Aktar kwotazzjonijiet minn Fratelli Tutti ...

Kwotazzjonijiet mill-Enċilklika soċjali tal-Papa Frangisku, Fratelli Tutti

▪  Dan il-Qaddis tal-imħabba fraterna, tas-sempliċità u tal-ferħ, li nebbaħni nikteb l-Enċiklika Laudato si’, mill-ġdid qanqalni biex niddedika din l-Enċiklika ġdida għall-fraternità u għall-ħbiberija soċjali. par. 2.

▪  San Franġisk, li kien iqis lix-xemx, il-baħar u r-riħ bħala ħutu, kien jaf li iżjed u iżjed hu mxierek ma’ dawk li kellhom l-istess ġisem bħal tiegħu. par. 2.

▪  Franġisku laqa’ ġo qalbu s-sliem veru, ħassu meħlus minn kull xewqa ta’ ħakma fuq l-oħrajn, sar wieħed mill-ifqar fost il-fqar u fittex li jgħix f’armonija ma’ kulħadd. Lilu nafuha l-motivazzjoni wara dawn il-paġni. par 4.

▪  F’din l-enċiklika ħassejtni mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Imam il-Kbir Ahmad Al-Tayyeb, li miegħu ltqajt f’Abu Dhabi biex niftakru li Alla “ħalaq lill-bnedmin kollha ndaqs fid-drittijiet, fid-dmirijiet u fid-dinjità, u sejħilhom biex jgħixu bejniethom bħal aħwa”.Dan ma kienx xi sempliċi att diplomatiku, imma riflessjoni mwettqa fid-djalogu u impenn li ħadna flimkien. Din l-Enċiklika tiġbor u tiżviluppa temi kbar esposti f’dak id-Dokument li ffirmajna flimkien. par. 5.