L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

 

LECTIO  DIVINA  FUQ L-ITTRI TA’ SAN PAWL

Il-Kapitlu tal-Katidral Metropolitan tal-Imdina fil-1950 anniversarju mill-martirju ta’ San Pawl se jorganizza Lectio Divina b’kollobarazzjoni mad-Dipartiment tal-Iskrittura tal-Fakulta tat-Teologija fl-Università ta’ Malta.

Din ser issir fis-Sala tal-Kunvent tas-Sorijiet Benedittini li qegħda fid-daħla ewlenija tal-Belt tal-Imdina. Dawn ser issiru kull nhar ta’ Gimgħa mis-6.30pm sas-7.30pm , jibdew nhar il-Gimgħa 15 ta’ Settembru 2017.

X’inhi din il-Lectio Divina ?

Fil-Kristjaneżmu, Lectio Divina (Qari Divin) hija prattika Benedittina tradizzjonali ta’ qari skritturali, meditazzjoni u talb maħsuba biex tippromwovi kommunijoni ma’ Alla u biex iżżid l-għarfien tal-Kelma ta’ Alla. Mhijiex analiżi teoloġika tal-passaġġi bibliċi u lanqas biex jiġu studjati, iżda tarahom ma’ Kristu bħala ċ-ċavetta għat-tifsira tagħhom, bħala l-Kelma Ħajja.

Fil-Kostituzzjoni Dei Verbum tal-Konċilju Vatikan II irrakkomanda Lectio Divina lill-pubbliku ġenerali u l-importanza tiegħu ġiet affermata mill-Papa Benedittu XVI, waqt li kien qed ifakkar l-40 anniversarju tad-Dei Verbum.

Il-laqgħat se jkunu miftuħa għal kulhadd u huma bla ħlas. Għal aktar tagħrif ikteb jew ċempel lill-Parroċċa Mdina.  

Telefon 21456620 / 21454136 / 79616970

email: parrocca.mdina@maltadiocese.org