Fid-dar, f’post xieraq, titħejja
l-kuruna tal-Avvent: erba’
xemgħat f’forma ta’ ċirku,
imżejnin b’xi weraq aħdar.
Għalkemm mhux bilfors, tajjeb li
dawn ix-xemgħat ikunu tlieta ta’
kulur vjola, u waħda ta’ kulur
roża.
Kull nhar ta’ Sibt filgħaxija
jew matul il-jum tal-Ħadd, meta
l-familja tkun miġbura kollha
d-dar, isir dan ir-rit li fih,
kull darba tinxtgħel xemgħa,
hekk li minn darba għal oħra,
id-dawl jiżdied: dan ifisser li
Ġesù, li hu d-Dawl, qiegħed
dejjem joqrob. Il-ġenituri
jistgħu jagħtu din it-tifsira
sempliċi lil uliedhom, biex
ikunu jistgħu jgħixu aħjar dan
il-mument ta’ talb.
Matul ir-rit, wieħed
mill-ġenituri jmexxi t-talb.
Ġenitur ieħor, jew wieħed
mill-ulied, jaqraw is-silta
mill-Bibbja.
Tajjeb li kull membru
tal-familja jkollu l-fuljett
tat-talb.
Fl-ewwel Ħadd tal-Avvent
Ix-Xemgħa tal-Profeta
Bidu
Meta tinġabar il-familja, ilkoll
jagħmlu s-sinjal tas-salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u
tal-Ispirtu s-Santu.
R/.
Ammen.
Imbagħad wieħed mill-ġenituri
jgħid:
Infaħħru lil Alla li ħafna drabi
ried jagħti l-ħbiberija tiegħu
lill-bnedmin
u permezz tal-profeti għallimhom
jistennew u jittamaw
fis-salvazzjoni.
R/.
Imbierek Alla għal dejjem.
Il-ġenitur jintroduċi
ċ-ċelebrazzjoni billi jgħid:
Se nibdew iż-żmien tal-Avvent,
anke fil-familja tagħna.
Matul dan iż-żmien il-Mulej
jistedinna nħejju t-triq għal
Ġesù li ġej biex jifdina.
Nixgħelu l-ewwel xemgħa li se
ddawwal din il-mixja.
Din ix-xemgħa trid tfakkarna
fix-xandir tal-profeti
li ħabbru bil-ferħ il-miġja ta’
Ġesù s-Salvatur,
l-Għimmanu-El, Alla magħna.
Qari mill-Bibbja
Qari mill-Ktieb tal-profeta
Isaija
(7,13-14)
Isimgħu, mela, dar David:
mhux biżżejjed għalikom li
tkiddu lill-bnedmin, biex issa
se tkiddu lil Alla tiegħi?
Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom
Sidi stess:
Araw, ix-xebba titqal u tiled
iben, u ssemmih Għimmanu-el.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/.
Irroddu ħajr lil Alla.
Responsorju
Il-profeti kienu ħabbruh.
R/.
Is-Salvatur se jitwieled
mill-Verġni Marija.
Mixgħela tal-ewwel xemgħa
Xi ħadd mit-tfal jixgħel l-ewwel
xemgħa,
waqt li l-membri l-oħra
tal-familja jgħidu flimkien:
Din ix-xemgħa se tixgħel
fid-dar,
għax Ġesù ġej dalwaqt fuq din
l-art!
Il-profeti ħabbruh ilu żmien,
huwa ġej biex jagħtina
l-ħelsien!
Talba
Il-ġenitur, wara li tinxtgħel
ix-xemgħa, jgħid:
Nitolbu.
O Mulej, li bgħatt lill-profeti
biex iħabbru l-miġja ta’ Kristu
Ibnek,
dawwal fuqna d-dija tiegħek,
sabiex, imdawlin mill-Kelma
tiegħek,
nimxu lejk b’qalb ġeneruża u
fidila.
Bi Kristu Sidna.
R/.
Ammen.
Għeluq
Il-ġenitur jagħlaq ir-rit billi
jgħid:
Il-Mulej Alla jberikna u
jħarisna fl-imħabba tiegħu.
R/.
Ammen.
Fil-festa tat-Tnissil bla Tebgħa
ta’ Marija
8 ta’ Diċembru
Jixraq li din it-talba ssir
madwar xbieha ta’ Marija, li
quddiemha jkollha xemgħa
mixgħula u xi fjuri.
Bidu
Meta tinġabar il-familja, ilkoll
jagħmlu s-sinjal tas-salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u
tal-Ispirtu s-Santu.
R/.
Ammen.
Imbagħad wieħed mill-ġenituri
jgħid:
Infaħħru lil Alla li sa minn
dejjem ħares minn kull tebgħa
lill-Verġni Marija
biex hekk tkun l-omm ta’ Ġesù.
R/.
Imbierek Alla għal dejjem.
