L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi

Home  

Ikkuntattjana

 

Theology Research Seminars

Id-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika qed jorganizza tmien taħditiet għall-pubbliku dwar temi marbuta mal-fidi u r-reliġjon.

Dawn is-seminars jagħtu l-opportunità lil dawk interessati fl-istudju tat-Teoloġija sabiex jattendu bla ħlas u jisimgħu dwar riċerka teoloġika li studenti fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija jkunu qegħdin jagħmlu fil-livell ta’ masters jew ta’ dottorat.

F’kull sessjoni issir l-ewwel il-preżentazzjoni dwar is-suġġett tar-riċerka, imbagħad ikun hemm ħin għall-mistoqsijiet u d-diskussjoni.

Dawn is-seminars jew taħditiet huma meqjusa mportanti għax joffru spazju opportun fejn kulhadd jitgħallem u jiddiskuti dwar suġġetti interessanti fi sfond professjonali.

L-ewwel taħdita ser issir minn Dorianne Buttigieg (Ph.D. candidate) bit-titlu "Two lungs of the Church of Christ: Ecumenism as one Breath" nhar l-Erbgħa 18 ta’ Jannar 2017 fl-4 pm fil-Boardroom (317) fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

It-tieni taħdita ser issir minn Claudette Schembri (studenta tal-MA in Religious Studies) bit-titlu "The eco-theology of Pope Benedict XVI"  nhar l-Erbgħa 15  ta’ Frar 2017 fl-4 pm fil-Boardroom (317) fil-Fakultà tat-Teoloġija.

Id-dati għas-seminars l-oħra huma: l-15 ta’ Marzu; l-5 ta’ April; is-17 ta’ Mejju; l-11 ta’ Ottubru; l-15 ta’ Novembru; u s-6 ta’ Diċembru 2017.

Tagħrif ieħor jinkiseb b’email lill-Kap tad-Dipartiment fuq john.berry@um.edu.mt jew permezz tat-telefon 2340 2767.