L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

Ġabra ta' kwotazzjonijiet dwar il-Qrar  ...

 

Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.

Ġwanni 20:21-23

 

Ħudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li taħfrulhom dnubiethom ikunu maħfura, u dawk li żżommuhomlhom ikunu miżmuma.

Ġwanni 20:21-23

 

Jibqgħu weħidhom huma t-tnejn: il-miżerja u l-miżerikordja.

Santu Wistin ta’ Ippona

 

Dawk li jersqu għas-Sagrament tal-Penitenza jirċievu mill-ħniena ta’ Alla l-maħfra għall-offiżi li jkunu għamlulu u minnufih jiġu ukoll rikonċiljati mal-Knisja li huma jkunu darbu bi dnubiethom, u li, permezz tal-imħabba, tal-eżempju tajjeb, u tat-talb, tħabrek għall-konverżjoni tagħhom.

Konċilju Vatikan II, Lumen gentium, nru 11

 

Id-dnub hu qabel xejn offiża lil Alla, ksur tar-rabta tagħna miegħu. Fl-istess waqt, id-dnub jolqot ukoll ix-xirka tal-Knisja. Għalhekk il-konverżjoni ġġib fl-istess waqt il-maħfra ta’ Alla u r-rikonċiljazzjoni mal-Knisja li tiġi mfissra u sseħħ liturġikament bis-sagrament tal-Penitenza u tar-Rikonċiljazzjoni.

Il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, nru 1440

 

Tibżgħux mill-Qrar! Meta wieħed ikun għadu qiegħed jistenna biex iqerr, iħoss il-mistħija, imma mbagħad meta jtemm il-Qrara, joħroġ ħieles, kbir, sabiħ, maħfur, safi, hieni. Dan hu s-sabiħ tal-Qrar!

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 19 ta’ Frar 2014

 

Hu Ġesù li jinsab hemm, u Ġesù hu wisq itjeb mill-qassisin, Ġesù jilqgħek għandu, jilqgħek għandu b’tant imħabba. Agħmel il-qalb u mur qerr!

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 19 ta’ Frar 2014

 

Is-Sagrament tal-Penitenza, jew Qrar, hu, fil-fatt, bħal “tieni Magħmudija”, li tfakkarna dejjem fl-ewwel waħda biex tibni fuqha u ġġeddidha.

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 13 ta’ Novembru 2013

 

Il-Qrar mhux xi seduta f’kamra tat-tortura, imma festa!

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 13 ta’ Novembru 2013

 

Anki meta l-bieb li l-Magħmudija fetħitilna biex nidħlu fil-Knisja jitbexxaq xi ftit, minħabba fid-dgħufijiet u d-dnubiet tagħna, il-Qrar jiftħu mill-ġdid, għax hu bħal tieni Magħmudija li taħfrilna kollox u ddawwalna biex nimxu ’l quddiem bid-dawl tal-Mulej.

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 13 ta’ Novembru 2013

 

Il-Qrar mhuwiex ġudizzju, iżda laqgħa ma’ Alla li jaħfer u jinsa kull dnub ta’ kull bniedem li ma jagħjiex jitlob il-ħniena tiegħu.

Il-Papa Franġisku, Omelija f’Santa Marta, 23 ta’ Jannar 2015

 

Il-qrar mhuwiex xi magna tal-ħasil biex tneħħi t-tbajja’, imma laqgħa mal-Missier li jgħaqqad, jaħfer u jagħmel festa.

Il-Papa Franġisku, Omelija f’Santa Marta, 23 ta’ Jannar 2015

 

Ejjew nirfsu l-għatba ta’ din il-ħniena ta’ Alla li qatt ma jegħja jaħfer, qatt ma jegħja jistenniena!

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 18 ta’ Novembru 2015

 

Ħa nqiegħdu b’konvinzjoni mill-ġdid fiċ-ċentru lis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, biex jagħtina li mmissu b’idejna l-kobor tal-ħniena.  Dan ikun għal kull penitent għajn ta’ sliem ġewwieni veru.

Il-Papa Franġisku, Bolla Misericordiæ vultus, nru 17

 

Il-konfessuri huma msejħa jkunu dejjem, kullimkien, f’kull sitwazzjoni u minkejja kollox, is-sinjal tal-primat tal-ħniena.

