L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

Ix-Xhieda ta' Gloria Polo

Ara l-Vidjo - Triumphant Hearts - klikkja hawn ...

 

Ix-Xhieda ta’ Gloria Polo

Wieqfa quddiem il-Missier fil-Ġudizzju

 

Maħruġ minn Radju Marija Malta

Traduzzjoni mill-Ingliż u

Spanjol Antoine Barbara

2016

 

Jingħata bl-awtorizzazzjoni ta’ 

Radju Marija Malta

Ringrazzjament – Yvonne Chircop,

producer fuq Radju Marija Malta


(Ittra awtentika ta’ rakkomandazzjoni

li ġiet maqluba għal Malti mill-Ispanjol)

 

Arċidjoċesi ta’ Bogota 

Bogota, 15 ta’ Frar, 2011

 

Rakkomandazzjoni    

Ippermettuli li nirrakommanda

lid-Dottoressa Gloria Polo,

dentista, li hija appoġġjata minn

diversi komunitajiet reliġjużi

u wkoll lajċi,

biex isiru konxji mill-esperjenza reliġjuża

li biddlet il-ħajja tagħha

kif wkoll li wasslitha biex tħabbar

l-Evanġelju bix-xewqa li tagħmel

magħruf lis-Sinjur Ġesù Kristu

bix-xhieda tagħha u l-messaġġ li tisma’

u tirrifletti fuq il-konverżjoni personali

u pastorali tagħha fil-Knisja Kattolika. 

 

Jien niċċertifika l-preżentazzjoni personali

tad-Dottoressa Polo

u l-manifestazzjoni tax-xhieda tagħha. 

 

Kordjalment 

(ittimbrat)

Mons. Fernando Sabogal Viana 

Isqof Awżiljarju ta’ Bogota


(Ittra awtentika

mill-Parroċċa tas-Salib Imqaddes

fl-Istess

Arċidjoċesi maqluba għal Malti mill-Ispanjol) 

 

Arċidjoċesi ta’ Bogota

Qasam Pastorali u Episkopali

ta’ San Pietru

Parroċċa tas-Salib Imqaddes

Bogota, 13 ta’ Novembru, 2007 

 

Lil min tikkonċerna

Permezz ta’ din l-ittra, jiena hawnhekk niċċertifika li s- Sinjura Gloria Polo, hija persuna ta’ fidi matura li dejjem ħadmet għall-Knisja Kattolika permezz tax-xhieda tagħha, xhieda ta’ ħajja. Huwa ppruvat li għal tmien (8) snin, li matulhom jiena akkumpanjajtha bħala d-direttur spiritwali tagħha, enfasizzat bit-talb u bid-devozzjoni tagħha lil Mulej Ġesù. Jien nirrikonoxxi wkoll il-qdusija tagħha, li b’virtù u trasparenza qiegħda tipproklama lEvanġelju ta’ Kristu l-Mulej.

Jiena wkoll xhud tal-ħidma tagħha fl-evanġelizzazzjoni ġewwa l-Kolumbja u ’l barra mill-Kolumbja, dejjem iggwidata mid-direzzjoni spiritwali, f’ubbidjenza u orjentazzjoni ta’ fidi lejn il-Knisja.

 

(Iffirmat)

Wilson Alexander Mora G. Pbro. 

Parrokku


(Avviz li deher fuq il-media fejn qiegħed isir dikjarament mill-istess Gloria Polo)

 

L-Erbgħa, 16 ta’ Novembru, 2016 Avviz!

Jiena, Gloria Costanza Polo Ortiz, qiegħda niddikjara li jien ma nistax inbigħ jew inqassam xi dokument, video jew awdjo bix-xhieda msemmija minħabba li din mhix proprjetà bi dritt tiegħi imma rigal minn Alla għallumanità. Għaldaqstant jien ma nistax nirċievi ebda ħlas jew kumpens għal dawn id-dokumenti eċċ.

Il-barka ta’ Alla fuqkom. 

 


 

Dan il-materjal jista’ jkun disponibbli għal fuq il-web, artikli tal-istampa, radju u t-televiżjoni, dment li jissemma s-sors ta’ minn fejn ittieħdu. Mhux awtorizzat bejgħ u kiri tal-kontenut jew l-artikli miktubin, awdjo jew video mingħajr eċċezzjoni. Drittijiet kollha riżervati. © 

 

Dott. Gloria Polo. Bogota, Repubblika tal-Kolumbja, 2006.                  

Direzzjoni tajba għal żminijietna.


 

Aqra dan. Mur qerr. Hekk ser inkunu ġġudikati

Ir-ritorn mill-bibien tal-infern ta’ Gloria Polo

Kolumbja, Amerika t’Isfel (South America)

Intervista tad-Dottoressa Gloria Polo minn Radio Maria Kolumbja

Kummenti nnumerati fl-aħħar tat-testimonjanza

Bis-sensja tal-Knisja 

23 ta’ Novembru 2016


 

Ara dettalji dwar il-laqgħa li Gloria Polo se jkollha Malta, Il-Ħadd, 9 ta' April 2017 ...

 

Lura mill-Infern.

 

1.  Ħuti! Kemm hu sabiħ għalija li nkun hawn magħkom naqsam dan ir-rigal prezzjuż li l-Mulej tani aktar minn għaxar snin ilu. (Dan kien flUniversità Nazzjonali tal-Kolumbja f’Bogota.)

Kont qed nattendi għal gradwazzjoni flUniversità, flimkien man-neputi, li wkoll bħali kien dentist. Ir-raġel tiegħi wkoll kien magħna dakinhar. Kellna niġbru xi kotba mill-iskola taddentistrija dakinhar tal-Ġimgħa waranofsinhar. Kienet nieżla xita bil-qliel u n-neputi tiegħi u jien konna qed nistkennu taħt umbrella żgħira. Irraġel kien liebes l-inċirata tax-xita u resaq lejn ilħajt ta’ barra tal-Librerija Ġenerali. Intant, jien u n-neputi ersaqna lejn is-siġar mingħajr ma nnutajna xejn, għajr li niskapulaw l-għadajjar. Kif konna ser naqbżu biex niskapulaw għadira kbira, ħabtet fina sajjetta.

 

2.  Ħarqitna! In-neputi miet hemm fuq il-post. Kien żagħżugħ li minkejja l-età żgħira tiegħu, kien ta lilu nnifsu lil Mulej u kien devot ħafna tal-Bambin Ġesù, dejjem kien iġorr xbieha tal-Bambin Ġesù f’pendent tal-kristall imdendel ma’ għonqu. Skont wieħed mill-investigaturi, is-sajjetta nifded ġewwa fih, ġriet għal qalbu, ħarqitu minn ġewwa u ħarġet minn siequ. Iżda min-naħa ta’ barra ma kienx maħruq.

 

 

3.  Fil-każ tiegħi minflok, is-sajjetta daħlet u ħarqitli ġismi b’mod tal-biża’, minn ġewwa u minn barra. Dan il-ġisem tiegħi li qegħdin taraw hawn, rikostruwit, huwa bil-ħniena tal-Mulej. Is-sajjetta ħarqitni, ħallietni mingħajr sider, u prattikament il-laħam u l-kustilji għabu. L-istonku, sieqi; issajjetta ħarġet minn saqajja l-leminija, il-fwied inħaraq, il-kliewi nħarqu u l-istess il-pulmun.

 

4.  Kont nikkontrolla l-ippjanar tal-familja permezz ta’apparat tar-ramm li kelli fil-ġuf. Għalhekk irramm, konduttur eċċellenti għall-elettriku, ħaraqni, inkluż l-għenuq tal-bajd, tħallejt f’arrest kardijaku, bla ħajja u ġismi beda jaqbeż millelettriku li kien baqa’ fih. Però dan kollu kien ilparti fiżika.

 

5.  L-aktar parti sabiħa hi li waqt li l-ġilda kienet hemm maħruqa, f’dak il-mument sibt lili nnifsi ġewwa mina bajda sabiħa mimlija hena u paċi, ferħ li m’hemmx kliem uman biex jiddeskrivi lkobor ta’ dak il-mument! Il-qofol tal-mument kien immens. Kont ferħana u mimlija hena, xejn ma taqqalni ġewwa din il-mina. Fit-tarf tal-mina rajt bħal xemx, dawl mill-isbaħ. Jien insejjaħlu abjad biex insemmi kulur għaliex l-ebda kulur fl-

art ma jaqbel ma’ dak id-dawl tant sabiħ. Ħassejt is-sors tal-imħabba kollha, dik il-paċi kollha.

 

 

6.  Kif kont tiela’rrealizzajt li kont mitt. F’dak il-waqt ħsibt dwar uliedi u għidt: “O Mulej it-tfal tiegħi! X’se jgħidu? Din l-omm tant imħabbta qatt ma kellha ħin għalihom!” Hemm kien il-mument meta rajt ħajti verament u qabduni dwejjaq. Tlaqt mid-dar biex nittrasforma lid-dinja, u ma stajtx nieħu ħsieb lil uliedi u dari.

 

7.  U f’dak il-waqt ta’ vojt għal uliedi, ħarist u rajt xi ħaġa sabiħa: ġismi ma kienx f’dan iż-żmien jew post. Rajt lil kulħadd f’salt, fl-istess ħin, kemm ilħajjin kif ukoll il-mejtin. Għannaqt lill-bużnanniet u lill-ġenituri li kienu mietu. Għannaqt lil kulħadd, kien mument sabiħ u qawwi. F’dak ilħin irrealizzajt li kienu daħqu bija meta xi snin qabel kienu ġegħluni nemmen fir-riinkarnazzjoni, u li dan it-twemmin kont ukoll niddefendih. Kont qed nara lin-nannu u lillbużnanna kullimkien. Iżda huma għannquni, iltqajt magħhom mill-ewwel, ħaddnuni u ħaddant lin-nies kollha li xi darba matul ħajti kont iltqajt magħhom, kullimkien, fl-istess ħin.

