KONGREGAZZJONI GĦALL-KULT DIVIN
U D-DIXXIPLINA TAS-SAGRAMENTI
Prot. N. 154/20
DIGRIET
Fi żmien il-Covid-19
(II)
Wara li qieset l-iżvilupp
mgħaġġel tal-pandemija
tal-Covid-19 u żammet quddiem
għajnejha l-osservazzjonijiet li
waslulha mingħand il-Konferenzi
Episkopali, din
il-Kongregazzjoni qed toffri
aġġornament
għall-indikazzjonijiet ġenerali
u għas-suġġerimenti diġà mwassla
lill-Isqfijiet fid-digriet
preċedenti tad-19 ta’ Marzu
2020.
Billi d-data tal-Għid ma tistax
tiġi ttrasferita, fil-pajjiżi
milquta mill-marda, fejn huma
previsti restrizzjonijiet dwar
il-laqgħat tal-massa u ċ-ċaqliq
ta’ persuni minn post
għall-ieħor, l-Isqfijiet u
l-presbiteri għandhom
jiċċelebraw ir-riti tal-Ġimgħa
Mqaddsa mingħajr is-sehem
tal-poplu u f’post adatt, waqt
li jevitaw il-konċelebrazzjoni u
jaqbżu l-iskambju tal-paċi.
Il-fidili għandhom jiġu vżati
bil-ħin li fih jibdew
iċ-ċelebrazzjonijiet hekk li
jkunu jistgħu jingħaqdu fit-talb
minn djarhom. Jistgħu jkunu ta’
għajnuna l-mezzi ta’
telekomunikazzjoni b’mod dirett,
u mhux irrekordjat. Ikun xi jkun
il-każ, jibqa’ importanti li
jitħalla biżżejjed ħin
għat-talb, u fuq kollox tingħata
valur
il-Liturgia
Horarum.
Il-Konferenzi Episkopali u
d-djoċesijiet m’għandhomx jonqsu
milli joffru sussidji b’għajnuna
għat-talb fil-familja u dak
personali.
1 –
Ħadd il-Palm.
It-Tifkira tad-Daħla tal-Mulej
f’Ġerusalemm għandha tiġi
ċċelebrata fuq ġewwa tal-binja
qaddisa; fil-knejjes Katidrali
wieħed għandu jaddotta t-tieni
forma prevista mill-Missal
Ruman, waqt li fil-knejjes
Parrokkjali u fil-postijiet
l-oħra tiġi addottata t-tielet
waħda.
2 –
Il-Quddiesa tal-Griżma.
Wara li jiżnu l-każ konkret
fid-diversi pajjiżi,
il-Konferenzi Episkopali jistgħu
jagħtu indikazzjonijiet dwar
it-trasferiment jew le għal data
oħra.
3 –
Ħamis ix-Xirka.
Il-ħasil tar-riġlejn, diġà
fakultattiv, għandu jinqabeż. Fi
tmiem il-Quddiesa tal-Ikla
tal-Mulej tinqabeż ukoll
il-purċissjoni u s-Santissmu
Sagrament jitħalla
fit-tabernaklu. F’dan il-jum
b’eċċezzjoni tista’ tingħata
lill-presbiteri l-fakultà li
jiċċelebraw il-Quddiesa f’post
adatt, mingħajr is-sehem
tal-poplu.
4 –
Il-Ġimgħa l-Kbira.
Fit-talbiet universali
l-Isqfijiet jaraw li jaħsbu għal
intenzjoni speċjali għal min
jinsab f’qagħda inkwetanti,
il-morda, il-mejtin, (ara
Missal Ruman). L-att
tal-Adorazzjoni tas-Salib
bil-bews għandu jiġi limitat
biss għaċ-ċelebrant.
5 –
Il-Velja tal-Għid.
Tiġi ċċelebrata biss fil-knejjes
Katidrali u Parrokkjali.
Għal-liturġija tal-Magħmudija,
jinżamm biss it-tiġdid
tal-wegħdiet tal-magħmudija (ara
Missal Ruman).
Fil-każ tas-seminarji,
il-kulleġġi saċerdotali,
il-monasteri u l-komunitajiet
reliġjużi wieħed għandu jżomm
mal-indikazzjonijiet ta’ dan
id-Digriet.
L-espressjonijiet tal-pjetà
popolari u l-purċissjonijiet li
jagħnu l-jiem tal-Ġimgħa Mqaddsa
u t-Tridu tal-Għid, skont
il-ġudizzju tal-Isqof djoċesan,
jistgħu jiġu ttrasferiti għal
jiem oħra konvenjenti, ngħidu
aħna l-14 u l-15 ta’ Settembru.
De mandato Summi Pontificis pro
hoc tantum anno 2020.
Mis-Sede tal-Kongregazzjoni
għall-Kult Divin u d-Dixxiplina
tas-Sagramenti, 25 ta’ Marzu
2020, Solennità tat-Tħabbira
tal-Mulej.
Il-Kardinal Robert Sarah -
Prefett
X
Arthur Roche -
Arċisqof Segretarju
|