JUM IL-LAJĊI
NSARA ( 9 ta' Marzu 2012)
IL-LAJKAT NISRANI U L-APPOSTOLAT TAL-LAJĊI
TEŻORI U ĠARAR TAL-FUĦĦAR
Riflessjoni dwar ir-realtà u l-vokazzjoni tal-lajkat fil-Knisja
minn Monsinjur
Anton Gouder, Pro-Vigarju Ġenerali.
-
Aħna m’aħniex waħedna imma aħna Knisja li fiha ħafna teżori u
dgħufijiet. U aħna parti kemm mit-teżori u kif ukoll mid-dgħufijiet
…
-
Bħala evanġelizzaturi rridu nibnu
pontijiet ta’ ħbiberija ma’ dawk ta’ madwarna biex Ġesù jkun
jista’ jgħaddi minn fuqhom minn għandna għal għandhom. …
-
L-appostolat individwali u fl-għaqdiet huwa teżor għax il-pont
li jibni huwa biex minn fuqu jgħaddi Ġesù …
-
Jekk ma nkunux għarkubtejna quddiem Ġesù biex nadurawh, lanqas
nistgħu nkunu pont biex minn fuqu jgħaddi Hu … Bla talb mhemmx
appostolat … Nista’ nagħmel xogħol imma mhux appostolat …
-
Il-Knisja hija komunjoni li trid tkun mibnija fuq l-ispiritwalità
… fuq djalogu mas-soċjetà … fejn il-formazzjoni hija valur ...
-
Nipproponi għar-riflessjoni u
għall-kuraġġ tagħna, vers mill-Iskrittura, “Kunu dejjem lesti
biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-għala tat-tama li
għandkom.” (1 Pietru
3:15)
-
Il-vera telfa tal-Knisja mhux in-nuqqas fin-numru tal-attendenza
tal-membri tagħha, imma fin-nuqqas ta’ spiritwalità u ta’ rabta
mar-rieda ta’ Alla fuq livel personali u bħala Knisja lokali …
Dak li hu veru importanti hu l-ħajja nisranija fil-ġenwienità
tagħha …
-
Irid ikollna aktar il-Ministeru tas-smigħ
u tad-djalogu speċjalment meta ħafna minna għaddejjin ħajja ta’
ġenn bla brejkijiet u bla ebda’ ċans għal xejn …
-
Irid ikollna aktar il-ministeru
tal-akkompanjament, mhux sempliċiment laqgħat u attivitajiet,
lil diversi kategoriji (tfal, żgħażagħ u familji etc), fuq livel
ta’ parroċċi u għaqdiet; akkompanjament fil-mixja ta’ fidi …
-
Irid ikollna il-ministeru tal-fraternità
b’mod stabbli …
-
Irid ikollna aktar ħajja Ewkaristika u
Sagramentali, mhux biss fil-quddiesa imma wkoll fil-ħajja tagħna
…
-
Jekk l-għotja tagħna nfusna tkun aktar
sħiħa u kkunsmata, allura nkunu iżjed Knisja fejn il-fuħħar li
fih hemm it-teżori tagħna mhux jinkiser iżda jippreserva biex
b’hekk inkomplu niżviluppaw ‘il quddiem.
Ikklikkja
fuq il-vleġġa ta’ hawn taħt biex tisma' d-diskors kollu ta’
Monsinjur Anton Gouder.
Ikklikkja hawn għad-diskors li għamel Monsinjur Arċisqof Pawlu
Cremona OP fl-istess okkażjoni … >
Jekk issib xi diffikulta biex tisma’ dan id-diskors,
ikklikkja hawn ... >
|