Stampa t-test tal-Katekeżi tal-Papa ...

ĠWANNI PAWLU I

UDJENZA ĠENERALI

L-Erbgħa 20 ta’ Settembru 1978

 

3. It-Tama

It-tieni fost is-sebà « lampi tal-qdusija » għall-Papa Ġwanni kienet it-tama. Illum se nkellimkom dwar din il-virtù, li hija obligatorja għal kull nisrani. Dante fil-Paradiso (1) tiegħu immaġina li jippreżenta ruħu għal eżami tal-kristjaneżmu. Kienet tiffunzjona daqsxejn ta’ kummissjoni ddoqq l-iskotti. « Għandek il-fidi? » jistaqsih l-ewwel San Pietru. « Għandek it-tama? » ikompli San Ġakbu. « Għandek il-karità? » itemm San Ġwann. « Iva - iwieġeb Dante – għandi l-fidi, għandi t-tama, għandi l-karità », juri dan u jiġi promoss b’vot unanimu. Għidt li hija obligatorja: mhux minħabba dan it-tama hija kerha u iebsa: anzi, min jgħixha jivvjaġġa fi klima ta’ fiduċja u abbandun, waqt li jgħid mas-salmista: « Mulej , inti l-blata tiegħi, it-tarka tiegħi, il-qawwa tiegħi, il-kenn tiegħi, il-lampa tiegħi, ir-ragħaj tiegħi, is-salvazzjoni tiegħi. Ukoll jekk iqum għalija eżerċitu, qalbi ma tibżax; u jekk titqajjem kontra tiegħi l-battalja, ukoll hemm inkun mimli fiduċja ».

Tgħidu: mhux entużjasta b’mod esaġerat dan is-salmista? Possibbli li, għalih, l-affarijiet dejjem marrulu kollha dritti? Le, mhux dejjem marrulu dritti. Jaf ukoll hu, u jgħidu, li l-ħżiena spiss ikunu ffurtunati u t-tajbin dejjem ippersegwitati. Kultant ukoll ilmenta mal-Mulej; huwa wasal biex jgħid: « Għaliex torqod, Mulej? Għaliex tiskot? Qum, ismagħni, Mulej ». Imma t-tama fih baqgħet: soda, inkrollabbli. Għalih u għal dawk kollha li jittamaw wieħed jistà japplika dak li qal San Pawl dwar Abraham : « emmnu waqt li tittamaw kontra kull tama »(2). Tibqgħu tgħidu: kif jistà jseħħ dan? Isir, għaliex  wieħed jintrabat ma’ tliet virtujiet: Alla jistà kollox. Alla jħobbna mmensament, Alla huwa fidil għall-wegħdi tiegħu. U huwa Hu, l-Alla tal-ħniena, li jixgħel fija l-fiduċja; li permezz tagħha jien ma nħossnix waħdi, linqas inutli, linqas abbandunat, imma imdeffes f’destin ta’ fidwa, li għad jum wieħed jiżbokka fil-Ġenna. Għamilt aċċenn għas-Salmi. L-istess fiduċja sikura tidwi fil-kotba tal-Qaddisin. Irridkom li taqraw l-omelija magħmula minn Santu Wistin fil-Jum tal-Għid dwal l-Alleluia. Il- vera Alleluia – jgħid bejn wieħed u ieħor – għad inkantawha fil-Ġenna. Dik tkun l-Alleluia tal-imħabba sħiħa: din, t’issa, hija l-Alleluia tal-imħabba mġewħa, jiġifieri tat-tama.

Xi ħadd jasal li jgħid: imma jekk jien sempliċi midneb? Inwieġbu bħal ma weġibt lil waħda sinjura mhix magħrufa, li kienet qerret għandi bosta snin ilu. Din kienet skuraġġita, għaliex – kienet tgħid – kellha ħajja moralment tassew imħawda.  Jimporta nistaqsik – għidtilha – xi kemm-il sena għandek? Ħamsa u tletin. – Ħamsa u tletin! Imma inti tistà tgħix erbgħin jew ħamsin oħra u fihom tagħmel bosta ġid. Allura,  iddispjaċuta bħal ma int, minflok ma taħseb fil-passat, tistà tipproġetta ruħek fil-ġejjieni u ġġedded, bil-għajnuna ta’ Alla, ħajtek. F’dik l-okkażjoni kont ikkjwotajt lil San  Franġisk ta’ Sales, li jitkellem dwar l- « imperfezzjonijiet għeżież tagħna ». Spjegajt: Alla jobgħod in-nuqqasijiet, għaliex huma nuqqasijiet. Mill-banda l-oħra, però, f’ċertu sens, iħobb in-nuqqasijiet, għaliex iservu ta’ okkażjoni għalih biex juri ħnientu u għalina biex nibqgħu umli u nifhmu u nikompatixxu n-nuqqasijiet tal-proxxmu.

Mhux kulħadd jaqsam din is-simpatija tiegħi għat-tama. Nietzsche – per eżempju – isejħilha «il-virtù tad-dgħajfa »; hija tagħmel min-nisrani wieħed inutli, wieħed separat, wieħed rassenjat, wieħed barrani għall-progress tad-dinja. Oħrajn jitkellmu dwar « aljenazzjoni », li twarrab lill-insara mill-ġlieda għall-promozzjoni umana. Imma  « il-messaġġ nisrani – qal il-Konċilju – bogħod milli jwarrab il-bnedmin mill-kompitu tal-bini tad-dinja… pjuttost jimpenjahom lejn dak kollu b’obbligi ferm iktar strinġenti  »(3).

