Fi tmiem l-assemblea ta’ Jum il-Lajċi
Nsara li saret fis-sala tal-iskola Santa Monika,
f’Birkirkara, l-Arċisqof Monsinjur Pawlu Cremona OP
għamel diskors qasir li fi ta żewġ riflessjonijiet dwar
it-tema magħżula għal din is-sena, “Il-Lajkat Nisrani u
l-Appostolat tal-Lajċi: Teżori u Ġarar tal-Fuħħar”.
Huwa qal li l-fuħħar huwa don ta’ Alla u
xogħol il-bniedem flimkien. U Alla dejjem jgħaqqad
id-don tiegħu max-xogħol tal-bniedem.
Minn mindu ħalaq
il-bniedem Alla dejjem hekk ried jaħdem mal-bniedem.
Wara d-dnub Alla xorta ried jibqa’ jaħdem mal-bniedem,
minkejja d-dnub tiegħu. Dan juri d-dinjità
tal-appostolat.
Il-fuħħar huwa dgħajjef. Alla ma
jiddejjaqx jfittex il-koperazzjoni ta’ bnedmin dgħajjfa
u li jiżbaljaw. Imma importanti kif ngħixu din
ir-realtà. Jiena b’saħti meta jiena dgħajjef. Dan
għaliex meta jiena b’saħti naħseb li kollox ġej minni.
Iżda meta ngħaraf li jien dgħajjef, allura ndur lejH.
Hekk Huwa jkun is-saħħa tal-appostolat tagħna.
Ikklikkja
fuq il-vleġġa fil-kaxxa li hemm fuq il-lemin tal-paġna …
>
Isma wkoll id-diskors li għamel Monsinjur Anton Gouder,
Pro-Vigarju Ġenerali fl-istess okkażjoni
... >
Ritratt ta' hawn fuq mill-Photocity Digital Service,
Vallertta. |