 

 

8.  Meta għannaqt lil binti, beżgħet. Kellha disa’ snin, ħasset it-tħaddina tiegħi. Ma kienx għadda żmien f’dak il-mument tant sabiħ, barra minn ġismi, ma kontx qed nara bl-istess mod li kont nara qabel, fejn kont nagħti kas biss min kien oħxon, irqiq, ta’ ġilda skura jew ikrah, dejjem bi preġudizzju. Issa barra minn ġismi bdejt nara nnies minn ġewwa. Xi ġmiel li tara lin-nies minn ġewwa, kont nara l-ħsibijiet, x’inhuma jħossu. Ħaddanthom mill-ewwel u bqajt tiela’ u tiela’, mimlija ferħ. F’dak il-punt ħassejt li kont ser nara veduta ta’ ġmiel, xmara straordinarja ta’ ġmiel.

 

9.  F’dak il-mument smajt leħen żewġi. Ir-raġel tiegħi kien qed jibki, biki profond, għajjatli u qalli:“Gloria, jekk jogħġbok titlaqnix! Gloria erġa’ lura! It-tfal Gloria, iċċedix!” U f’dak il-mument tajt ħarsa u rajt mhux biss lilu iżda lilu jibki b’uġigħ kbir. U l-Mulej ħallieni biex niġi lura, għalkemm ma ridtx. X’hena... x’paċi u ferħ!

10.  Imbagħad bdejt nieżla bil-mod biex insib ġismi, fejn sibt lili nnifsi bla ħajja. Ġismi kien fuq strecher fiċ-ċentru tal-mediċina fil-Kampus. Rajt kif it-tobba bdew jagħtuni x-xokkijiet tal-elettriku biex iqajmuni mill-arrest kardijaku li kont fih. Bqajna hemm mindudin għal sagħtejn u nofs sħaħ. Ma setgħux iqajmuna għaliex ġisimna kien għad baqa’fihom kurrenti tal-elettriku. Meta dak l-elettriku finalment waqaf, hemm it-tobba setgħu jassistuna u bdew ir-risuxxitazzjoni; mod kif jipprovaw jerġgħu jdaħħlulna n-nifs f’ġisimna. Poġġejt saqajja hawn, f’din il-parti ta’ rasi u ħassejt spark li ġibidni bis-saħħa għal ġewwa. Erġajt dħalt f’ġismi. Kien ta’ wġigħ biex nerġa’ lura għax l-ispark beda ħiereġ minn ġewwa fija minn kullimkien. U rajtni noqgħod ġo xi ħaġa tant żgħira. Il-ġilda kienet tuġagħni, kienet maħruqa u kienet tweġġa’ ħafna. Fwar u duħħan kien għadu ħiereġ ukoll minni.

 

11.  L-aktar uġigħ orribli kien dak tal-vanità tiegħi. Kont mara tad-dinja, mara eżekuttiva, intellettwali, studjuża, skjava ta’ ġismi, tassbuħija u tal-moda. Kont nagħmel erba’ sigħat kuljum eżerċizzju fiżiku. Kont skjava biex ikolli figura sabiħa: messaġġi, terapija, dieti u dak kollu li tista’ timmaġina, dik kienet ħajti, skjava tar-rutina biex ikolli figura sabiħa. U kont ngħid jekk għandi sider sabiħ ta’ min jurih, m’hemmx raġuni f’li naħbihom! L-istess kien għal saqajja, għax kont naħseb li għandi sider u saqajn sbieħ. Iżda f’waqt wieħed rajt b’biża’ kbir kif kont qattajt ħajti nieħu ħsieb lil ġismi. Dan kien iċċentru ta’ ħajti; l-imħabba tiegħi lejn ġismi, Iżda issa ma kienx hemm ġisem, sider: toqob orribli biss. Partikularment is-sider tax-xellug kien prattikament sparixxa. Saqajja kienu l-agħar; toqob mingħajr ġilda, maħruqin u msewdin.

Minn hemm konna trasferiti lejn l-isptar, fejn malajr ħaduni lejn is-sala tal-operazzjonijiet u bdew joborxu l-ġilda maħruqa.

 

12.  Meta kont taħt il-loppju erġajt ħriġt minn ġismi. Kont qed nara x’kienu qed jagħmlu l-kirurgi. Kont qed ninkwieta għal saqajja. F’salt wieħed għaddejt minn mument orribli. Kont Kattolika tal-iskossi jew tal-isem ħajti kollha. Ir-relazzjoni tiegħi mal-Mulej kienet ta’ 25 minuta kull nhar ta’ Ħadd għal Quddies, fejn l-iqsar kienet lomelija, għax ma kontx niflaħ nissaporti aktar tul ta’ ħin. Dik kienet ir-relazzjoni tiegħi mal-Mulej. L-irwiefen tad-dinja kienu jperpruni bħal pinnur. Fil-fatt, meta kont l-università, darba smajt qassis jgħid li l-infern ma jeżistix u lanqas ixxjaten. Dik kienet l-unika ħaġa li żammitni filKnisja. Meta qaluli li x-xitan ma jeżistix kont ħsibt li kollha kemm aħna konna sejrin il-Ġenna, irrelevanti min konna. Dik begħditni kompletament mill-Mulej. Il-konverżazzjonijiet kienu ħżienu għaliex id-dnub ma kienx biss  ġewwa fija. Kont bdejt ngħid lil kulħadd li xxjaten ma jeżistux u kienu jivvintawhom ilqassisin u kienu manipulazjonijiet. Meta kont inkun ma’ sħabi tal-iskola kont bdejt ngħid li Alla ma jeżistix u li aħna lkoll konna biss prodott talevoluzzjoni.

 

13.  Iżda lura f’dak il-mument fil-kamra taloperazzjonijiet, kont vera mbeżżgħa, bdejt nara x-xjaten ġejjin għalija u jien kont il-ħlas tagħhom. F’dak il-mument rajt ħafna nies ħerġin mill-ħitan tal-kamra tal-operazzjonijiet. Għall-ewwel kienu jidhru normali, iżda b’ħarsa ta’ mibegħda fuq wiċċhom, dehra orribli. F’dak il-mument b’għarfien speċjali li ġie mogħti lili dak il-ħin, irrealizzajt li kont obbligata lejn kull wieħed minnhom. Irrealizzajt lid-dnub ma kienx bla ħlas, kull għemil faħxi u gideb tax-xitan kien biex aħna ngħidu li ma jeżistix, u  rajthom kif kienu ġejjin għalija. Tista’ timmaġina kemm kont imbeżżgħa. Dan il-moħħ xjentifiku u intelletwali ma kien jiswieli xejn. Qbist minn mal-art għal ġo ġismi, biex nipprova nerġa’ nidħol fih, iżda ġismi ma bediex iħallini. Ħrabt u m’iniex ċerta meta għaddejt mill-ħitan tal-kamra, kont qed nispera li nistaħba f’xi kuritur fl-isptar iżda spiċċajt naqbeż fl-arja.

 

14.  Għaddejt minn mini li jwasslu ’l isfel. Għal bidu kienu qishom toqob ta’ xehda tan-naħal imdawwal, kien hemm ħafna nies. Iżda bdejt nieżla u d-dawl beda jonqos, bdejt interraq f’dawn il-mini fi dlam ċappa. Dak id-dlam ma kellux paragun. L-aktar dlam imdallam li kien jikkaġuna wġigħ, biża’ u mistħija u jinxtamm jinten ħafna. Waqaft nieżla dawk il-mini u żbarkajt iddisprata f’post ċatt. Qabel kont ngħid

li kont soda daqs il-ħadid u li xejn ma kien ħafna għalija. Iżda issa dan il-kuraġġ kien għalxejn hawn, xtaqt nixxabat u nitla’ minn dan il-post iżda ma stajtx. F’dan il-punt rajt ħalq kbir jinfetaħ minn mal-art u ħassejt vojt immens f’ġismi, abbiss bla qiegħ. L-aktar ħaġa orribli dwar din it-toqba kien li lanqas farka millimħabba ta’ Alla ma kienet tinħass, lanqas qatra tama. It-toqba kompliet tiġbidni’l isfel u ħassejtni mwerwra.

 

15.  Kont naf li jekk se ninżel hemm, ruħi kienet tmut. F’nofs dak l-orrur kif kont qed ninġibed ’l isfel, kont maħtufa minn saqajja. Ġismi kollu kien daħal f’dik it-toqba, għajr għal saqajja, li kienu qed jiġu miġbuda minn fuq. Kien ta’ wġigħ kbir u mumenti orribli. L-ateiżmu tiegħi ġie mitfuħ bħal f’ġenb tat-triq. Bdejt ngħajjat għall-erwieħ talpurgatorju biex jgħinuni noħroġ minn hemm. Kif bdejt ngħajjat bdejt inħoss uġigħ qawwi għax irrealizzajt li eluf u eluf ta’ nies kienu hemm, laktar żgħżagħ. Kien ta’ qsim il-qalb meta smajt it-tehżżiż tas-snien, twerżiq orribli u tnehid li regħedni. Domt snin twal biex ninkorpora dan il-mument għaliex kont nibki kull darba li niftakar f’dik ittbatija li kienu qegħdin isofru. Irrealizzajt li hemm kienu jispiċċaw mill-ewwel in-nies li kienu f’disperazzjoni u li b’hekk ikkomettew suwiċidju. Iżda l-aktar ħaġa terribli u ta’ turment kien innuqqas ta’ Alla. Alla ma setax jinħass hemm.

