L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Raġel u Mara Ħalaqhom

 

Ġabra ta' kwotatazzjonijiet

u riżorsi dwar il-koppja

Raġel u Mara

 

Mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, 25 ta’ Ġunju 2017

  • Se nneħħu mil-liġijiet il-kelma raġel u mara,  omm u missier. 

  • Tgħid x’tgħid il-liġi, raġel ma’ raġel ma jnissilx l-ulied. Tgħid x’tgħid il-liġi mara ma’ mara ma tnissilx l-ulied. 

  • Ħarruba tibqa' ħarruba u larinġa tibqa' larinġa anke jekk nsejħulhom siġar.

  • Aħna l-Insara ġabuna f’estremità li rridu ngħidu: il-liġi tal-istat aħna ma nagħrfuhiex.

Ara l-Omelija kollha ...


Mill-Arċisqof  Charles J. Scicluna lid-Djakni ġodda , 26 ta’ Ġunju 2017

L-għażla tagħkom, għeżież kandidati għad-djakonat, hija kontra l-kurrent ... Aħna qegħdin nibnu kultura fejn il-bniedem jiddeċiedi jekk hux mara jew raġel. Aħna qegħdin nibnu kultura fejn iż-żwieġ mhux kif ħalqu Alla, imma kif ħlaqnieh aħna bil-ftietaq ta’ moħħna f’isem l-ugwaljanza. Aħna qegħdin ngħixu f’kultura fejn reġa’ refa’ rasu b’mod qawwi s-serp antik li dejjem jibqa’ jgħajjat: “jien ma rridx naqdi. Jien ma rridx nobdi, non serviam”.

Ara l-Omelija kollha ...


Mill-Amoris Lætitia tal-Papa Franġisku

Sfida oħra ġejja mill-bosta xejriet ta ideoloġija, ġenerikament imsejħa tal-ġeneru, li tiċħad id-differenza u r-reċiproċità naturali bejn raġel u mara. Li għandha f’moħħha hi soċjetà bla differenzi ta’ sess u li trid tbattal il-bażi antropoloġika tal-familja. Din l-ideoloġija twassal għal proġetti edukattivi u orjentamenti leġislattivi li jippromovu identità personali u intimità affettiva li minn għeruqhom huma maqtugħa mid-diversità bijoloġika bejn raġel u mara. (par. 56)

Ara aktar kwotazzjonijiet mill-istess sors u dwar l-istess tema ...


Minn Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar ir-Raġel u l-Mara

Jien nistaqsi jekk l-hekk imsejħa teorija tal-gender hix ukoll espressjoni ta’ frustrazzjoni u ta’ rassenjazzjoni, li timmira li teqred id-differenza sesswali għax m’għadhiex taf tikkonfronta ruħha magħha. 

Ara diskors kollu tal-Papa ...


Mill-Ittra tal-Papa San Ġwanni Pawlu II lin-Nisa

Ir-raġel u l-mara komplementari għal xulxin mhux biss fiżikament u psikoloġikament, imma wkoll  ontoloġikament.  Hu biss permezz tal-maskulinità” u l-“femminilità” li l-“umanità” tilħaq il-milja kollha tagħha.

Ara t-test kollu ...


Mill-Ittra tal-Papa San Ġwanni Pawlu II lill-Familji

Il-bniedem ġie maħluq “sa mill-bidu” raġel u mara: il-ħajja kollha tal-ġens kollu tal-bnedmin – kemm f’komunitajiet żgħar u kemm fis-soċjetà kollha kemm hi – iġġib fiha l-marka ta’ din id-“dwalità primordjali”. (par. 6)

Raġel u mara fil-kostituzzjoni fiżika tagħhom, dawn iż-żewġ persuni, għalkemm fiżikament m’humiex l-istess, għandhom indaqs il-ħila li jgħixu “fil-verità u l-imħabba”.  (par. 8)

Bix-xirka tal-persuni, li sseħħ fiż-żwieġ, raġel u mara jagħtu bidu għal familja.  Marbuta mal-familja hija l-ġenealoġija ta’ kull individwu: il-ġenealoġija tal-persuna. Il-paternità u l-maternità tal-bniedem għandhom l-għeruq tagħhom fil-bjoloġija, iżda fl-istess waqt ukoll huma ogħla minnha.  (par. 9)

Iż-żwieġ, li hu l-bażi ta’ l-istituzzjoni tal-familja, iseħħ b’patt li bih raġel u mara jwaqqfu bejniethom komunità għal għomorhom”, li min-natura tagħha stess tfittex il-ġid taż-żewġ miżżewġin u t-tnissel u t-trobbija tat-tfal. (par. 16)

Ir-razzjonaliżmu ta’ llum ma jiflaħx għall-misteru. Ma jaċċettax il-misteru tal-bniedem, raġel u mara, u lanqas irid jagħraf li l-verità sħiħa tal-bniedem ġiet rivelata f’Ġesù Kristu. (par. 19)

Ara t-test kollu ...


 Mill-Papa Benedittu XVI

L-istati huma msejħin biex isawru politika li tippromovi ċ-ċentralità u l-integrità tal-familja msejsa fuq iż-żwieġ bejn raġel u mara, iċ-ċellola vitali ewlenija tas-soċjetà. (Caritas in Veritate, par. 44)

Il-ktieb tan-natura hu wieħed u indiviżibbli: iħaddan fih mhux biss l-ambjent iżda wkoll il-ħajja, is-sesswalità, iż-żwieġ, il-familja, ir-relazzjonijiet soċjali: f’kelma waħda, l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem. Dmirijietna lejn l-ambjent huma marbuta ma’ dmirijietna lejn il-persuna umana fiha nfisha u f’relazzjoni ma’ oħrajn. Nagħmlu ħażin jekk niddefendu xi dmirijiet filwaqt li nkażbru l-oħrajn. Hemm kontradizzjoni kbira fil-mentalità u l-prattika tagħna llum, li twaqqa’ fil-għajb lill-persuna, tħarbat l-ambjent u tagħmel ħsara lis-soċjetà.   (Caritas in Veritate, par. 51)

Ara l-Enċiklika, Caritas in Veritate ...


Minn Katekeżi tal-Papa Franġisku dwar il-Familja

Hi l-koppja miżżewġa x-xbieha ta’ Alla: ir-raġel u l-mara; mhux ir-raġel waħdu, mhux il-mara waħidha, imma t-tnejn li huma flimkien.  Din hi x-xbieha ta’ Alla: l-imħabba, il-patt ta’ Alla magħna jidher f’dak il-patt li jsir bejn raġel u mara. 

Ara d-diskors kollu flimkien ma’ filmat bis-sotto-titoli bil-Malti ...


Minn Alice von Hildebrand ...

Intervista dwar it-tema, “Man and Woman: A Divine Invention”

Hawn issib silta qasira ...  (minuta)

Hawn issib l-intervista kollha ...   (26 minuta)


Ġabra ta’ riżorsi oħra minn Christopher West ...

http://www.laikos.org/Christopher_West_Gender_Issues.htm