Laikos

 

Aktar dwar il-Madonna


X'INHU L-AKATHISTOS?

Kitba ta' Fr Michael Bugeja

L-Innu ‘Akatist’ (bil-Grieg: Ἀκάθιστος [akatistos]) Ὕμνος, [imnos] “l-innu li jqajjimna minn bilqiegħda”) huwa tip ta’ innu li s-soltu jingħad jew jitkanta, (jew jingħad u jitkanta), mill-Ortodossi Griegi u mill-Griegi Kattoliċi, ddedikat lil xi qaddis, xi ġrajja qaddisa, jew lil wieħed mill-Persuni tat-Trinità Qaddisa.

l-isem ġej mill-fatt li waqt il-kant ta’ dan l-innu, u kultant matul il-liturġija kollha ta’ dakinhar, il-ġemgħa (minbarra l-anzjani u l-morda) tibqa’ l-ħin kollu bilwieqfa b’sinjal ta’ qima mingħajr ma ħadd joqgħod bilqiegħda (ἀ-, a-, “mingħajr, mhux” u κάθισις, káthisis, “bilqiegħda”). Matul il-liturġiji li jiċċelebraw l-Ortodossi Griegi jew il-Griegi Kattoliċi, il-ġesti liturġiċi, (bilwieqfa, bilqiegħda, fuq l-irkopptejn jew prostrazzjonijiet) huma regolati b’mod dettaljat ħafna iżda anke minn dak li jħoss l-individwu. Li toqgħod bilwieqfa huwa obbligatorju biss waqt il-qari mill-Evanġelji u waqt il-kant tal-Akatistos.

Isem ieħor għall-Akatistos ġej mill-ewwel kelmiet tal-bidu tiegħu (bil-Grieg, pro-oimion); f’dan il-kas “lil dik qatt mirbuħa, kollha qdusija, li tat it-twelid (welldet) lil Alla”.

L-iktar Akatist magħruf huwa dak miktub matul is-seba’ seklu għall-festa tat-Tħabbira ta’ Omm Alla, (25 ta’ Marzu) u huwa attribwit lil Romanos il-Melodista.

Matul is-seklu erbatax dan l-innu beda jitkanta matul ir-Randan f’erba’ taqsimiet bħala tislima lill Omm Alla.

Dan l-Innu ġie maqlub għall-Malti minn Monsinjur Professur Dun Karm Sant (1921 – 1992) u Monsinjur (Papas) Ġorġ Mifsud Montanaro (1927 -), u ppublikat fi ktejjeb fl-1990 li fuq il-qoxra ta’ quddiem kellu x-xbieha tal-Madonna Damaxxena li tinsab miqjuma fil-Knijsa tal-Griegi Kattoliċi, il-Belt Valletta.  klikkja ...

Traduzzjoni oħra għall-Malti kienet saret mill-Isqof Monsinjur Nikol Cauchi (1929 - 2010)  fl-1981.  klikkja...

Studju nteressanti ħafna miktub mill-Professur Mario Buhagiar, dwar ix-xbieha tal-Madonna Damaxxena jinsab f’dan il-link.  klikkja

(Traduzzjoni u adattament ta' siltiet minn artiklu f'dan il-link: https://en.wikipedia.org/wiki/Akathist)