 

16.  F’nofs dan l-uġigħ, bdejt inwerżaq:“min għamel dan l-iżball? Jien prattikament qaddisa! Qatt ma sraqt, qatt ma qtilt, tmajt lil foqra, tajt trattamenti tas-snien (għax jien dentista) lil min ma kellux flus. X’jien nagħmel hawn? Mort ilquddies il-Ħdud, allavolja kont inqis lili nnifsi atea. Ma tliftx aktar minn ħamest Iħdud matul ħajti kollha. Dejjem mort il-quddies, x’jien nagħmel hawn? Jiena Kattolika, jekk jogħġbok

jien Kattolika, oħorġuni minn hawn!”

 

 

17.  Filwaqt li kont qed inwerżaq dwar li jien Kattolika, rajt dawl żgħir. Irrid ngħid illi kull sinjal ta’ dawl meta jkun id-dlam ikun apprezzat ħafna... anzi rigal nista’ ngħid. Minn dik it-toqba rajt bħal donnu taraġ u hemm rajt lil missieri, li kien miet ħames snin qabel, u li dan kellu miegħu dawl kemxejn baxx. Madwar erba’

tarġiet ’il fuq minnu rajt ukoll lil ommi li din iżda kellha madwarha ħafna iktar dawl minn missieri.

Ommi kienet f’qagħda ta’ ġabra u talb.

 

18.  Hekk kif rajthom imtlejt bil-ferħ. Infexxejt insejħilhom: “ma... pa... oħorġuni minn hawn nitlobkom!” Meta huma ħarsu lejja, missieri niżżel ħarstu lejja u stajt nara kemm tbatija ħassew għalija. F’dak il-post tista’ tħoss it-tbatija u l-ħtiġijiet tan-nies. Hawn missieri beda jibki u filwaqt li għafas moħħu bejn idejh qal: “binti... binti!” Ommi kienet qiegħda titlob u stajt ninduna li ma setgħu jagħmlu xejn għalija għajr li jaqsmu t-tbatija miegħi.Hawn erġajt bdejt nissupplikalhom biex jeħilsuni minn hawn u għajjat: “jien Kattolika! Min ħa dan l-iżball? Oħorġuni minn hawn!” Waqt dan l-għajjat tiegħi, smajt vuċi mill-iktar ħelwa, vuċi li regħditni minn ġewwa meta smajtha. F’dak il-ħin, waqgħet bħal paċi u mħabba kbira u dawk il-kreaturi kollha ħarbu għax ma kinux jifhmu x’inhuma l-paċi u limħabba. U l-paċi fija kompliet tikber hekk kif ilvuċi qaltli: “kollox sewwa, la int Kattolika għdili lKmandamenti tal-Liġi ta’ Alla.

 

 

19.  Hawn ħassejt falliment! Kont naf li kienu għaxra imma xejn iktar. X’kont ser nagħmel? Ommi dejjem kellmitni fuq dak l-ewwel Kmandament tal-imħabba. Fl-aħħar irnexxieli... għaliex ittagħlim ta’ ommi ħalla l-frott. Hawn ridt nirrepeti l-kliem ta’ ommi. Ma stajtx nagħmel kif nagħmel is-soltu fid-dinja; li niddefendi lili nnifsi u niġġustifika dak li nagħmel... tajjeb u ħażin.

Għalhekk tennejt : “Ħobb lil Alla fuq kollox u kulħadd u lil għajrek bħalek innifsek.” Imbagħad smajt il-vuċi li qaltli: “ Kollox sewwa, u int ħabbejthom dawn?” Jien weġibt li iva iżda mbagħad smajt: “Le!” Kien hawn li hassejt ilqawwa tax-xokk tas-sajjetta u rajt ukoll il-marka li kienet għamlitli.

 

20.  “Le, int ma ħabbejtx lil Alla fuq kollox u kulħadd u lanqas lil għajrek bħalek innifsek! Int għamilt alla ieħor għalik, użajtu biss għal kumdità tiegħek bħal biex jgħinek fl-istudji tiegħek, fin-nuqqas ta’ flus u hawn infakkrek f’kemm-il darba għamilt ħin twil titlob għall-ħtiġijiet tiegħek biss, u anke xi rużarju. Dik kienet ir-relazzjoni tiegħek ma’

Alla!”

 

21.  Iva, dan kien minnu... din kienet ir-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Ikolli nammetti li kont noffri rrużarju jew xi talba u tagħha kont nistenna lura xi favur, u ġieli anke għal flus tlabt. Tabilħaqq, hekk kif iggradwajt u għamilt isem għalija nnifsi, lil Alla bdejt narah żgħir wisq f’għajnejja u kont naħseb li jien kont ngħaddi mingħajru. Qatt ma naf li bqajt inkellmu, lanqas l-iċken grazzi filgħodu malli nqum... ta’ dan il-jum ġdid... ta’ saħħti... ta’ saħħet uliedi u tas-saqaf fuq rasi. Lanqas bqajt inħoss għal dawk bil-ġuħ jew bla dar... xejn! Bla gratitudni!

 

22.  Il-vuċi kompliet: “Barra dan, int tant baxxejt lil Alla li fdajt xortik f’idejn l-istilel u l-astroloġija! Tmexxejt mid-duttrini tad-dinja. Kont taħseb li meta tmut terġa’ tqum u terġa’ tibda mill-ġdid. Insejt il-grazzja... insejt li l-Mulej fdiek bl-istess

demmu!”

 

 

23.  Imbagħad tawni eżerċizzju fuq l-għaxar Kmandamenti. Urewni li jien kont ħabbejt lil Alla bil-kliem biss, imma fir-realtà kont adurajt lil Satana. Din kienet tal-mistħija. Raw kif kont ibbażajt l-għaxar Kmandamenti. Urewni lil min żammejt bħala alla, urewni li kont ngħid li nħobb lil Alla imma mbagħad kont ferm ’il bogħod minnu, urewni li kont ngħid li ma kontx atea imma fl-istess nifs kont insib xi ngħid f’kulħadd... nikkritika lil kulħadd... nippunta subgħajja lejn kulħadd. Hawn urewni wkoll l-għira li kelli ġewwa fija u kemm ma kelli gratitudni lejn xejn u ħadd. Urewni kif ma kontx grata lejn il-ġenituri tiegħi, wara s-sagrifiċċji li għamlu biex bagħtuni skola tajba. U hawn ukoll, hekk kif gradwajt bdejt narahom żgħar wisq! Bdejt nistħi nistqarr min hi ommi minħabba li kienet fqira u umli.

 

24.  Imbagħad urewni min jien bħala mara miżżewġa. Min kont jien? Persuna li ngerger għal kull xejn. Żewġi kien sikwit jgħidli ‘l-għodwa t-tajba’ imma jien fil-pront kont inwieġbu: “Tajba? Tajba meta barra nieżla x-xita!” Kont ingerger ukoll għal uliedi. Urewni wkoll li qatt ma kelli rispett lejn sħabi u lejn ħuti subien u bniet. Il-Mulej weġibni fejn qalli li jien ma kellix kompassjoni lejn ilmorda u li qatt ma għamiltilhom kumpanija fissolitudni tagħhom. Ukoll li qatt ma wrejt l-iċken ħsieb lejn l-iltiema u lejn tfal batuti. Kelli qalbi tal-ġebel. U fl-eżerċizzju tal-għaxar Kmandamenti ma kelli l-ħila nġib ebda tweġiba tajba.

 

 

25.  Kienet terribbli u devastanti... kaos totali!

Stagħġibt; kif ma kinux qaluli li qtilt ukoll?

 

26.  Kien hemm żmien fejn kont xtrajt xi oġġetti talmerċa għal xi nies fil-bżonn, però dan niftakar li kont għamiltu biex nidher ta’ twajba u mhux għax kont imqanqla mill-imħabba lejn min hu filbżonn. Kont persuna li kapaċi nimmanipula linnies.

 

27.  Kieku stajt kont ngħid lil dawn in-nies fil-bżonn: ‘ħudu din il-merċa imma morruli għal-laqgħa li għandi fl-iskola tat-tfal għaliex jien m’għandix ħin nattendi. U huwa dan li xtaqt min-nies... nagħtik biex tagħtini... jew fi kliem ieħor, nixtrik. U biex ma nsemmix ukoll kemm kont nieħu gost bit-tifħir u l-ammirazzjoni tan-nies. Ħassejtni għolja.

 

28.  Imbagħad qaluli: “Int kellek alla u dan huwa lflus! U minħabba l-flus ser tieħu l-kundanna! Minħabba l-flus għereqt fl-abbiss u ddistakkajt ruħek mill-Mulej.

 

29.  Jiena kont persuna sinjura imma ġejt fi stat ta’ falliment u mingħajr flus. Imbagħad, meta saħqu miegħi l-flus kienu għalija alla ieħor jien tnehidt: ‘xi flus huma? Hemm fid-dinja tgħidx kemm dejn għandi!’

 

30.  Meta mbagħad kellmuni fuq it-tieni

Kmandament, ftakart kollni niket meta bħala tifla żgħira kien jogħġobni l-gideb u dan biex naħrab minn xi kastig żgħir li kienet tagħtini ommi. Kien hemm li bdejt il-mixja ma’ missier il-gideb

(Satana) u sirt giddieba. Iktar ma dnubieti kibru, il-gideb tiegħi kiber ukoll. Kont naf li għal ommi, Alla kien kollox u hawnhekk bdejt nuża l-arma tal-ħalf. Kont ngħidilha: “Mamà, naħlef fuq Alla,” u b’hekk kont neħles minn dawk il-kastigi żgħar. Kienet temminni! Immaġinaw dak il-gideb kollu... kelli l-ħila ngħattih bl-isem qaddis ta’ Alla. Dak kien il-ħmieġ li kont fih.

