LISTA TA' KLIEM IL-BIBBJA BIL-MALTI    

Mara

Minn Dun Pawl Sciberras

Fil-kulturi tal-popli ta’ żmien il-Bibbja l-mara ma kellhiex postha fis-soċjetà skont id-dinjità tagħha; kienet dejjem meqjusa bħala inferjuri għar-raġel. Dan 1-aktar fost il-popli tal-Lvant, imma wkoll fost il-Griegi u r-Rumani; għalkemm fost dawn tal-aħħar il-qagħda soċjali tagħha  kienet xi ftit aħjar minn tal-oħrajn. Dan kien l-isfond tal-kultura biblika dwar il-mara kif narawha fil-Bibbja. Imma l-awturi tal-Kotba Mqaddsa, għalkemm bħala frott ta’ żmienhom kienu influwenzati minn dan l-ambjent, juru tendenzi aktar favorevoli għall-mara u jistabilixxu l-prinċipji tad-dinjità tagħha bħala persuna umana.

L-ewwel u l-aktar importanti, ir-rakkont tal-ħolqien tal-mara (Ġen 2-3). Jingħad li Alla ħalaq il-mara mir-raġel; il-mara hi “kustilja” tar-raġel. Għalhekk hi “għadma minn għadmu u laħam minn laħmu” (Ġen 2:21-23). Din tfisser li hi ugwali għar-raġel, għax il-kelma għal ‘għadma’ fil-Lhudi (zelàq) tfisser ukoll ‘naħa, ġenb’; il-bniedem li Alla ħalaq hu “raġel u mara” (Ġen 1:27). U t-tnejn flimkien huma “ġisem wieħed” (3:34) . It-tnejn xorta fid-dinjità tagħhom ta’ bnedmin. Dan hu, biex ngħidu hekk, il-pjan oriġinali ta’ Alla fil-bidu. Wara dan daħal id-dnub li fixkel dan il-pjan: tefa’ 1-mara taħt is-setgħa tar-raġel, u hu beda “jaħkem fuqha” (Ġen 3:16). Minn hawn bdiet dieħla 1-kultura tal-inferjorità tal-mara. Imma 1-istess test juri li dan ma kienx fil-pjan ta’ Alla, iżda effett tad-dnub u bħala kundanna tiegħu. Dan sar ħsieb dominanti fil-Bibbja, li influwenza ħafna l-awturi tal-Kotba Mqaddsa. Għandna eżempji li juru li 1-mara kienet meqjusa bħala oġġett ta’ propjetà f’idejn ir-raġel; fid-disa’ kmandament il-mara hi mniżżla mal-oġġetti tal-propjetà tar-raġel (Eż 20:17; ara Ġen 12:12-20; 20:2). Imma mbagħad fir-raba’ kmandament jingħad li l-ulied għandhom jagħtu l-istess ġieh lil ommhom kif jagħtu lil missierhom (Eż 20:12; Lev 19:3; Dt 5:16). Nistgħu niftakru wkoll fil-lista sħiħa ta’ ismijiet tan-nisa li l-Bibbja ssemmi u tfaħħar għall-għaqal u 1-qlubija tagħhom: Raħab, Rut, Debora, Ġuditta, Ester... Naqraw ukoll fuq il-liġijiet li saru biex jiddefendu n-nisa b’rispett tad-dinjità tagħhom, bħal fil-każ ta’ mara lsira (Dt 21:10) jew ta’ mara li tkun ġiet imkasbra jew mixlija bla ħtija (Dt 22:13ss; 28ss).

