L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

KORSIJIET OFFRUTI MILL-FAKULTÀ TAT-TEOLOĠIJA

klikkja ▲

klikkja ▲

klikkja ▲

KULL SENA ...

Kull sena, il-Fakultà toffri wkoll Baċellerat, Liċenzjat jew Dottorat fit-Teoloġija Sagra kif ukoll PhD fit-Teoloġija.


klikkja ►

F’OTTUBRU 2017 ...

- Diploma fl-Istudji Reliġjużi – Dan hu kors isir filgħaxija u hu mifrux fuq sentejn.

- B.A. (Hons) fit-Teoloġija – Dan il-kors jintroduċi lill-istudenti għal diversi aspetti storiċi, dottrinali, bibliċi, etiċi u pastorali tal-Kristjaneżmu. Hu offrut kemm fuq bażi full-time (fuq medda ta’ tliet snin) u kemm part-time (filgħaxija fuq ħames snin). Min jixtieq jistudja t-Teoloġija u suġġett ieħor, jista’ jagħżlu bħala B.A. (Hons) fit-Teoloġija b’Suġġett Ieħor.

- B.A. fit-Teoloġija u l-Istudji Umanistiċi – Dan hu kors fit-Teoloġija, b’doża sabiħa ta’ studju f’oqsma oħra bħall-filosofija, l-istudji reliġjużi, l-psikoloġija u s-soċjoloġija. Hu mifrux fuq tliet snin u jsir matul il-ġurnata.

- M.A. fil-Bioetika – Dan hu kors immirat għal dawk interessati fl-iżviluppi u l-kontroversji relatati mal-ħajja, is-saħħa u l-bioetika. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sentejn ta’ tagħlim filgħaxija, bit-tielet sena ddedikata għall-kitba ta’ teżi).

- M.A. fit-Teoloġija – Dan hu kors għal min hu diġà gradwat fit-Teoloġija u jixtieq jinżel aktar fil-fond permezz tar-riċerka. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sena ta’ tagħlim filgħaxija, u sentejn iddedikati kompletament għall-kitba ta’ teżi).

- M.A. fl-Istudji Reliġjużi – Dan hu kors għal min hu gradwat f’qasam ieħor imma jixtieq jesplora t-Teoloġija u r-rabta bejn il-qasam tiegħu u r-reliġjon. Hu offrut fuq bażi part-time fuq medda ta’ tliet snin (sena ta’ tagħlim filgħaxija, u sentejn iddedikati għat-teżi).


F’OTTUBRU 2018 u 2019

F’Ottubru 2018, il-Fakultà se terġa’ toffri Postgraduate Diploma fil-Pastoral Psychology, kif ukoll Masters fl-Ispiritwalità, Akkumpanjament Spiritwali, Family Ministry, Youth Ministry, Dritt Kanoniku Matrimonjali, u Catholic School Leadership. F’Ottubru 2019, terġa’ toffri l-Master in Business Ethics.

 

AKTAR TAGĦRIF ...

Ċempel fuq 23402767 ...

jew ibgħat email lil theology@um.edu.mt,

jew żur www.um.edu.mt/theology/prospective.

Paġna tal-Facebook tal-Fakultà: www.facebook.com/uom.theology/