Ħuti, jien tgħallimt li l-kelma ma tmurx lura vojta. Meta kont nillatika ma’ ommi, biex temminni kont ngħidilha: “Ma, jekk qed nigdeb, jalla tolqotni sajjetta!” Għalkemm dan il-kliem maż-żmien beda jnaqqas, hija għall-ħniena t’Alla li jiena qiegħda hawn għaliex sajjetta kellha tolqotni u taħraqni.

Urewni li għalkemm sejjaħt lili nnifsi Kattolika, qatt ma żammejt kelmti u użajt l-isem qaddis ta’ Alla fil-batal.

 

31.  Beżżagħni l-fatt li meta l-Mulej għadda, dawn ilkreaturi tal-biża’ mielu quddiemu u tawh qima.

Rajt lill-Verġni Mbierka għarkupptejha quddiem Alla titlob għalija bi ħrara, iżda jien bqajt niġġustifika lili nnifsi li jiena mara tajba! Bqajt neħodha ma’ Alla.

 

32.  Kienet diffiċli immens li nagħti ġieħ lil jum ilMulej... il-Ħadd. Il-vuċi iżda fakkritni kemm-il siegħa kont ngħaddi ħin kuljum nieħu ħsieb ilfigura tiegħi u għal kuntrarju, f’ġurnata ma kontx nitlob għal imqar għaxar minuti jew ngħid grazzi lil Alla ta’ kulma jagħmel miegħi! Fakkritni wkoll f’dawk id-drabi li tħajjart nibda nitlob xi Rużarju imma hawn ukoll kelli xi jtellifni. Dan għaliex biex ngħid posta Rużarju, kellu jkun waqt xi reklami, matul is-soapoperas li kont nara. Urewni wkoll kemm kont ingrata lejn Alla u fakkruni fl-iskużi li kont ngħid lil ommi meta ma kontx irrid immur nisma’ Quddiesa: “Mamà, għalfejn għandi mmur Quddiesa meta Alla jinsab kullimkien!?” Sintendi, din il-frażi kienet konvenjenti għalija li ngħidha. Il-vuċi fakkritni li Alla ħa ħsiebi 24 siegħa kuljum meta jien lanqas biss ftakart fih għallinqas darba f’ġimgħa, il-Ħadd... biex nirringrazzjah; nuri gratitudni u mħabba, u fuq kollox insostni lillistess ruħi. Minflok iżda, ħadt ħsieb tajjeb ta’ ġismi, fejn lanqas l-iċken ħaġa ma kont ninsa nagħmel. Iva, lil ruħi qatt ma tmajtha bil-kelma t’Alla għax kont naħseb li l-Kelma tagħmilli lħsara... tbellahni!

 

33.  Is-Sagramenti tlaqthom kollha. Kont ngħid li ma rridx naf bi qrar u ma mmurx quddiem dawk ilqattgħa saċerdoti xjuħ li kienu ferm agħar minni fi ħtijiethom. Kien komdu għalija li ma nersaqx inqer, l-iktar meta kont mgħaddsa fil-ħmieġ taddnub. Kien l-għadu li ġegħlni nitlaq il-qrar u kien hemmhekk li seraqli l-bjuda u s-serħan ta’ ruħi, għaliex kull darba li kont nidneb kien ikolli prezz għoli xi nħallas. Iva, minflok is-safa ta’ qalbi kien ipoġġi it-tbajja’ li jġorr miegħu; it-tbajja’ taddlamijiet. Mill-Ewwel Tqarbina tiegħi lil hawn, qatt ma kont għamilt qrara tajba u minn dak iżżmien ’il hawn, lil Alla rajtu mingħajr ħtieġa. Innuqqas ta’ fehma f’ħajti laħqu sal-punt li kont nirribella; nisfida. Għaliex Sagrament Imqaddes? Kif jista’ Alla jinbidel f’loqma ħobż? Is-saċerdoti misshom jagħtu dilka ta’ karamell fuq dik l-ostja, forsi tieħu togħma tajba! Dan kien il-kliem li kelli matul din ir-ribelljoni. Din kienet ir-relazzjoni tiegħi ma’ Alla.

 

34.  Minbarra li ma kontx nagħti kas ta’ ruħi, biex nagħmilha agħar kont insib xi ngħid fis-saċerdoti nixtieqkom taraw kemm batejt fuqha din! Forsi għaliex minn mindu kont żgħira, kont nisma’ kliem ta’ disprezz kontriehom fil-familja, l-iktar minn missieri li kien jgħid li dawn kienu jħobbu n-nisa, u sinjuri iżjed minna. 

 

35.  Il-Mulej qalli: “Għaliex qed tgħolli lilek innfsek bħal Alla u qiegħda tiġġudika lil dawk li jiena ħtart? Huwa bħalek uman u l-qdusija tiegħu tinbena u tissaħħaħ bil-komunità ta’ madwaru li jitolbu għalih u jieqfu miegħu. Meta saċerdot jidneb, il-komunità tiegħu għandha tiġi interrogata u mhux hu.” Il-Mulej urieni li kull darba li kont ngħid kontra s-saċerdoti, numru kbir ta’ xjaten kienu jinġibdu lejja. Barra dan, darba kont xerridt qlajja’ fuq saċerdot li kien omosesswali. Ma tistgħux timmaġinaw kemm ħsara kont għamilt!

 

36.  Fuq ir-raba’ Kmandament: ‘agħti ġieħ lil missierek u lil ommok’, bħalma diġà għidt, ilMulej urieni kemm kont bla rispett lejhom. Kont ingerger li ma kinux jagħtuni bħalma kellhom ħbiebi. Qatt ma apprezzajt dak li għamlu għalija u wasalt sal-punt li għidt li lil ommi ma kontx nafha iżjed. Dan għidtu minħabba li ommi ma kinitx tal-livell tiegħi. Huwa terribbli li tara, jew juruk, kif mara bħali, mingħajr Alla f’ħajjitha, tista’ teqred dak kollu li jersaq qrib tagħha. U lagħar parti minn dan kienet li jien kont naħseb li kont nagħmel kollox tajjeb! Hawn il-Mulej reġa’ wrieni meta jien ħsibt li kont nonora dan ilKmandament, għaliex darba ħallast lit-tabib u xi mediċina meta l-ġenituri kienu ma jifilħux. Iva... niftakar meta kont nimmanipulahom bil-flus. Ħadt vantaġġ fuqhom; irfist fuqhom għaliex bilflus li kelli ħassejtni qisni xi alla. U taf xi jweġġa’ l-iktar... li nara lil missieri jibki għaliex għalkemm huwa kien missier tajjeb; li għallimni naħdem u nirsisti bl-onestà, nesa jgħallimni li jien kelli ruħ x’nieħu ħsieb, nesa jagħtini xhieda bl-eżempju tiegħu. Kien għalhekk li ħajti bdiet tegħreq.

 

37.  Kont inħares lejn missieri b’uġigħ, meta kont naf li kellu diversi nisa. Kien jieħu gost jgħid lil ommi u lin-nies li hu kien tabilħaqq veru raġel għaliex kien imur tajjeb ma’ bosta nisa. Barra dan kellu lvizzju tax-xorb u sigaretti bla rażan iżda ma kienx jarahom bħala vizzju iżda bħala virtù! Kont nirrabja nara lil ommi tibki waqt li hu kien isemmi nisa oħra. Kienet din ir-rabja li mexxietni lejn il-bruda spiritwali. Kont inweġġa’ meta kien jirredikola lil ommi quddiem in-nies. B’ribelljoni kbira, jien kont ngħid lil ommi li la nikbar qatt ma nkun bħalha; bla ħtieġa, bla suċċess u dinjità. Kont ngħid lil missieri li għal kuntrarju ta’ ommi, jien ma kontx sejra nħalli lil ebda raġel jumiljani bl-istess mod li  hu għamel lil ommi. Jekk raġel ma jkunx fidil lejja, jien kont lesta li nagħtih dak li ħaqqu! Għal dan il-kliem kien isawwatni u jisfidani. Kien tabilħaqq stinat. Kont ngħidlu li lanqas jekk joqtolni bis-swat, ma nippermetti li żewġi fil-futur ma kien ser jikkalpestani. U dan biex l-irġiel kollha jagħrfu li n-nisa jbatu meta lirġiel jitrattawhom ħażin.

 

Kont nitlob lil ommi biex tissepara minn miegħu, minkejja l-fatt li lilu kont inħobbu wkoll. Ma kienx jitħoqqilha raġel bħalu! Tlabtha turi ddinjità tagħha, biex hu jinduna s-siwi tagħha. Qed taraw, minflok li pprovajt nirranġa l-ħsara ħeġġiġt għad-divorzju!

 

Niftakar lil ommi tgħidli: “Le binti, għalkemm inweġġa’, jien qatt ma ser nagħmel dan. Ngħix sagrifiċċju għalikom is-seba’ wliedi. Fl-aħħar millaħħar, missierkom mhux raġel ħażin u jien ma rridx inċaħħadkom minn dan missierkom. U jekk nitilqu, min ser jitlob għas-salvazzjoni ta’ ruħu?! Jien biss binti nista’ nagħmel dan, għaliex issofferenzi tiegħi u l-uġigħ li jweġġagħni ngħollih u ngħaqqdu mal-istess tbatija li Ġesù kellu fuq issalib. Binti, jien kuljum nitlob lil Alla u ngħidlu li dan l-uġigħ tiegħi ma huwa xejn ħdejn dak li ħass Ibnek fuq is-salib u għaldaqstant nitolbok salvali

lil żewġi u lil uliedi!”

