LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

 

Home

Librerija

Forum

Arkivju

Links

Ikkuntatjana

 

 

     

 

 ID-DJAKONAT PERMANENTI F'MALTA

"Wasal iż-żmien ħalli fid-Djoċesi tagħna jibdew jiġu ordnati  d-Djakni Permanenti."

Waqt l-Assemblea Djoċesana tal-10 ta’ Ottubru 2014, Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona OP  ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li l-Knisja f’Malta jkollha l-Ministeri Lajkali u Djakonat  Permanenti.  Segwi filmati tad-diskors ta’ Monsinjur Arċisqof, kif ukoll dak ta’ Fr Mark Sultana li tkellem dwar il-Ministeri Lajkali u dak ta’ Fr Hector Scerri li tkellem dwar id-Djakonat Permaenti.


Minkejja li l-ministeru tad-djakonu fil-Knisja kien fost l-ewwel li kien stabilit, madonkollu fil-punent dan il-ministeru kien baqa’ biss bħala l-aħħar tarġa qabel ma wieħed ikun ordnat saċerdot. Fis-sena 1964, permezz tal-Kostituzzjoni Dommatika “Lumen Gentium”, li titratta dwar il-Knisja, il-Konċilju Vatikan II irrestawra d-djakonat bħala grad propju u permanenti tal-ġerarkija, iżda ħalla f’idejn il-Konferenzi Episkopali territorjali li jiddeċiedu jekk id-djakni permanenti għanhomx ikunu istitwiti fid-djoċesijiet tagħhom.

Kompli aqra u tista' wkoll tl-kummenti tiegħek ...>


L-Arċisqof Pawlu Cremona dwar id-Djakni Permanenti f'Malta

“Minn din is-sena se nibdew proċess. Hemm grupp li għandhom ċertu esperjenza, u dawn jibdew jagħmlu din ir-riflessjoni, jagħtuni rapport huma, imbagħad fuq hekk nara ftit minn dak ir-rapport dak li naħseb li hu tajjeb u dak li naħseb li mhux tajjeb.”

Din id-dikjarazzjoni dwar it-twaqqif tad-Djakonat Permanenti f’Malta, għamilha Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona waqt intervista li kellu fuq l-istazzjon RTK.

Kompli aqra l-intervista u tista wkoll tiktbilna x'taħseb ...>


Xi lajċi xtaqu jsiru Djakni Permanenti

Iċ-Ċentru Djoċesan għall-Vokazzjonijiet, kellu grupp ta’ xi ħmistax-il-raġel li kienu mħajjra jsiru djakni permanenti, iżda f’Malta qatt ma kellna djakonat permanenti.  Fl-istess waqt nafu li f’Malta hawn ħafna saċerdoti djoċesana, kif ukoll għandna reliġjużi, irġiel u nisa kif ukoll bosta lajċi li jistgħu jgħinu f’ħidma pastorali.

Hekk kien kiteb Dun Frans Bonnici f’The Sunday Times tas-27 ta’ Novembru 2005. Huwa kien għamel bosta snin bħala Direttur Djoċesan għall-Vokazzjonijiet. Illum huwa jaħdem fil-Kongregazzjoni għall-Edukazzjoni Kattolika, f’Ruma.

Kompli aqra l-artiklu ta’ Dun Frans Bonnici. …>


 

 

 

 

  KITBIET RELATATI OĦRA

Sacrum Diaconatus Ordinem, General Norms for Restoring the Permanent Diaconate in the Latin Church, Motu Proprio of Pope Paul VI, 18 June 1967. ...>


Il Diaconato Permanente, Identita', Funzione e Prospettive, Mons. Roberto Gonzalez Nieves OFM, Arcivescovo di San Juan de Puerto Rico, 19 febbraio 2000. ...>


Basic norms for the formation of Permanent Deacons, Congregation of Catholic Education, Vatican, 22 February 1998. ...>


Rapporto tra Presbiteri e Diaconi Permanenti, Mons Vincenzo Apicella, Vescovo Ausiliare, Roma, 1 giugno 1999. ...>


A National Study on the Permanent Diaconate of the Catholic Church in the United States 1994-1995, by the Committee on the Permanent Diaconate, National Conference of Catholic Bishops. ...>


Learning about the Permanent Deacon, Conclusions drawn from the 1994-1995 Permanent Diaconate Study,  United States Catholic Conference of Bishops. ...>


Restoring the Permanent Diaconate: Practical Questions to be addressed in the Irish Context, Fr Kevin Doran, National Co-ordinator for Vocations, 6 May 2003. ...>


 

 

 


Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org