L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

 

Festa tal-Parroċċa San Franġisk ta’ Assisi

Qawra – 2017

 

It-Tnejn  28 ta’ Awwissu: Filgħodu ċelebrazzjoni reliġjuża għar-residenti ta’ Casa San Paolo. 6:30pm quddiesa minn Fr. Joe Mamo OFM Conv għall-morda u l-anzjani: animata mill-Grupp Karizmatiku.

It-Tlieta 29 ta’ Awwissu: 6:30pm quddiesa minn Fr. Ray Zammit għall-familji u koppji li għalqu 10, 25 u 50 sena miżżewġa u dawk li żżewġu matul l-aħħar sena: animata mill-grupp BELONG.

L-Erbgħa 30 ta’ Awwissu: 6:30pm quddiesa minn Fr. Joseph Formosa OFM Conv għat-tfal u trabi li tgħammdu bejn Awwissu 2016 u Lulju 2017: animata mill-Kummissjoni Tfal. 7:30pm-9:00pm attività mill-Kummissjoni  Tfal fuq iz-zuntier. Ikun hemm ikel u xorb offrut.

Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu: 6:30pm quddiesa minn Fr. George Zammit OFM Conv, Provinċjal tal-Franġiskani Konventwali fejn fiha jagħti merħba lin-Neo-Professi Fra Robert Callejja u Fra Michael Grech fil-Provinċja tagħna.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Settembru: Fis-6:30pm quddiesa minn Fr. Andrew Galea OFM Conv għaż-żgħażagħ tal-parroċċa: animata mill-grupp Footprints. Wara l-quddiesa Lejla Maltija fuq iz-zuntier. Ikollna ikel u xorb għal kulħadd bil-kant u divertiment. Jipparteċipaw Footprints

Is-Sibt 2 ta’ Settembru: LEJLIET  IL-FESTA

Quddies fis-6:30pm minn Fr. William Bartolo OFM Conv: animata mill-grupp Expressions.

8:00pm: Qudiesa: animata mill-grupp Rising Sun.

9:00pm: Adorazzjoni Ewkaristika matul il-lejl kollu fuq iz-zuntier. Il-grupp Agape janimaw l-ewwel siegħa tal-Adorazzjoni.

Il-Ħadd 3 ta’ Settembru: JUM  IL-FESTA

Quddies fit-8:00am, fid-9:30am, fil-11:00am u fis-6:30pm.

Fr. George Zammit OFM Conv, Provinċjal imexxi l-Quddiesa Konċelebrata tad-9:30am. Mistednin is-Sindku u l-Kusill Lokali: animata mill-kor Santa Klara.
7:30pm serata ta’ mużika fuq iz-zuntier għal kulħadd. Ikollna ikel u xorb għall-bejgħ.

Il-qligħ mill-Festa tingħata donazzjoni lil KARL VELLA FOUNDATION (għaqda li tieħu ħsieb it-tfal ta’ ġenituri morda).

Għal aktar tagħrif ċempel ... 21577088

IL-FESTA T-TAJBA LIL KULHADD