Il-Papa Franġisku, Bolla Misericordiæ vultus, nru 17

 

Fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni Alla jaħfer id-dnubiet, li huma tassew imħassra; madankollu, tibqa’ l-marka negattiva li d-dnubiet ħallew fil-mod kif inġibu ruħna u naħsbu.  Imma l-ħniena ta’ Alla hi aqwa minn dan ukoll.

Il-Papa Franġisku, Bolla Misericordiæ vultus, nru 22

 

Mezz sempliċi li minnu taslilna l-qawwa li tfejjaq huwa s-sagrament tal-Qrar. Meta permezz ta’ dan is-sagrament, il-bniedem iduq il-benna tal-ħniena ta’ Kristu, hu jibda jintebaħ bil-kruha tad-dnub u jibda jħoss l-indiema u jikkonverti!

L-Isqfijiet Maltin, “Kristu Mediċina għall-mard tagħna”, Ittra Pastorali għar-Randan 2016

 

Ħuti, il-wiċċ ta’ Alla huwa wieħed ta’ ħniena, li dejjem għandu l-paċenzja. U din hija l-ħniena tiegħu… Jifhimna. Jistenniena. Jekk nagħrfu nduru lura lejh b’qalb niedma, huwa ma jegħjiex jaħfrilna.

Il-Papa Franġisku, L-ewwel Angelus tiegħu, 17 ta’ Marzu 2013

 

Tinsewhx dan: Il-Mulej ma jegħja qatt jaħfer! Huwa aħna li negħjew, li nitolbu maħfra.

Il-Papa Franġisku, L-ewwel Angelus tiegħu, 17 ta’ Marzu 2013

 

Nistqarr li għalija hi għajn ta’ ferħ it-tifkira ta’ dik il-Qrara tal-21 ta’ Settembru 1953, li tat orjentament ġdid lil ħajti.

Il-Papa Franġisku, Laqgħa mal-Missjunarji tal-Ħniena, 9 ta’ Frar 2016

 

Il-qawwa ħelliesa ta’ dan is-sagrament, fejn l-istqarrija vera tad-dnub tagħna tiltaqa’ mal-kelma ħanina ta’ maħfra u sliem minn għand Alla, jeħtieġ li kull Kattoliku jerġa’ jiskopriha u jagħmilha tiegħu.

Il-Papa Benedittu, Omelija f’Washington, 17 ta’ April 2008

 

Il-Qrar hu t-tieni Magħmudija, il-magħmudija tad-dmugħ.

San Girgor Nazjanzenu

 

Alla dejjem qiegħed hemm qabilna, ilu minn dejjem ifittixna, u hu li jsibna l-ewwel. Forsi xi ħadd minnkom għandu xi jtaqqal lil qalbu u jaħseb: Għamilt hekk, għamilt dan… Tibżgħux! Hu qed jistenniekom! Hu missier: dejjem jistenniena! Kemm hi ħaġa sabiħa li fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni niltaqgħu mat-tgħanniqa ħanina tal-Missier, niskopru l-konfessjonarju bħala l-post tal-Ħniena.

Il-Papa Franġisku, Messaġġ għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016, 15 ta’ Awwissu 2015, 2

 

Il-protagonist tal-ministeru tar-rikonċiljazzjoni hu l-Ispirtu s-Santu.

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 28 ta’ Marzu 2014

 

Niċċelebraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni jfisser li nħallu ddawwarna tgħanniqa kollha mħabba: hi t-tgħanniqa tal-ħniena bla tarf tal-Missier… U jien ngħidilkom: kull darba li aħna mmorru nqerru, Alla jgħannaqna miegħu, Alla jagħmlilna festa! Ejjew nimxu f’din it-triq.

Il-Papa Franġisku, Udjenza ġenerali, 19 ta’ Frar 2014

 

Li nistqarru dnubietna hu don ta’ Alla, rigal, ‘opra tiegħu’ (ara Efes 2:8-10).

