Rapport ta' Radio Vaticana, 16/05/2017, 12:06 ...
Malta: l-Isqfijiet jappellaw għall-vot
responsabbli fl-elezzjonijiet li ġejjien
F’messaġġ li bagħtu qabel l-elezzjoni
ġenerali li ser issir fit-3 ta’ Ġunju, Mons. Charles
Scicluna u Mons. Mario Grech, rispettivament
isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, appellaw
għar-responsabbiltà.
Kitbu: “L-Elezzjoni Ġenerali
hi ġrajja importanti ħafna fil-ħajja tas-soċjetà
Maltija. Se nagħżlu lil min ser nafdaw it-tmexxija ta’
pajjiżna fis-snin li ġejjin”.
Għażla favur il-ġid komuni
L-Isqfijiet sejħu għal “responsabbiltà
serja”
li titlob “li nippreparaw ruħna sew ħalli nagħmlu
deċiżjoni infurmata”. Il-messaġġ ikompi jgħid li
din ir-responsabbiltà
titlob li wieħed jagħraf “quddiem Alla dak li hu
veru u xieraq”, u allura jagħżel “dak
li hu tassew għall-ġid komuni u għal soċjetà
ġusta”.
Niddefendu l-ħajja u dinjità
tal-bniedem
“Il-vot
tagħna”
- tisħaq il-Knisja ta’ Malta - “hu
tweġiba għad-domanda: x’tip ta’ soċjetà
rridu għalina lkoll u
għall-ġenerazzjonijiet futuri?”.
It-tweġiba titlob
li nagħżlu “persuni ta’ għaqal
u
integrità,
li jgħożżu u jħaddnu l-valuri etiċi li
nemmnu fihom”,
fosthom dak ewlieni
“tal-ħarsien
tal-ħajja umana mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha
sat-tmiem naturali tagħha”
flimkien “mar-rispett lejn
id-dinjità
ta’ kull persuna”.
Fl-aħħar tal-messaġġ l-isqfijiet jappellaw
għall-parteċipazzjoni ċivika fl-elezzjoni u jħeġġu
għad-“djalogu” u “għar-rispett
kbir lejn il-verità
u lejn xulxin,
ukoll lejn min jaħsibha differenti minna”.
Attenzjoni
għall-ħarsien tal-Ħolqien
Dejjem b’tħejjija għall-elezzjoni
ġenerali, il-Kummissjoni għall-Ambjent fi ħdan il-Knisja
Kattolika, ħarġet ukoll dokument. Fih hi titlob
lill-kanditati biex “ma jagħmlux wegħdiet li mhumiex
sostenibbli li mbagħad jispiċċa jbati minnhom kulħadd,
b’mod speċjali dawk l-aktar vulnerabbli”.
Id-dokument li xxandar mill-aġenzija Sir, ikompli jgħid:“Nagħmlu
appell lill-partiti biex jimpenjaw ruħhom fil-qasam
tal-ambjent bil-fatti, b’liġijiet u b’policies li ma
jħallu ebda lok għall- abbużi”.
Tnaqqis fil-ħela ambjentali
Fid-dokument wieħed isib għoxrin rikjesta
dettaljata, fosthom per eżempju,
is-setgħa
għad-dritt ta’ veto lill‑awtorità
nazzjonali tal-ambjent
u
lil dik għall-patrimonju
kulturali fejn jidħlu l-permessi;
li ssir reviżjoni sħiħa tal-policies u
l-pjanijiet ta’ żvilupp; li tiġi adattata policy dwar
il-kontroll tal-ħsejjes; li jkun hemm policy biex
jitnaqqas il-ħela tad-dawl.
M’għandhomx jintesew il-ħtiġijiet
abitattivi
Id-dokument jitlob li l-parlamentari
jiddikjaraw bil‑miktub
“il-pożizzjoni
li jkollhom f’kumpaniji jew intrapriżi privati”
u li jsir studju annwali dwar il-ħtiġijiet abitattivi.
Fih hemm ukoll analiżi tal-proposta li tinbena mina
bejn Malta u l-gżira ta’ Għawdex, flimkien ma’ appell
biex ikunu kkunsidrati u evalwati alternattivi oħra
permezz ta’ konsultazzjoni publika u studji li
jikkunsidraw l-impatt ekonomiku u ambjentali.
Il-kummissjoni temm tgħid: “Il-patrimonju tagħna huwa
fraġli, imma huwa wkoll riżorsa ekonomika, u l-ħarsien
tal-ambjent huwa importanti għas-saħħa fiżika u mentali
tan-nies”.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Vivienne Attard.
|