Warrdu wkoll kultant fil-korsa tas-sekli affermazzjonijiet u tendenzi ta nsara wisq pessimisti fil-konfront tal-bniedem. Imma tali afformazzjonijiet ġew diżapprovati mill-Knisja u minsijin grazzi għal skorta ta’ qaddisin kuntenti u ħaddiema, fl-umaneżmu nisrani, għall-imgħallmin axxetiċi, li Sain-Beuve sejjaħ  « les doux » u għal tejoloġija komprensiva. San Tumas D’Aquino, per eżempju, poġġa fost il-virtujiet il-iucunditas jew aħjar il-ħila li tibdel fi tbissim ferrieħi – fil-qies u fil-mod konvenjenti – l-affarijiet mismugħa u murija(4). Ferrieħi b’dan il-mod – kont nispjega lill-istudenti tiegħi – kien dak il-bennej irlandiż li waqà minn fuq l-armar u kiser siequ. Meħud l-isptar, ġrew fuqu t-tabib u s-soru nfermiera. « Miskin – qalet din tal-aħħar – weġġajt waqt li kont qed taqà ». Imma l-korrut: « Madre, mhux preċiżament waqt li kont qed naqà, imma malli wasalt mal-art korrejt ». Waqt li jiddikjara l-virtù iċ-ċajt hu li jġagħlek titbissem, San Tumas sab lilu nnifsu jaqbel man- « novella ferrieħa » ippridkatha minn Kristu, bl-irrikkamondata hilaritas minn Santu Wistin, kienet tegħleb il-pessimiżmu, tlibbes bil-ferħ il-ħajja nisranija u tistedinna biex nagħmlu kuraġġ ukoll fil-gostijiet sani u puri, li niltaqgħu magħhom tul il-mixja tagħna. Meta kont tfajjel, qrajt xi ħaġa dwar Andrea Carnegie Skoċċiż,  li sab ruħu l-Amerika flimkien mal-ġenituri tiegħu u ftit ftit sar wieħed minn l-iktar bnedmin għonja tad-dnja. Dan ma kienx kattoliku, imma lili laqagħtni l-fatt li kien jirripeti ruħu spiss dwar l-ferħ spirtu pront u awtentiku ta’ ħajtu. « Twelidt fil-miżerja – kien jgħid – imma ma nibdilx it-tifkiriet ta’ ckuniti ma’ dawk ta’ wlied il-miljunarji. X’jafu dawn dwar il-ferħ familjari, dwar il-figura ħelwa tal-omm li tiġbor fiha ix-xogħol ta’ waħda li tieħu ħsieb it-tfal, ta’ ħassiela, ta’ koka, ta’ għalliema, ta’ anġlu u ta’ qaddisa? ». Kien impjega ruħu tassew żagħżugħ ma’ kumpanija li tagħżel is-suf ġo Pittsburg b’56 povri liri fix-xahar paga. Lejla waħda, minflok ma tah minnufih l-istipendju, il-kaxxier qallu biex jistenna. Carnegie beda jirtogħod:  « Issa jilliċenzjawni ». Iżda, wara li ħallas lill-ħaddiema l-oħra, il-kaxxier qallu: « Andrea, segwejt attentament ix-xogħol tiegħek; wasalt għall-konklużjoni li dan jiswa ferm iktar minn tal-oħrajn. Se nagħmillek l-istipendju 67 lira ». Carnegie ġera lura d-dar, fejn ommu bkiet bil-ferħ minħabba l-promozzjoni ta’ binha. « Tgħidu dwar il-miljunarji – kien jgħid Carnegie snin wara – il-miljuni kollha tiegħi kollha flimkien ma tawni gost qatt daqs dawk il-ħdax-il lira żieda ». Bla dubju, dawn il-ferħat, għalkemm tajbin u nkuraġġanti, ma jiġux assolutizzati; huma xi ħaġa, imma mhux il-kollox: iservu bħala mezz, nhumiex l-iskop suprem; ma jibqgħux għal dejjem, imma għal żmien qasir. « Dwarhom – kiteb San Pawl – jaslu li jużaw l-insara, imma bħallikieku ma jużawhomx, għaliex ix-xena ta’ din id-dinja tgħaddi »(5). Kristu diġa qalilna: « Fittxu l-ewwel u qabel kollox is-saltna t’Alla »(6).

Biex nagħlqu, irrid naċċenna għal tama, li minn xi wħud hija pproklamatha nisranija,  li iżda hija nisranija biss sa ċertu punt. Nispjega ruħi: fil-Konċilju ivvutajt ukoll jien  il- « Messaġġ għad-Dinja » tal-Missirijiet Konċiljari. Fih għidna: il-kompitu ewlieni tad-divinizzazzjoni ma jassolvix lill-Knisja mill-kompitu tal-umanizzazzjoni. Ivvutajt il-« Gaudium et Spes », Kont kommoss u entużjażmat meta ħarġet il-« Populorum Progressio ». Naħseb li l-Maġisteru tal-Knisja ma jinsisti qatt biżżejjed fil-preżentazzjoni u r-rakkomandazzjoni tas-soluzzjoni tal-problemi l-kbar tal-libertà, tal-ġustizzja, tal-paċi, tal-iżvilupp; u l-lajċi kattoliċi ma jissieltu qatt biżzejjed biex iħollu dawn il-problemi. Huwa, iżda, żbaljat li tiddikjara li l-liberazzjoni politika, ekonomika u soċjali taqbel mal-fidwa f’Ġesù Kristu, li r-Regnum Dei jidentifika ruħu mar-Regnum hominis, li Ubi Lenin ibi Ierusalem.

Miġjub mit-Taljan għall-Malti minn Emanuel Zarb