L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

 

Vetustior Glorior

The Augustinian Cloister open weekend 

Kunvent San Mark – 29-30 April 2017

 

Il-komunità Agostinjana fir-Rabat tixtieq tistiednek għall-Open-Weekend li ser isir fil-Kunvent San Mark, biswit il-Knisja San Mark, u li huwa ġawhra arkitettonika. Ma hux soltu li jkun hemm open-weekends fil-kunvent f'Malta. Dan l-open-weekend ser issir b’mod partikolari għall-pubbliku inġenerali s-Sibt 29 u l-Ħadd 30 ta’ April mil-10am sa 7pm. Hija attività ta' fidi, arti, kultura u storja

 

Ser ikun hemm diversi kunċerti:

·         Gig mill-grupp mużikali The Busker – il-Ġimgħa 28 t’April fis-7.30pm quddiem il-Knisja. Dħul b’xejn.

·         Kunċert tal-Orgni mill-organista ta’ fama internazzjonali Wayne Marshall – is-Sibt 29 t’April fis-7.30pm fil-Knisja San Mark. Dħul b’xejn.

·         Lunch-time concert mill-grupp Cordia String Quartet – il-Ħadd 30 t’April fl-12pm fil-Knisja San Mark. Dħul b’xejn.

·         Kunċert tal-Kitarra Klassika minn Bernard Catania – il-Ħadd 30 t’April fis-7.30pm fir-Refettorju l-Antik tal-Kunvent San Mark. Biljetti €5.

 

Apparti dawn il-kunċerti ser ikun hemm

  • ·         guided-tours tal-post,

  • ·         exhibition tal-arti (minn artisti stabilliti u oħrajn ġodda),

  • ·         book exhibition,

  • ·         on-site restoration,

  • ·         lectures/presentations fuq diversi aspetti tal-Kunvent,

  • ·         qari tal-Istqarrijiet ta' Santu Wistin (moqri b'mod professjonali)

  • ·         diversi attivitajiet oħrajn (fosthom għoti tad-Demm).  

 

Għal iktar informazzjoni tista’ żżur il-website www.augustiniancloister.org jew facebook https://www.facebook.com/AugustinianCloister/ 

u l-poster li jinsab f'dan l-avviż aktar 'l isfel.

 

L-għan li għalih ser issir l-open weekend huwa doppju:

1.            Hija opportunità, nistgħu ngħidu unika, li l-pubbliku Malti u barrani jkun jista’ jidħol u jżur post li normalment ikun magħluq għax huwa dar reliġjuża u residenza privata. Tkun opportunità kulturali fejn kull min jixtieq jista’ japprezza mhux biss il-wirt artistiku u arkitettoniku, iżda japprezza wkoll il-ħajja komunitarja tar-reliġjużi Agostinjani, imsejsa fuq il-fidi, li kontribwew mhux ftit għall-ħajja soċjali u reliġjuża tal-pajjiż f’aktar minn 600 sena ta’ storja f’Malta. Nemmnu fil-messaġġ kulturali qawwi li dan kollu għandu għal żminijietna.

 

2.            F’dawn l-aħħar ftit snin il-Komunità Agostinjana wettqet ir-restawr u l-konservazzjoni tal-faċċata tal-kunvent u tal-knisja (tal-Knisja fi Frar li għadda). Nixtiequ ħafna nkomplu dan ir-restawr u konservazzjoni għax nemmnu fil-valur artistiku ta’ din il-binja u l-messaġġ kulturali li twassal. Mid-dħul finanzjarju li qed nittamaw li din l-attività tiġġenera u bl-għajnuna ta’ diversi sponsors, inkunu nistgħu nkomplu l-proġetti ta’ restawr tal-kunvent, li huwa wkoll maħsub għal spazju ta’ inkontru mal-kultura.

 

 

F’isem il-komunità Agostinjana, nawguralkom ħafna affarijiet sbieħ u ħafna paċi fil-qalb tagħkom

 

Tkomplu tkunu f’talbna

fr David Cortis osa