 

38.  Din il-ħaġa ma stajtx nifhimha. Ir-rabja ħakmitni u biddlitli ħajti. Sirt ribelluża u ġietni x-xewqa li niddefendi lin-nisa. Bdejt naqbel u niddefendi labort, il-koabitazzjoni u d-divorzju. Iva, kont favur l-għajta ta’ ‘għajn b’għajn u sinna b’sinna! Qatt ma kont infidila iżda nista’ ngħid li weġġajt ħafna nies bil-pariri iebsa tiegħi.

 

39.  Meta ġejna għal ħames Kmandament, il-Mulej urieni li kont fl-assassinju u li jien kont għamilt wieħed mill-agħar affarijiet f’għajnejH; l-abort. Ilflus tawni l-qawwa li ngħin diversi nisa biex jabortixxu, u dan għaliex jien kont ngħid li l-mara għandha d-dritt li tagħżel jekk tridx issir omm jew le. Weġġajt meta fil-Ktieb tal-Ħajja ġejt murija tfjala ta’ erbatax-il sena li kienet abortiet għaliex jien kont ħeġġiġtha tagħmel dan. Meta xi ħadd ikun mimli bil-valenu ġewwa fih, xejn iktar tajjeb fih innifsu ma jifdallu! Dak kollu li jersaq lejh, kollox ikun maħmuġ.

 

Kien hemm dawn il-bniet, tlieta minnhom neputijiet tiegħi, it-tfal t’oħti u oħra li kienet tkellem lin-neputi tiegħi. Ommijiethom kienu jibagħthom għandi d-dar. Jien kont inkellimhom fuq il-flus, moda, sbuħija u fuq kif għandhom jesponu lil ġisimhom. Hawn dnibt bil-kbir fejn sħaqt magħhom biex ineħħu l-innoċenza minn fuqhom. Għidtilhom li ommijiethom kienu jgħidulhom li s-sess qiegħed għal wara ż-żwieġ għaliex kienu b’mentalità antika. Kont ngħidilhom li l-Bibbja kienet ktieb ta’ elfejn sena ilu u li s-saċerdoti ma ridux jadattaw irwieħhom għaż-żmien tal-lum. Għidtilhom ukoll li ommijiethom kienu jkellmuhom fuq il-Papa, li dan ukoll kien antikwat!

 

Immaġinaw kif imlejthom bil-valenu! Għallimt lil dawn it-tfajliet biex jieħdu pjaċir b’ġisimhom filwaqt iżda, kellhom jibdew jużaw ilkontraċettivi. Imbagħad kelli viżjoni oħra millKtieb tal-Ħajja. Waħda minn dawn it-tfajliet, dik li kienet qed tkellem lin-neputi tiegħi, darba minnhom ġiet għadni fl-uffiċċju u kollha biki qaltli: “Gloria, għandi tant żgħira fl-età u ninsab tqila b’tarbija!” Staqsejtha jekk kinetx ħaded ilmiżuri li għallimtha, dawk tal-kontraċettivi iżda hi wieġbet li dawn ma ħadmux. Minflok kellimt lil din it-tfajla fuq Alla u l-imħabba tiegħu, tajtha lflus biex tmur tagħmel l-abort, flus biex tmur flaqwa klinika biex ’il quddiem ma jkollhiex kumplikazzjonijiet. U bħal dan il-każ, jien ħallas ħafna oborti oħra. Kull darba kien jixxerred iddemm ta’ tarbija, bħal holocaust lil Satana. Huwa holocaust li jweġġa’ u jheżżeż lil Alla.

 

40.  Fil-Ktieb tal-Ħajja ġejt murija kif ruħna tkun preżenti fil-mument preċiż li l-isperma tiltaqa’ mal-bajda. Hemmhekk tiġi ffurmata fjamma millisbaħ, dawl ġdid mogħti mix-xemx ta’ Alla lMissier. Il-mument eżatt li l-ġuf tal-omm jitqal, huwa jixgħel bid-dawl ta’ dik ir-ruħ ġdida. Meta mbagħad ikun hemm xi abort, dik ir-ruħ titniehed bl-uġigħ, ukoll jekk tkun għadha mingħajr għajnejn; mingħajr laħam. Meta tarbija tinqatel, dik il-bikja tinstema’ ’l fuq fissmewwiet. Dawn jirtogħdu għal bikja. L-istess bikja tinstema’ wkoll fl-infern, bid-differenza li għal din il-bikja jkun hemm ferħ kbir. U meta jsir dan il-qtil, ix-xjaten ikomplu jiġru fid-dinja għattelfien tal-ewrieħ; iqarrqu bil-bniedem blaffarijiet li hawn madwarna... u b’dawk agħar li għad iridu jiġru.

 

U minħabba li l-qtil tat-trabi kuljum huwa kbir, ix-xitan jarah bħala rebħa għalih. Il-prezz taddemm innoċenti għal kull tarbija maqtula jkun qiegħed iżid xitan ieħor mal-kotra. U jien hekk għamilt; iċċappast b’dak id-demm u s-safa li darba kelli f’ruħi nbidlet fi dlamijiet. Ma kienx fadalli iktar sens ta’ ħtija. Għalija, kollox sar jidher tajjeb. B’niket fuqi rajt kemm dejn kelli lejn ix-xitan, meta jien innifsi wkoll kont abortejt diversi drabi minħabba li kelli l-copperTintrauterine device.Iva, rajt kemm trabi bgħatt

’il bogħod mill-idejn mimlijin ħniena ta’ Alla lMissier. Mhux ta’ b’xejn kont inkun dejjem b’wiċċi mqarras; frustrata lejn kulħadd u mdejjqa. Kont sirt il-magna tal-abort!

 

Dan il-fatt iktar għoddosni ’l isfel lejn l-abbiss. Kif nista’ ngħid li qatt ma qtilt?! U xi ngħid għal dawk il-persuni li bgħadt u li ma niżżilthomx quddiem għajnejja? Hawn ukoll kont qattiela għax in-nies ma jinqatlux biss minn tir ta’ arma. Huwa biżżejjed li tobgħodhom u li tagħmlilhom il-ħsara. Dak qtil ukoll.

 

41. Meta wasalna għas-sitt Kmandament, hawn

ħsibt illi ma kinux ser isibuli ħmieġ u ħtija... qatt ma kelli relazzjonijiet ma’ ħadd; f’ħajti kelli biss raġel wieħed li kien żewġi. Imma mbagħad urewni dawk id-drabi fejn kont liebsa diżonest; f’ħafna mid-drabi seduċenti wkoll... u dan kont nagħmlu biex inġiegħel lil irġiel iħarsu lejja. Iva, kont nagħmel dan b’intenzjoni ta’ impurità biex inqanqal fihom li jidinbu. Kien dan li waqqagħni fl-adulterju.

 

Ġieli ħajjart xi nisa li ma kinux fidili lejn żwieġhom biex jiddivorzjaw. Ma kellhomx għalfejn jaħfru u dan ukoll kien biżżejjed biex naqa’ fl-adulterju.

 

Irrealizzajt li d-dnub tal-ġisem huwa terribli, ukoll jekk id-dinja tressaqna lejn il-pjaċiri tal-ġisem; b’xi drabi nirraġunaw bħall-annimali. B’dispjaċir ngħid illi tlaqt lill-id tal-Missier għaliex aħna nidinbu bil-ħsieb, kliem u għemil.

 

Huwa ta’ wġigħ li tara kif dak id-dnub kollu, bħal eżempju l-adulterju ta’ misieri, kisser u farrak lillulied kollha kemm aħna. Dan ġegħilni li ma nafdax lill-irġiel u wkoll lit-tliet ħuti subien ikunu eżatt bħalma kien missieri, iħobbu n-nisa u xxorb... mingħajr ma jirrealizzaw xi ħsara qed jagħmlu lil uliedhom. U huwa għalhekk li qed nara lil missieri jibki, għaliex bid-dnub tiegħu influwenza lil uliedu, inkluż lili, u b’hekk ħassar ilpjan ta’ Alla.

 

42.  Fis-seba’ Kmandament, la tisraqx, jien kont naf li kont onesta. Hawn il-Mulej urieni l-ikel li kont qed naħli f’dari, meta l-kumplament tad-dinja kienet bil-ġuħ. U qalli: “Jien kont bil-ġuħ imma ara int kif qed tarmi l-ikel. Kont għeri nterter bilbard imma ara int kif sirt skjava tal-moda u talapparenza; tberbaq flusek fi trattamenti biex tidher irqaq. Għamilt alla ieħor mill-istess

ġismek.”

 

Urieni li kull darba li taqtaqt fuq ħaddieħor, hemm kont qed nisraqlu l-unur. Ikun eħfef li tisraq il-flus minn dik il-persuna, għaliex dawk tista’ terġa’ troddhom lura. Imma r-reputazzjoni u l-unur li tkun sraqt le. Jien sraqt ukoll il-grazzja ta’ wliedi, li nkun hemm għalihom b’imħabba u tenerezza u mhux li nħallihom ma’ xi baby sitter quddiem it-televiżjoni, computer u l-video games. Imma mbagħad biex insaffi l-kuxjenza kont nixtrilhom ħwejjeġ tad-ditta.

 

43.  Fil-Ktieb tal-Ħajja stajt nara dawn l-episodji qisni qed nara film. Ħin minnhom stajt nobsor li wliedi kienu qed jittamaw li jien, ommhom, insib ittraffiku fit-triq biex ma mmurx id-dar kmieni... għaliex kont dejjem ingerger; persuna ta’ dwejjaq. Hija ħasra għal tifel ta’ tliet snin u tifla ftit ikbar minnu li ġiegħlthom jitkellmu hekk. Sraqt lill-istess ommhom minn magħhom; sraqt il-paċi li jien stess suppost tajthom fid-dar. Qatt ma għallimthom dwar Alla u li jħobbu l-proxxmu. U kif nista’ ngħallimhom jekk lanqas jien ma kont inħobb il-proxxmu u li ma ridx ħbiberija ma’ Alla!

