Laikos

 

Il-Vjaġġ Appostoliku tal-Papa Franġisku f'Malta

Laqgħa privata mal-Ġiżwiti fin-Nunzjatura f'Tal Virtù, Rabat

Il-Ħadd 3 ta' April 2022

 

Padre Spadaro: il-Papa jixtieq Knisja miftuħa għall-isfidi l-kbar

 

Id-direttur (tar-rivista tal-Ġiżwiti) Civiltà Cattolica jiġbor fil-qosor l-argumenti tad-diskussjni li l-Papa Franġisku kellu mal-membri tal-Kumpanija ta’ Ġesù nhar il-Ħadd 3 ta’ April filgħodu: miċ-ċkejkna Malta impuls qawwi għall-evanġelizzazzjoni.

 

Benedetta Capelli – Mill-Belt tal-Vatikan

 

Il-Papa Franġsiku kellu sessjoni ta’ djalogu b’qalb miftuħa mal-Ġiżwiti ta’ Malta.  Hija tradizzjoni li saret parti integrali fil-vjaġġi appostoliċi li jagħmel tul il-pontifikat tiegħu, li jiltaqa’ ma’ ħutu u li l-kontenut tad-diskussjoni jsir magħruf wara permezz tar-rivista tal-Kumpanija ta’ Ġesù “La Civiltà Cattolica”.  Ħjiel ta’ dan il-kollokwiju li sar fil-bidu nett tat-tieni jum taż-żjara f’Malta ingħata mid-direttur tar-rivista patri Antonio Spadaro, li kien jifforma parti mis-segwitu tal-Papa:

 

Kif kienet il-klima waqt il-laqgħa ta’ dalgħodu tal-Papa Franġisku mal-Ġiżwiti?

 

Issa, fil-vjaġġi kollha tiegħu u fejn ikun possibbli, il-Papa jiltaqa’ mal-komunità tal-Ġiżwiti li jkunu jinsabu fil-post fejn ikun qed jivvjaġġa.  Bħal dejjem ikunu laqgħat sbieħ ħafna, intimi ħafna u familjari.  Klima kalma, konversazzjoni miftuħa dwar ħafna temi.  Forsi l-aktar ħaġa sabiħa hi li tara lill-Papa, f’nofs vjaġġ, joffri l-impressjonijiet tiegħu, iġarrab xi ftit it-temperatura tal-akkoljenza li jkollu, dak li l-Papa jkollu xi jgħid.

 

 

X’kien il-kontenut ta’ din id-diskussjoni?

 

Dak li ntqal hu privat, imbagħad nippubblikawh fir-rivista Civiltà Cattolica meta u jekk ikun irid il-Papa.  Il-kontenuti fundamentali jolqtu l-ħajja tal-Kumpanija ta’ Ġesù nfisha jiġifieri s-sens tal-evanġelizzazzjoni illum.  Il-Papa saħaq fuq dan il-ferħ tal-evanġelizzazzjoni li tkellem ħafna dwaru lbieraħ, il-perċezzjoni dwaru, ir-rieda li għandu l-Papa hi li l-Knisja tinfetaħ għall-isfidi l-kbar.  B’xi mod, dil-gżira tiġbor fiha sfidi kbar, hi salib it-toroq fil-qalba tal-Mediterran..... għalhekk impuls għall-evanġelizzazzjoni.

 

 

Ftit fadal ħin qabel l-appuntament li jmiss mal-migranti, għalhekk nistgħu niġbdu ftit konklużjonijiet: skontok liema hu l-aktar frott li jista’ joħroġ minn diż-żjara tal-Papa? 

 

Intant, it-tema tal-migranti hi waħda li l-Papa tkellem dwarha waqt il-laqgħa mal-Ġiżwiti, tema għal qalbu ħafna.  Is-sens profond ta’ diż-żjara, żjara fil-qalba tal-Mediterran, salib it-toroq ta’ nsiġ, insibuh fil-messaġġ li fil-verità l-Papa jagħti lid-dinja ibda mill-periferija li hi ċ-ċentru tal-iskambji kulturali u spiritwali, għalhekk laqgħa li tolqot lil Malta imma li fil-fatt tolqot lid-dinja kollha kemm hi.

 

Waqt l-Angelus il-Papa tkellem b’mod partikolari dwar il-gwerra fl-Ukrajna u għat-tielet darba tenna li hi gwerra “sagrilega”. 

 

Eżattament.  Din hi tema li ftit jew wisq tiddomina fuq dal-vjaġġ – matul il-Quddiesa rajna ħafna bnadar tal-Ukrajna – u ma setax jonqos li jkun hekk.  Diġà waqt il-laqgħa mal-awtoritajiet il-Papa kien ċar ħafna u pponta sebgħu ukoll lejn ir-responsabbiltajiet f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet ta’ kif titħejja l-gwerra, mhux mil-lum, imma tul iż-żmien, permezz tar-riarm.  Għalhekk il-messaġġ kien ferm aktar qawwi.


Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Joe Huber

mill-Vatican News ...