Il-Papa Franġisku, Omelija f’Ċelebrazzjoni Penitenzjali, 13 ta’ Marzu 2015

 

Ħadd ma għandu jitħalla barra mill-ħniena ta’ Alla… Kemm hi kbira l-imħabba li biha jħares lejna Ġesù! B’liema mħabba hu jfejjaq il-qalb midinba tagħna! Qatt ma jbeżżgħuh dnubietna. Naħsbu fl-iben il-ħali li, meta jiddeċiedi li jerġa’ lura għand missieru, joqgħod jaħseb x’diskors ħa jagħmillu, imma l-missier bilkemm iħallih jitkellem, jgħannqu miegħu (ara Lq 15:17-24). Hekk jagħmel Ġesù magħna. “Missier, għandi ħafna dnubiet…” – “Imma Hu jkun kuntent jekk int tmur: se jgħannqek miegħu b’ħafna mħabba!  La tibżax”… Ma ninsewx li Alla kollox jaħfer, u Alla dejjem jaħfer. Ejja ma negħjewx nitolbu maħfra

Il-Papa Franġisku, Omelija f’Ċelebrazzjoni Penitenzjali, 13 ta’ Marzu 2015

 

Il-maħfra ta’ dnubietna mhix xi ħaġa li nistgħu nagħtu aħna stess lilna nfusna. Jien ma nistax ngħid: Naħfer id-dnubiet tiegħi. Il-maħfra rridu nitolbuha, nitolbuha lil xi ħadd ieħor, u fil-Qrar nitolbu maħfra lil Ġesù. Il-maħfra mhix frott it-tħabrik tagħna, imma hi rigal.

Franġisku, Udjenza ġenerali, 19 ta’ Frar 2014

 

Il-Qrar ta’ spiss hu ta’ għajnuna kbira. Hu minnu: id-dnubiet tagħna huma dejjem l-istess, imma aħna d-djar tagħna, il-kmamar tagħna nnaddfuhom ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa, anki jekk il-ħmieġ ikun dejjem l-istess; biex ngħixu fl-indafa, biex nerġgħu nibdew mill-ġdid. Inkella, il-ħmieġ, anki jekk ma jidhirx, jibqa’ jinġema’. Xi ħaġa simili nistgħu ngħidu dwar ir-ruħ, dwari nnifsi: jekk qatt ma mmur inqerr, ir-ruħ tiegħi tintelaq u fl-aħħar nibda nidra lili nnifsi kif jien u ma nibqax nifhem li rrid nitħabat biex insir aħjar, li rrid nimxi ’l quddiem. U dan it-tindif ta’ ruħna li Ġesù jagħtina fis-Sagrament tal-Qrar jgħinna biex inżommu l-kuxjenza tagħna dejjem attenta, iżjed miftuħa, u għalhekk, jgħinna wkoll biex nikbru spiritwalment u bħala bnedmin… Hu ta’ għajnuna kbira li nqerru regolarment biex inżommu r-ruħ tagħna nadifa u sabiħa u biex fil-ħajja nibqgħu nikbru jum wara l-ieħor.

Benedittu XVI, Laqgħa kateketika mat-tfal li kienu rċivew l-Ewwel Tqarbina matul is-sena, 15 ta’ Ottubru 2005

 

Ma’ dawk li tiltaqgħu, tistgħu twasslulhom il-ferħ li jħoss min irċieva l-maħfra tal-Missier u sab mill-ġdid il-ħbiberija sħiħa miegħU. U għidulhom li l-Missier tagħna qiegħed jistenniena, il-Missier tagħna jaħfrilna, u iżjed minn hekk, jagħmlilna festa. Jekk int tmur għandU b’ħajtek kollha, anki b’tant dnubiet, flok iċanfrek, jagħmillek festa: dan hu l-Missier tagħna. Dan intom tridu tgħiduh, għiduh lil tant nies, il-lum… nirċievu l-ħniena u nqassmu l-ħniena!

Il-Papa Franġisku, Omelija f’Ċelebrazzjoni Penitenzjali, 28 ta’ Marzu 2014

 

Anki l-Papa jmur iqerr kull ħmistax, għax anki l-Papa hu midneb.

Franġisku, Udjenza ġenerali, 20 ta’ Novembru 2013

 

Hu li jaħfer dnubietek kollha; ifejjaq il-mard tiegħek kollu; jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena.

Salm 103:3-4