 

44.  U għax Alla huwa mħabba, se ngħidilkom ftit kif tixhed falz u kif tigdeb. Hawn kont esperta. Ixxitan sar missieri, wara kollox int trid taqdi jew lil Alla jew lix-xitan. U jekk Alla huwa mħabba u jien fija hemm il-mibegħda, min jiġi li huwa missieri? Mhuwiex diffiċli li twieġeb. U jekk Alla jkellimni fuq il-maħfra u li nħobb lil għajri imma jien dejjem lesta li npattiha lil min forsi weġġagħni,

min jiġi li huwa missieri? U jekk Huwa l-verità u Satana huwa missier il-gideb, min jiġi li huwa missieri? Ma jeżistux gideb bojod jew gideb nadif. Huma kollha gideb u għalhekk Satana jiġi bħala missieri. Dawn dnubieti marbutin maddinja huma tabilħaqq terribbli! Issa rajt kemm weġġajt nies b’ilsieni kull meta qlajt qlajja’... kull meta tajt titli u laqmijiet u meta waqqajt għaċċajt lil ħaddieħor; bħal xi ħadd li tgħajru oħxon. Ħsara kbira għamilt għaliex wara l-kliem kont nispiċċa naġixxi ħażin bl-azzjonijiet.

 

45.  U meta għarbluni fuq l-għaxar Kmandamenti, ilħażen ta’ ġewwa fija ħareġ sfaċċat. Kont naħseb li bil-flus biss stajt inkun kuntenta; ħsieb li kien sar ossessjoni. X’ħasra! L-agħar mumenti tar-ruħ tiegħi kien meta kelli l-iktar flus. Iva; sa wasalt ħsibt li ntemm ħajti. Mimlija flus imma vojta flistess ħin... waħdi... frustrata! Din il-kilba għallflus kienet it-triq tal-firda minn ma’ id il-Mulej.

 

46.  Wara l-istħarriġ fuq l-għaxar Kmandamenti, hawn fetħuli l-Ktieb tal-Ħajja. Nixtieq li nista’ nsib il-kliem biex infissru. Dan il-ktieb beda jinkiteb preċiżament mal-konċepiment tiegħi, meta ċ-ċelloli tal-ġenituri ngħaqdu flimkien. 

 

Immedjatament hemmhekk xegħlet il-fjamma u ruħi ġiet maħluqa, imħaddna mill-id ta’ Alla lMissier bħala Alla ta’ ġmiel; meraviljuż! Stajt narah jieħu ħsiebi erbgħa u għoxrin siegħa kuljum. Stajt nara l-imħabba tiegħu... ma ħarisx lejn persunti imma lejn ruħi.

 

Ma nistax ma nfissirx hawnhekk kemm huwa sabiħ Ktieb il-Ħajja... jurik l-episodji kollha ta’ ħajtek. U x’ipokresija rajt! Kont ngħid lil xi persuna kemm kellha tibdila sabiħa jew tixirqilha imma ġewwa fija kont niżżuffjetta biha. U dan ilKtieb kollox hemm, kemm il-kliem u wkoll ilħsibijiet l-iktar moħbija. Il-gideb kollu issa nkixef biex kulħadd jara. Gideb bħal lil ommi kont ngħidilha li sejra l-librerija ma’ sħabi fuq xogħol tal-iskola u ommi kienet temminni. Minflok iżda, kont immur nara xi film pornografiku jew f’xi bar nixrob bl-addoċċ. Iżda issa ommi rat kif inhi ħajti; xejn ma baqa’ moħbi.

 

Meta kont żgħira, il-ġenituri tiegħi kienu tabilħaqq fqar. Ommi kienet tħejjili banana u ftit ħalib għall-iskola. Kont inqaxxar il-qoxra u narmiha bl-addoċċ. Hawn urewni kemm qatt ma tajt kas ta’ min seta’ weġġa’. L-unika darba li għamilt qrara bi ndiema kien meta mara tatni bqija żejda. L-ammont żejjed li tatni kien ta’

4.500 pesos (ekwivalenti għal €218) u dan waqt li kont qiegħda nixtri minn ħanut ġewwa Bogota. Missieri kien dejjem jgħallimna li qatt ma kellna nieħdu flus ħaddieħor. Jien indunajt bl-iżball tagħha meta kont fil-karozza sejra lura lejn luffiċċju.

 

 

47.  “Dil-mara stupida tatni 4.500 Pesos żejda u issa ser ikolli nerġa’ ndur lura.” It-traffiku li sibt kien wieħed tremend u għalhekk iddeċidejt li ma ndurx lura. Wara kollox, messha indunat! Imma bqajt inħoss ir-rimors għax bqajt naħseb fi kliem missieri. Għalhekk il-Ħadd mort qerrejt fejn akkużajt ruħi li sraqt 4.500 pesos billi ma mortx lura bihom. Waqt il-qrara, ma tajtx kas ta’ x’kien qiegħed jgħidli l-konfessur. Hawn ix-xitan m’akkużanix talli sraqt, ma ħassejtx rimors.

Imma tafu l-Mulej x’qalli?

 

“Int ma tajtx lura dak li minħabba żball ġie għandek. Dawk il-flus għalik huma fraka imma għal dik il-persuna li qiegħda fuq il-paga minima;

dawk ifissru għaliha tlett ijiem ikel.”

L-iktar parti li nikktitni kienet meta wrieni kemm dik il-mara batiet ġuħ għal diversi jiem u magħha batew iż-żewġ uliedha żgħar. Dan li juri l-Mulej; kif persuna tbati minħabba l-azzjonijiet ta’ persuna oħra. Imbagħad il-Mulej staqsieni:

 

48.  “X’teżori tal-ispirtu għandek?”Teżori spiritwali! Xejn... idejja vojti. Imbagħad qalli: “X’inhu l-każ li għandek diversi bini, djar u uffiċini? U kif millprofessjoni kollha tiegħek, ma kontx kapaċi ġġib hawn traba waħda mill-ġebel tal-bini li għandek!

U x’għamilt bit-talenti li tajtek?”

 

Waqaft naħseb. Kelli missjoni; il-missjoni li niddefendi r-renju tal-imħabba... is-Saltna t’Alla.Kont insejt li kelli ruħ u wisq iktar li kelli talenti... talenti mogħtijin mill-idejn kollha ħniena ta’ Alla. Kull oġġett żgħir ta’ ġid li iżda ma tagħmlux huwa kbir biżżejjed li jweġġa’ lil Alla. U l-Mulej baqa’ jistaqsini fuq kemm ma kontx kapaċi nħobb u nieqsa mill-karità. Kien hemmhekk fejn ġegħilni ninduna bil-mewta spiritwali li kont fiha.Kont ħajja u mejta fl-istess ħin. Mejta fija nnifsi għax għalkemm kont kapaċi nidher tajjeb minn barra, ġewwa fija kelli lmibegħda, l-imrar u d-dnub. Kont qed ngħix filfond; fil-qiegħ tal-abbiss. Mhux ta’ b’xejn li kont dejjem dipressa. Imbagħad qalli:

 

“Il-mewt spiritwali tiegħek bdiet meta int waqaft tħoss għall-ħtiġijiet ta’ ħutek il-bnedmin. Kont qiegħed inwissik billi nurik minn liema għawġ kienu għaddejin, kuljum kont nipprova nlaqqgħek ma’ filmati fuq il-midja dwar delitti, refuġjati u bosta sitwazzjonijiet oħra. Imma int bi lsienek kont tgħid ‘jaħasra’ imma qalbek qatt li qatt ma ħasset l-iċken ħniena għalihom. Id-dnub

webbislek qalbek tant li saritlek tal-ġebel.”

 

Meta l-Ktieb tiegħi ġie magħluq, qalbi ħasset hemm u niket kbir. Waqajt f’dispjaċir kbir immens talli weġġajt lil Alla l-Missier blazzjonijiet tiegħi, meta issa naf li akkost iddnubiet kbar tiegħi, dan Alla baqa’ dejjem hemm jistennieni. Huwa dejjem bagħat quddiemi metodi, nies u sitwazzjonijiet biex ninduna. Filqalb tiegħi wkoll kellimni... Alla dejjem ikellem lilna lkoll biex ninbidlu.

 

49. Ma nista’ qatt nakkużah li qiegħed jikkundannani; żgur li le! Mil-libertà li kelli għażilt missier u dan il-missier ma kienx Alla. Għażilt lixxitan bħala missieri. Indunajt li meta l-Ktieb ingħalaq, jien bdejt nieżla ġewwa foss fond, b’bieb fil-qiegħ tiegħu. U meta bdejn nieżla ’l

isfel, bdejt insejjaħ lil Qaddisin kollha biex jgħinuni. Tal-għaġeb kemm ismijiet tagħhom ftakart. Imbagħad xtaqt li sejjaħt lil Santa Isadora u lil San Franġisk t’Assisi. Meta waqaft insejjaħ isimhom, ħassejt silenzju u vojt kbir.

