www.laikos.org

Rizorsi għas-Sena tal-Fidi mill-Parroċċa tal-Iklin ...

 

Meta jispiċċa l-Qari tal-Vangelu, fejn huma wżati l-Fuljetti ta’ Jum il-Mulej jew inkella fejn il-poplu jkun qed juża l-missallini, iċ-Ċelebrant jistieden lin-nies biex flimkien miegħu jbusu s-silta tal-Vangelu li tkun għadha kemm giet moqrija, b’sinjal ta’ fidi fiH.

Tħejja simbolu sempliċi għas-Sena tal-Fidi, magħmul minn ħadid iswed. Trijanglu mhux kbir ħafna, wieqaf fuq sieq waħda, u kollox imqiegħed fuq bażi kwadra sewda wkoll. Fuq il-parti t’isfel tat-trijanglu, daqxejn maħruga ‘l barra mit-trijanglu, joqgħodu 3 xemgħat ħomor; waħda fin-nofs u waħda fuq kull naħa tat-Trijanglu, ‘il barra minnu.

Qabel il-Kredu, iċ-Ċelebrant jixgħel ix-xemgħat, simbolu tat-Tlett Persuni, li madwarhom hu mibni l-Kredu.

Wara l-mixgħela tat-tlett xemgħat, iċ-Ċelebrant jaqra motivazzjoni qasira għall-Kredu, ispirata mill-Vangelu tal-Ħadd/Festa partikulari. 

Qabel tingħata l-Barka, iċ-Ċelebrant jagħti suġġeriment prattiku biex jinħadem matul il-gimgħa.

B’hekk, bla ħafna tul żejjed, inkunu emfasizzajna:-
- l-importanza tal-Vanġelu (bil-bews tiegħu)
- l-importanza tal-Kredu (bil-mixgela tax-xemgħat)
- l-importanza tal-ħajja u x-xhieda, bħala konsegwenza tal-Vangelu u tal-Fidi.

Ara l-Motivazzjoni qasira għall-Kredu

u Suġġeriment prattiku għall-Barka taċ-Ċelebrant. ... >