L-awturi tal-Kotba tal-Għerf (tal-Proverbji, ta’ Bin Sira) huma negattivi ħafna dwar in-nisa. Mhux ħlief iwissu lill-irġiel, l-aktar żgħażagħ, biex ma jafdawhomx u jaħarbuhom (Prov 6:24-26; 27:5-27; 11:22; Sir 9:3-9; 26:6-12; eċċ.). Hekk ukoll xi profeti (Għam 4:lss; Is 3:16ss). Imma t-twissijiet tagħhom huma kontra n-nisa fiergħa, boloh jew perikulużi, u dawk li jħajru l-irġiel tagħhom għall-idolatrija. Mbagħad għandhom ukoll kliem ta’ tifħir għan-nisa serji u għaqlin; isemmu 1-kwalitajiet sbieħ tagħhom u jfaħħruhom ħafna (Prov 18:22; 31:10-31; Sir 26:4-18).

It-tagħlim tal-Evanġelju ma biddilx is-sitwazzjoni tal-mara fis-soċjetà ta’ dak iż-żmien, imma saħħaħ il-prinċipju tad-dinjità tal-mara u tal-ugwaljanza tagħha mar-raġel. Fuq dan ma għandna 1-ebda tagħlim dirett mill-fomm ta’ Ġesù Kristu. Imma għandna t-tagħlim bl-eżempji tal-imġiba tiegħu man-nisa ta’ żmienu. Kien jagħti kashom, jilqagħhom, jitkellem magħhom, jisma’ talbhom, ifejjaqhom mill-mard, jilqa’ s-servizz tagħhom. Ħalliehom ifarrġuh fil-passjoni u 1-mewt tiegħu u lilhom deher l-ewwel wara li qam mill-mewt. Hu 1-aktar Luqa li jagħti importanza lin-nisa fl-istorja taĠesù. L-ewwel u 1-aqwa bil-figura ta’ Marija, Omm Ġesù. U Eliżabetta, Anna, Marta u Marija, l-armla ta’ Najn, eċċ . Ma kinitx xi ħaġa normali għal-Lhud ta’ dak iż-żmien li raġel waħdu jitkellem ma mara, kif għamel Ġesu mal-mara Samaritana (Ġw 4:7-27 ). Hekk Ġesù bl-imġiba tiegħu wera li hu kien jirrispetta n-nisa daqs l-irġiel u li għalihom ukoll u għas-salvazzjoni tagħhom ġie fid-dinja.

L-eżempju ta’ Ġesu influwenza wkoll lill-insara tal-ewwel żmien. Fil-komunitajiet insara rġiel u nisa kienu jiltaqgħu flimkien (Atti 1:14; 12:12; 1 Kor 11:4). In-nisa kellhom ukoll ħidmiet ta’ servizz fil-Knisja (Atti 9:36; 16:15; Rum 16:1; 1 Kor 16:19). Is-sehem tagħhom kien fl-opri tal-karità u ta’ għajnuna lill-appostli u 1-evanġelisti fil-ministeru tal-kelma, kif kienu għall-ewwel “is-seba’ djakni” (Atti 6:2-4), imma ma kellhomx sehem f’dan il-ministeru (1 Kor 13:32; 1 Tim 2:11). Xi kliem ta’ San Pawl fuq in-nisa jista’ jġegħelna naħsbu li hu kien kontra n-nisa, billi jafferma li 1-mara għandha toqgħod għas-setgħa tar-raġel, għax ir-raġel hu ras il-mara (1 Kor 11:3; Kol 3:18; Ef 5:21-24). Għandna nifhmu li Pawlu tkellem bil-mentalità li kellu skont it-tradizzjoni tal-ħajja tal-familja Lhudija; u wera li kien jixtieq aktar li l-familji nsara jimxu ma’ din it-tradizzjoni milli mal-aspett pagan tal-familji Griegi u Rumani. Imma jafferma wkoll 1-aqwa prinċipju tal-ugwaljanza tan-nisa mal-irġiel, saħansitra fid-dmirijiet u d-drittijiet tal-ħajja taż-żwieġ (1 Kor 7:3-4; 11:11). Fi Kristu Ġesù m’hemmx differenza bejn ir-raġel u 1-mara; huma ndaqs fid-dinjità (Gal 3:28).