 

Erfajt għajnejja u hemm iltqajt ma’ għajnejn ommi. X’niket! Għidtilha bil-mistħija li kont qed inħoss u bil-kundanna li ħassejt. Ħsibt li dak kien l-aħħar mument li kont sejra naraha. Dak il-ħin, huma tawha grazzja mill-isbaħ. Hi baqgħet bla ma titħarrek iżda subgħajha kienu ppuntati ’l fuq. Imbagħad minn għajnejja waqgħu bħal qxur li weggħuni; kienu l-għama spiritwali. Imbagħad rajt mument mill-isbaħ fejn wieħed mill-pazjenti li kelli qalli:

 

“Dott, int persuna tassew materjalista u jum wieħed għad tiġi bżonn dan li ser ngħidlek. Meta

tiġi f’periklu kbir li tilef ħajtek, itlob lil Ġesù biex jgħattik bid-Demm tiegħu għaliex hu qatt mhu ser jitilqek waħdek. Hu ħallas għalik bil-prezz

tad-demm tiegħu.”

 

Infexxejt f’bikja u tlabt: ‘Ġesù, ikollok ħniena minni... aħfirli u agħtini ċans ieħor li ninbidel!’ Iva, dak kien l-isbaħ mument li lanqas kliem m’għandi biex infissru! Hu ġie u refani ’l barra minn dak il-foss. U fil-mument li ġabarni, dawk ilkreaturi kollha nxteħtu bis-saħħa mal-art.

Imbagħad, wara li poġġieni fuq art watja qalli:  “Mur... ser nagħtik ċans ieħor. Imma mhux għattalb tal-membri tal-familja... dawk dejjem jitolbu għalik. Huwa minħabba l-interċessjonijiet ta’ nies barranin għalik; li bkew, talbu u li għollew qalbhom bi mħabba għalik.”

 

Bdejt nara bħal dawl ċkejken inemnem; stħajjilthom fjammi tal-imħabba. Kienu dawk innies li kienu qed jitolbu għalija. Imma wkoll kien hemm fjamma kbira... u din kienet qed tagħti liktar dawl. Kienet l-iktar waħda li qed titfa’ mħabba. Xtaqt nara din il-persuna min kienet. IlMulej qalli:

“Il-persuna li qed tara tħobbok bi mħabba kbira; tħobbok mingħajr biss ma tafek.”

 

Urieni kif dan ir-raġel, ġurnata qabel, kien qiegħed jara l-gazzetta. Kien raġel fqir, jgħix qrib l-għoljiet ta’ Sierra Nevada ta’ Santa Marta (filGrigal tal-Kolumbja) mar fil-belt biex jixtri xi pjanti tal-kanna taz-zokkor. Il-pjanti taz-zokkor kebbuhomlu fil-karta tal-gazzetta tal-jum ta’ qabel. Kien hemm fuqha r-ritratt tiegħi, kollni maħruqa. Meta qara l-aħbar bil-għaġla, niżel mal-art u mniehed bl-imħabba talab:

 

“Missier Etern, ikollok ħniena minn din oħti. Mulej, salvaha nitolbok. Inwiegħdek Mulej, immur pellegrinaġġ sas-Santwarju ta’ Ommna

Marija ġewwa Buga. (fil-Lbiċ tal-Kolumbja)

Nitolbok Mulej, eħlisha.”

 

Immaġinaw raġel fqir, li minflok igerger għax kien bil-ġuħ, kien lest li jaqsam il-pajjiż minn tarf sa tarf għal xi ħadd li lanqas biss kien jaf. U lMulej qalli:

 

50. “Dik hija l-imħabba għal għajrek. Mur lura u xandar dan għal bosta drabi... mhux għal elf darba imma għal eluf ta’ drabi. U ħażin għal dawk li jisimgħuk u ma jxandrux bħalek dan, għaliex il-ġudizzju tagħhom ikun aħrax. U ħażin

ukoll għal dawk li ma jridux jisimgħu.”

 

U din ħuti, din mhix theddida. Il-Mulej m’għandux għalfejn jheddidna. Grazzi lil Alla, jien rajt dak kollu li kont għext qabel. Meta kull wieħed minna ser jingħata l-Ktieb tal-Ħajja u jinfetaħ quddiemu, hemmhekk titriegħed bilbiża’ u hemm tara l-għemil li tkun għamilt,

bħalma jien rajt ħajti kollha. Ejja naraw lil xulxin bħalma tabilħaqq aħna u jekk hemm xi differenzi, ejja mmexxu ħsibijietna fil-preżenza ta’ Alla. L-isbaħ biċċa iżda tkun meta Alla jkun quddiemna, jistenniena ninbidlu u nsiru ħolqien ġdid miegħu, għax ma nistgħux naslu mingħajru. Jalla l-Mulej ibierek lil kull wieħed u waħda minnkom b’abbundanza, għal glorja tiegħu u ta’ Ġesù Kristu!

 


 

 Kummenti minn Richard Salbato

 

1.   Hawnhekk għandna quddiemna Tabiba fiddentistrija min-Nofsinhar tal-Amerika li ġiet milquta minn sajjetta, fejn qalbha waqfet darbtejn. Nafu fiż-żgur li rnexxielha tgħix mirokolożament. L-Isqof tagħha taha l-permess li tixhed l-esperjenzi li għaddiet minnhom. Minħabba li jien ninvestiga dikjarazzjonijiet mirakolużi u apparizzjonijiet, nistħajjel lil min jaħseb li din l-istorja tinteressani iżjed. Iżda għalkemm tista’ tkun kemm verità u wkoll ħolma, fill-fatt ma tagħmilx differenza għaliex illezzjonijiet morali hawn huwa tabilħaqq ispirati u fi qbil mat-tagħlim tal-Knisja. Għalhekk ma nistax ma naqsamx din l-esperjenza ma’ kulħadd. Għalija personali, nemmen ukoll li ngħatat ittieni ċans minħabba t-talb ta’ persuna, li lanqas biss kien jafha.

 

2.   In-neputi tagħha żgur mar dritt il-Ġenna minħabba d-devozzjoni li kellu fil-Bambin Ġesù.

 

3.   Gloria kellha ħruq kbir, imkejjel bħala ‘tat-tielet grad’. Dan il-ħruq ma kienx biss fil-ġilda imma anke ħruq fl-għadam u ħruq interjuri li ma kellhiex it-tama li tgħix.

 

4.   In-neputi ta’ Gloria miet bl-imħabba lejn ilBambin Ġesù imma hi ġiet maqtula minħabba lapparat tar-ramm li kellha ġewwa fiha (birth control device). Is-sajjetta ħabtet eżatt f’dan lapparat tar-ramm li kien fil-ġuf tagħha.

 

5.   Hawn Gloria resqet fejn aħna lkoll għad irridu nersqu; għall-ġudizzju quddiem Sidna Ġesù. Filverità, aħna ma mmorrux il-Ġenna għal dan ilġudizzju iżda biss fil-bieb tal-Ġenna. Huwa b’hekk min imur l-infern ikun jaf x’tilef, għaliex ikun daq ftit minn dak li hemm fil-Ġenna u limħabba li hemm.

 

6.   U qabel ma ġiet iġġudikata, hi ġġudikat lilha nfisha, fejn rat x’kien l-iktar importanti... uliedha; li hija warrbet għas-suċċess tad-dinja.

 

7.   Mingħajr ma għadda wisq żmien, irrealizzat li xi qraba tagħha li kienu mejta, kienu diġà l-Ġenna u setgħu jitolbu għaliha. Setgħu jaraw ukoll ħajjitha fuq l-art. Din hija prova oħra kif l-

Ortodossi huma żbaljati meta jgħidu li ħadd ma jmur il-Ġenna qabel it-tmiem tad-dinja. Turi wkoll li anke l-Protestanti huma żbaljati meta jgħidu li lanqas il-Qaddisin fis-sema ma jistgħu jitolbu għalina. Juri wkoll li anke hi kienet żbaljata meta emmnet fir-ri-inkarnazzjoni.

 

8.   F’dak il-mument hi ħasset il-ferħ li tkun spirtu pur minħabba l-fatt li setgħet tkun f’diversi postijiet fl-istess ħin. Setgħet tgħannaq magħha lil bintha hawn fid-dinja tara fiha dawk il-ħsibijiet ġewwiena (ta’ bintha) mingħajr ma tħalliha titlef it-triq tas-sewwa. Minn hemm hija setgħet tara laffarijiet kif inhuma u mhux min kif kienet taħseb li kienu meta kienet hawn fid-dinja.

 

9.   Kien hemm mument fejn setgħet tħares lura lejn il-ġisem tagħha. U minflok marret għall-ġudizzju, intbagħtet lura lejn id-dinja għall-ħajja. Ħafna nies esperjenzaw din il-ħaġa li tissejjaħ ‘esperjenza ta’ qrib il-mewt’. Jien kelli ħabib Franċiż li ġralu hekk.

 

10. Issa ruħha reġgħet daħlet lura f’ġisimha u setgħet tħoss l-uġigħ kollu li jħoss bniedem bilġisem u r-ruħ.

 

11. U fil-mument li rat li spiċċat maħruqa, irrealizzat li alla tagħha kien il-vanità, anke meta użat ġisimha biex iġġiegħel lil min jidneb. Issa indunat kif il-ġisem ma jiswa xejn u għajr ir-ruħ xejn ma jiswa iktar.

 

12. Meta kienet barra mill-persuna tagħha, setgħet tara t-tobba joperaw u jaħdmu fuqha. Hemm irrealizzat kemm tat importanza lil ġisimha milli lil ruħha. Ftakret meta kienet semgħet xi saċerdoti jgħidu li l-infern ma jeżistix, u dak kien il-mument fejn bdiet titlef il-fidi fit-tagħlim talKnisja. Kien hemmhekk li aċċettat l-evoluzzjoni bħala triq minflok Alla.

 

13. F’dan il-mument ukoll irrealizzat li kienet tat ruħha lix-xitan. Xtaqet għalhekk li terġa’ tidħol lura f’ġisimha, anke jekk dan kien ifisser tbatija, imma ma setgħetx.

