L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 
 

Programm tal-Ġimgħa Mqaddsa 2017

Katidral tal-Assunta, il-Belt Victoria, Għawdex

 

IL-ĦADD 9 t’April  -  Ħadd il-Palm

Illum il-quddies fil-Katidral ikun bħal kull nhar ta’ Ħadd.

10:15am  Tberik tal-palm u ż-żebbuġ u Purċissjoni mit-Telgħa tal-Kastell lejn il-Katidral u wara Konċelebrazzjoni Pontifikali mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral. Mistiedna t-tfal tal-parroċċa flimkien mal-ġenituri tagħhom.

Wara, Mons. Arċipriet ibierek il-Mejda tal-Appostli organizzata mill-Grupp tal-Abbatini fil-Kappella ta’ Santa Barbara u tibqa’ miftuħa sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira.

 

8:00pm JERUSALEM: Fil-Katidral Kunċert ta’ Mużika Sagra mill-Banda Ċittadina Leone taħt id-direzzjoni tas-Surmast Colin Attard. Jieħdu sehem it-tenur Alan Sciberras u l-Aurora Youth Choir. Dħul b'xejn. Siġġijiet jistgħu jiġu riservati fuq info@leone.org.mt jew 79045779.

 


IT-TLIETA  11 t’April - Jum is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni 

6:00am – 8:30am Servizz ta’ qrar minn konfessuri barranin.

5:30pm Jibda servizz ta’ qrar minn konfessuri barranin.

7:45pm Ċelebrazzjoni Penitenzjali Komunitarja bi tħejjija għat-Tridu Mqaddes tal-Għid.  Ikun hemm konfessuri barranin. Mistiedna b’mod partikulari dawk kollha li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-passjoni bħala reffiegħa, persunaġġi, bandisti u organizzaturi.


L-ERBGĦA  12 t’April -  L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

5:00pm L-Arċipriet Mons. Joseph Sultana jmexxi ċelebrazzjoni kateketika għat-tfal kollha tal-parroċċa bi tħejjija għat-Tridu Mqaddes tal-Għid. Jitqassmu il-qagħaq tal-appostli lit-tfal.

7:45pm VIA CRUCIS madwar il-foss u fiċ-Ċittadella għall-Komunità Parrokkjali. Kulħadd mistieden.

 


IL-ĦAMIS  13 t’April -  ĦAMIS IX-XIRKA

9:00am  Konċelebrazzjoni minn Mons. Isqof  Mario Grech, flimkien mas-saċerdoti kollha tad-djoċesi li matulha ssir il-konsagrazzjoni taż-żjut ġodda u t-tiġdid tal-wegħdiet saċerdotali.

7:00pm Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Ikla tal-Mulej minn Mons. Isqof Mario Grech, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu tal-Katidral.  Fi tmiemha, l-Ewkaristija titpoġġa fl-artal tar-ripożiżżjoni għall-qima tal-fidili.  Il-Katidral jibqa’ miftuh sal-11:00pm.

9:00pm Żjajjar tas-seba’ knejjes għall-adoloxxenti u ż-żgħażagħ mill-Vigarju Parrokkjali dun Michael Galea.  Nitilqu bit-trasport mill-parkeġġ tal-Katidral.

10:00pm L-Arċipriet imexxi talb u riflessjonijiet quddiem l-artal tar-ripożizzjoni mnebbħa mid-diskors ta’ Ġesu’ fl-aħħar ċena skont Ġw 13-17.

 


IL-ĠIMGĦA 14 t'April - IL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Illum hemm l-obbligu tas-sawm u l-astinenza. Il-Katidral jiftaħ fis-5.45 am.

9:00am Is-seba’ visti lill-Ewkaristija fl-artal tar-ripożizzjoni mmexxija mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana

3:00pm Azzjoni liturġika bil-qari tar-rakkont tal-passjoni, adorazzjoni tas-Salib u Tqarbin imqaddes.

6:00pm Purċissjoni tal-Passjoni mill-Knisja Katidrali bis-sehem tar-Rev.mu Kapitlu u l-Banda Ċittadina Leone.

 


IS-SIBT 15 t’April  -  SIBT IL-GĦID

Illum hija rrakkomandata s-sawma tal-istennija tal-Għid tal-Mulej.

8:00pm  L-akbar ċelebrazzjoni tas-sena: Mons. Isqof Mario Grech, flimkien mar-Rev.mu Kapitlu jmexxi l-Funzjoni tal-Vġili tal-Għid, u l-Ewkaristija tal-Għid.  Nagħmlu impenn biex inkunu preżenti biex flimkien inġeddu l-fidi tagħna fi Kristu Ħaj.

 


IL-ĦADD 16 t’April -  L-GĦID IL-KBIR

Quddies fil-Katidral; 6:30am; 7:45am; 9:00am; 10:00am; 12:00pm; 5:00pm; 6:00pm; 7:30pm.

10:00am Quddiesa mill-Arċipriet Mons. Joseph Sultana bis-sagrament tal-Magħmudija, li għaliha mistiedna t-tfal kollha bil-familji tagħhom.  Wara l-Quddiesa jitqassmu l-Figolli tal-Għid lit-tfal preżenti.  

10:45am  Manifestazzjoni bl-Istatwa tal-Irxoxt bis-sehem tal-Banda Ċittadina ‘Leone’. Terga’ lura fil-Katidral fis-12.45 pm.

6:00pm Konċelebrazzjoni Pontifikali tal-Għid il-Kbir.

7:30pm  L-aħħar quddiesa.