzjoni, kordinament u komunjoni kemm jista’ jkun sħiħa bejn gruppi differenti li jaħdmu b’riżq iż-żgħażagħ – prinċipji gwida 20,21.