 

14. Issa kienet iżżerżqet lejn il-bieb tal-infern fejn hemm m’hemmx tama, imħabba jew salvazzjoni.

 

15. Issa hi kienet rat in-nies fl-infern, ħafna minnhom żgħażagħ u wkoll rat ir-raġunijiet għal xiex kienu qegħdin hemm.

 

16. Fid-disperazzjoni, hi ppruvat tiġġustifika lilha nfisha; saħansitra sostniet li kienet Kattolika, avolja kienet atea.

 

17. Ġie fuqha dawl fejn ġegħilha taħseb li kien baqgħalha ċans ieħor li tinbidel.

 

18. Imma minkejja għat-talb ta’ ommha u missierha, dawn ma setgħux jeħilsuha. Imma l-vuċi ta’ Ġesù nstemgħet  u talabha tgħid x’riedet tfisser b’Kattolika, meta biex tkun Kattolika jfisser li teħtieġ li tobdi u temmen fil-liġi ta’ Alla.

 

19. Ipprovat tieħu r-raġun imma Ġesù qalilha: “Le, għax inti ma obdejt ebda waħda mil-liġi t’Alla.”

 

20. Ġesù wrielha li hi kienet talbet biss għal flus u għall-apparenza minnha nfisha quddiem ilbnedmin.

 

21. Irrealizzat li alla tagħha kienu l-flus u l-persuna tagħha u qatt ma rringrazzjat lil Alla għal dak li kellha. Irrikorriet lejn Alla biss meta kienet filbżonn, u meta nqdiet, lanqas l-iċken grazzi ma qaltlu.

 

22. Hija ħalltet il-fidi Kattolika ma’ twemmin Sataniku u wkoll eretiku fejn dawn sarrfithom flereżija tal-Pluraliżmu.

 

23. Hu wrieha kif ma kinetx tħobb lil Alla

 

24. Rat ċar ukoll kif lanqas lil għajra ma ħabbet.

 

25. Ġesù wrieha kif la kienet omm u lanqas mara miżżewġa tajba.

 

26. Imbagħad ipprovat issostni li l-Kmandament ‘la toqtolx’ ma kinetx kisritu, imma hu wrieha kif kienet żbaljata u dak kien wieħed mill-agħar dnubiet li għamlet.

 

27. Issa Ġesù wrieha l-iktar ħaġa importanti f’li tagħmel it-tajjeb, il-motiv jew l-intenzjoni.

 

28. Rat hawnhekk li t-tajjeb li għamlet kien għaliha nfisha u mhux għal ġid tal-oħrajn.

 

29. Ġesù Kristu akkużaha li hi ħabbet il-flus iktar minn kull ħaġa oħra.

 

30. Infatti, hi qatt ma ħalliet xejn għal ulieda għajr dejn.

 

31. Ġesù wrieha kif użat isem Alla biex tigdeb lil ommha u lil oħrajn. It-tieni Kmandament.

 

32. U kien għax gidbet lil ommha li ntlaqtet missajjetta.

 

33. Ġesù wrieha kif kienet marret kontra t-tielet Kmandament.

 

34. Parti mit-tielet Kmandament hi li tonora sSagramenti u Ġesù wrieha kif minħabba li ġġustifikat id-dnub tagħha, qatt ma setgħet tqerr sewwa u b’hekk tqarbnet kif mhux xieraq.

 

35. Rat ukoll kif kienet tikkritika lis-saċerdoti b’affarijiet li ma kellhiex provi tagħhom.

 

36. Ġesù fakkarha li s-saċerdoti kienu jservu minfloku u meta aħna nkissru r-reputazzjoni tagħhom, inkunu qegħdin inkissru lkongragazzjoni jew lil komunità kollha. Hawn m’aħniex nitkellmu fuq saċerdoti li minn rajhom dinbu jew taw skandli; bħal dak il-wieħed li qalilha li ma kienx hemm infern, għaliex meta bilkliem jew bl-azzjoni nikkawżaw telf ta’ fidi, aħna fl-obbligu li nesponuhom. Għalhekk, anke filkaż ta’ dnub mejjet, meta l-azzjonijiet ma jfixklux il-fidi ta’ ħaddieħor, aħna nkunu qed nidinbu

jekk nikxfu d-dnub ta’ ħaddieħor... anke jekk ikun saċerdot.

 

37. Hawn Ġesù kkundannaha għax marret kontra rraba’ Kmandament; weġġaħ lil missierek u lil ommok.

 

38. Gloria għamlet tajjeb li kkonfrontat lil missierha talli dan kien iħobb lin-nisa, imma żbaljat meta minflok għenitu, hija kkundannatu. Barra dan, tat ħafna laxkezza lid-dritt tal-mara. Infatti, issofferenza ta’ ommha wassal li ssalva ż-żwieġ. Ilwegħda taż-żwieġ ma tistax tinkiser imma ma tistax tgħix taħt l-istess saqaf ma’ raġel jew mara jekk il-ħajja u l-morali tal-persuna jkunu filperiklu. Imma din il-mara, ommha, ħadmet biex salvat iż-żwieġ għal ġid ta’ żewġha u s-seba’ wliedha.

 

39. U minflok għenet lil missierha jagħraf dnubietu, hi għolliet id-dritt laxk tal-mara bl-abort, koabitazzjoni u d-divorzju. Min-naħa l-oħra, kienet l-imħabba ta’ ommha li salvat ruħ missierha.

 

40. Ġesù mbagħad ikkundannaha bil-ħames Kmandament ‘la toqtolx’, għax hi mhux biss ħadet sehem fl-abort imma tat ukoll pariri favur l-abort u saħansitra ħallset għalih. Ippromoviet l-abort u ħallset għalih. Agħar minn dan, f’moħħha ġġustifikatu u ma qerritux. Kieku qerret, Alla kien iħassru minn fuq il-Ktieb talĦajja u b’hekk lanqas ix-xitan ma kien jiftakru.

“Dnubiet imqarra ma jibqgħux jeżistu!”

 

41. Hawn il-Ktieb tal-Ħajja wrieha kif ir-ruħ tiġi fleżistenza hekk kif isir il-konċepiment u kif laborti ta’ dawk il-miljuni ta’ trabi jagħtu ħafna u ħafna qawwa lix-xjaten fuq id-dinja. Hi kellha ħin biżżejjed kieku riedet teħles minn din ilkundanna imma hi ġġustifikat id-dnubiet tagħha u ma qerrithomx.

 

42. Ġesù wkoll ikkundannaha fuq is-sitt Kmandament ‘la tikkommettix adulterju’ għax għalkemm hi qatt ma għamlet hekk, hi ħajret lil ħaddieħor. Anke bi lbiesha, tat l-impressjoni li kienet favur.

 

43. Ukoll fis-seba’ Kmandament ‘la tisraqx’, Ġesù kkundannaha. L-iktar li ġiet ikkundannata kien minħabba li għamlet ħsara lir-reputazzjoni ta’ bosta nies, bil-konsegwenza li serqitilhom l-unur. Ukoll użat flus bla rażan fuqha nfisha milli biex tgħin lil min hu fil-bżonn.

 

44. U mniħabba li issa saret taf kif in-nies kienu jaħsbu, rat biċ-ċar kif kienet serqet lill-istess uliedha... serqitilhom il-propja ommhom.

 

45. Serqet ukoll bit-tqassis fuq in-nies, u dan jiġi serq tal-istima personali tagħhom.

 

46. L-istess għall-Kmandamenti l-oħra, hija stqarret kollox.

 

47. Imbagħad rat quddiemha ħajjitha; millkonċepiment ’il quddiem, fil-Ktieb tal-Ħajja, bħal episodju ta’ film. L-iktar, hi rat kif remiet limħabba ta’ Alla. Rat il-ħsibijiet tagħha u taloħrajn, rat dak li aħna ma nistgħux naraw fiddinja; sal-iċken dnub.

 

48. Rat kif għalkemm kienet qerret li ħadet 4.500 pesos (ekwiv. €218) li ma kinux tagħha, il-fatt li ma rritornathomx ġab akkuża oħra kontra tagħha. Rat li b’dak li għamlet, ġabet ħafna wġigħ lill-persuna li ħadithom u tgħattiet bliskuża li kellha ħafna x’tagħmel biex tmur lura bil-flus. Id-dnubiet imqerra verament li jitħassru imma biex jitħassru, iridu jkun ġew imqerra sewwa!

 

49. Issa Ġesù juriha d-dnub tal-omissjoni; jew tannuqqas ta’ għemil. Werieha kif bit-talenti li taha, hi ma kinetx użathom. Kien hemm erwieħ li ntilfu għall-fatt li hi ma użatx ir-rigali li Alla taha biex issalvahom.

 

50. It-tagħlima tax-Xirka tal-Qaddisin. Ġesù hawn jiġbidha ’l fuq mill-foss u jgħidilha li sejjer jagħtiha ċans ieħor. Jagħmilha ċara iżda, li kienet sejra lura għall-ħajja mhux minħabba li wriet inniket tagħha; lanqas għat-talb tal-ġenituri tagħha. Kien kollu għat-talb ta’ raġel fqajjar... raġel li lilha lanqas biss kien jafha.

 

51. Ġesù jgħidilha biex tmur lura u tgħid l-istorja tagħha għal miljuni ta’ drabi. U biex ngħin lillistess ruħi, jien sejjer ngħinha twassal l-istorja tagħha aktar u aktar. Ejjew ilkoll nisimgħu għattwissijiet tiegħu fit-tmiem ta’ din il-ġrajja. Ejjew ilkoll nagħmlu qrara tajba u wara nibdew ngħixu ħajja tajba... b’motivi u intenzjonijiet tajbin.

 

Tmiem