PAWLU VI UDJENZA ĠENERALI L-Erbgħa, 3 ta' Mejju, 1978
Il-beatitudni tal-ġustizzja
Mad-daqqa t'għajn ma nistgħux ngħidu għala l-ispirtu tagħna jiltaqa' mal-kliem tal-Evanġelju skont San Mattew, kapitlu ħamsa, il-kapitlu ċelebri tad-diskors ta' Kristu fuq il-muntanja fejn jgħid: "Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.". U dawn l-imberkin kelmiet huma preżenti f'dil-laqgħa magħkom għeżież li qed iżżuruna, forsi għax il-preżenza tagħkom iġġagħalna nħossu l-iskumditą morali u soċjali li hawn fid-dinja tal-lum, l-ambjent minn fejn ġejjin intom; u hawn, quddiemna l-ispirtu tagħkom ansjuz u fidjuċjuz li lilna jurina bla tlaqliq x'inhuma l-ġuħ u l-għatx li qed inikkithom, il-ġuħ l-għatx tas-soċjetą tagħna, riżultat tal-kundizzjonijiet kemm tas-soltu u wkoll dawk li jinqalgħu bla mistenni fil-ħajja preżenti; dan għal raġunijiet opposti, f'kumplott bejniethom biex iwasslu għall-istess riżultat, l-ansjetą, li f'xi wħud hi provokata mir-riżq li jgawdu u li aktar milli japprezzaw is-sodisfazzjon li jiġi minnu huma aktar moħħhom li qatt m'għandhom biżżejjed; għalihom dawn huma l-ġuħ u l-għatx li dejjem iridu aktar, ansjetą li tniġġes lill-oħrajn li bir-raġun iħossu li dak li għandhom mhux biżżejjed, jew minħabba l-fraġilitą tal-qagħadha tagħhom fil-qafas soċjali instabbli u mbandal, insuffuċjenza li ssib l-espressjoni tagħha fil-ġuħ u l-għatx li jitkellem dwarhom l-Evanġelju, li dan, Kelma ta' Kristu huwa beatitudni: "Henjin dawk, intennu, li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin." (Mt 5, 6).
Allura x'se ngħidu aħna dwar dan il-kliem tal-Evanġelju? Qabel kollox f'diversi għamliet u b'qisien differenti, huma jirriflettu realtą essenzjali u psikoloġika, li nistgħu ngħidu hi ta' kulħadd, jiġifieri dik li fundamentalment tiġi min-natura nfisha tal-bniedem. Irridu nagħrfu li l-bniedem mhuwiex essri sħiħ, anki jekk sodisfatt, qatt mhu xebgħan; hu essri magħmul b'mod li dejjem itturmentat mill-ġuħ u mill-għatx, mix-xewqat li dejjem jesiġu sodisfazzjon isħaħ. Il-bniedem hu bħal Ġużeppi, l-iben favorit ta' Ġakobb, li fil-Bibbja hu fergħa ta siġra għammiela, fergħa ta siġra għammiela (Ġen 49,22). Is-sens pożittiv ta' din it-tendenza tax-xenqa għat-tkabbir, għall-pussess, għandha tkun għal dak li jasal bil-ġustizzja, jiġifieri skont il-pjan divin imnaqqax fin-natura ideali tal-bniedem, kif imqiegħed fih impliċitament minn Alla, fil-kunċett tipiku, jiġifieri t-tjubija tal-bniedem innifsu: is-sejba ta' dal-pjan li jibqa' dejjem jipperfezzjona ruħu tittimbra l-mixja tal-iżvilupp, jiġifieri l-ġuħ u l-għatx li Alla ta lid-destin tal-bniedem: hija l-"ġustizzja" impliċita li l-bniedem għandu jixxennaq għaliha u li għandha twassal għall-milja evidenti; l-għan ta' dil-beatitudni hi l-wegħda evanġelika . Il-ġuħ u l-għatx ta' dil-perfezzjoni, fl-ekonomija evanġelika, għad jinqatgħu; u l-ġuħ u l-għatx ta' perfezzjoni bħal din diġą huma beatitudni. U x'inhi l-ġustizzja li l-Evanġelju jqiegħed bħala għan tal-ġuħ u l-għatx tal-bniedem evanġeliku? Hu dak li għad irid ikun li iżda għad mhux perfett. Hu dak li x-xjenza morali tgħid li hu dmir, obbligu morali, il-liġi li għandha tmexxina, ir-rieda divina li għandha titwettaq; hu dak mixtieq bis-setgħa ta' intervent divin bil-loġika razzjonali, jew inkella wkoll permezz ta' ispirazzjoni kariżmatika. U anki dan il-fattur, kontribut tal-ħajja morali, jista' jkun applikat fil-ħajja spiritwali u effettiva tal-bniedem: id-dmir jista' jkun ta' toqol għall-ispirtu u jista' jkollu wkoll l-enerġija propja. Kristu jiddeċiedi u jħabbar: henijin dawk li għandhom il-ġuħ u l-għatx għal dan l-impenn fil-ħajja umana, jiġifieri t-twettiq tad-dmir sas-sagrifiċċju personali, għax twettiq bħal dan, id-dmir imwettaq, jissarraf f'beatitudni. Hawnhekk jinsab l-Evanġelju, bil-wegħda tiegħu, u nistgħu ngħidu, bil-beatitudni marbuta miegħu. Iva, ir-rieda biss, dak li l-Evanġelju jgħid li hu ġuħ u għatx, tħaddan il-virtł mirakoluża li tantiċipa l-beatitudni, il-ferħ tal-fedeltą lejn il-ġustizzja. Dan hu ta' faraġ kbir għalina. Il-paċi tal-qalb diġą tibda tinħass aħna u nħejju ruħna biex inwettqu dmirna, jiġifieri l-fażi tax-xewqa, tal-intenzjoni, tar-rieda tajba. U spiss jiġri li dix-xewqa bikrija għall-ġustizzja, fil-qlub ġenerużi, tibdel l-orjentament ġenerali tax-xewqat mhux mitmuma li jnikktu l-eżistenza, għax xewqat bħal dawn maħkumin mill-egoiżmu, mhumiex skont "il-ġustizzja" li fl-Evanġelju tikseb u twettaq l-imħabba. F'dan biss jinsab is-sigriet tal-beatitudni, illum, fil-ħajja t'issa; għada fil-ħajja tal-ġejjieni, fil-veritą eskatoloġika u mistrejuża, iva, iżda garantita mill-wegħda infallibbli ta' Kristu. Hekk ikun, bil-Barka Appostolika tagħna.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber
|