Il-ġenitur jintroduċi
ċ-ċelebrazzjoni billi jgħid:
Illum qed nagħmlu l-festa
tat-Tnissil bla Tebgħa ta’
Marija.
Inżommu quddiem għajnejna lil
Marija,
omm ta’ Ġesù u omm tagħna,
għaliex hija tista’ turina kif,
matul dan l-Avvent,
nistgħu nitħejjew biex nilqgħu
lil Ġesù.
Qari mill-Bibbja
Qari mill-Vanġelu skont San Luqa
(1,26-37)
Alla bagħat l-anġlu Gabrijel
f’belt tal-Galilija jisimha
Nazaret, għand xebba, mgħarrsa
ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar
ta’ David. Dix-xebba kien
jisimha Marija. L-anġlu daħal
għandha u qalilha:
“Sliem
għalik, mimlija bil-grazzja,
il-Mulej miegħek.”
Hi tħawwdet ħafna għal dan
il-kliem, u bdiet taħseb bejnha
u bejn ruħha x’setgħet qatt
tfisser din it-tislima. Iżda
l-anġlu qalilha:
“Tibżax,
Marija, għax inti sibt grazzja
quddiem Alla. Ara, inti se
tnissel fil-ġuf u jkollok iben u
ssemmih Ġesù...”
Iżda Marija qalet lill-anġlu:
“Kif
ikun dan, ladarba ma nagħrafx
raġel?” Wieġeb l-anġlu u
qalilha:
“L-Ispirtu
s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa
tal-Għoli tixħet id-dell tagħha
fuqek. U għalhekk dak li
jitwieled minnek ikun qaddis, u
jissejjaħ Bin Alla... għal Alla
ma hemm xejn li ma jistax isir.”
Mbagħad qalet Marija:
“Ara,
jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa
jsir minni skond kelmtek!”
Il-Kelma tal-Mulej.
R/.
Tifħir lilek, Kristu.
Responsorju
Sliem għalik,
Marija...
(għal tliet darbiet)
Glorja lill-Missier
u lill-Iben u lill-Ispirtu
s-Santu.
Kif kien mill-bidu, issa u
dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’
dejjem. Ammen.
Talba
Il-ġenitur jgħid:
Nitolbu.
Missier qaddis,
int ridt li, għat-tħabbira
tal-Anġlu,
il-Verġni Marija ssir omm ta’
Ibnek Ġesù:
agħmel li, fuq l-eżempju tagħha,
aħna wkoll nisimgħu u nwettqu
l-Kelma tiegħek,
biex bħalha nkunu tassew hienja.
Bi Kristu Sidna.
R/.
Ammen.
Għeluq
Il-ġenitur jagħlaq ir-rit billi
jgħid:
Il-Mulej Alla jberikna u
jħarisna fl-imħabba tiegħu.
R/.
Ammen.
Fit-tieni Ħadd tal-Avvent
Ix-Xemgħa ta’ Betlehem
Bidu
Meta tinġabar il-familja, ilkoll
jagħmlu s-sinjal tas-salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u
tal-Ispirtu s-Santu.
R/.
Ammen.
Imbagħad wieħed mill-ġenituri
jgħid:
Infaħħru lil Alla li għażel dak
li fid-dinja hu dgħajjef
u lill-belt ċkejkna ta’ Betlehem
għamilha l-benniena tal-Messija.
R/.
Imbierek Alla għal dejjem.
Il-ġenitur jintroduċi
ċ-ċelebrazzjoni billi jgħid:
Inkomplu l-mixja tal-Avvent
fil-familja tagħna.
Illum se nixgħelu t-tieni xemgħa
li se tfakkarna fil-belt ċkejkna
fejn twieled is-Salvatur tagħna,
u se tgħinna naraw kif
il-ħelsien li ġab Ġesù huwa
għad-dinja kollha.
Qari mill-Bibbja
Qari mill-Ktieb tal-profeta
Mikea
(5,1)
U int, Betlehem ta’ Efrata,
ċkejkna fost il-familji ta’
Ġuda,
minnek għad joħroġli
dak li jkun prinċep f’Iżrael;
hu għandu l-bidu tiegħu
mill-qedem,
sa minn dejjem ta’ dejjem.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/.
Irroddu ħajr lil Alla.
Responsorju
Minn Betlehem għad joħroġ
ir-ragħaj ta’ Iżrael.
R/.
Hu jħabbar is-sliem lill-ġnus
kollha.
Mixgħela tat-tieni xemgħa
Xi ħadd mit-tfal jixgħel
it-tieni xemgħa, waqt li
l-membri l-oħra tal-familja
jgħidu flimkien:
Din ix-xemgħa se tixgħel
fid-dar,
għax Ġesù ġej dalwaqt fuq din
l-art!
Fil-grotta ta’ Betlem,
fis-skiet,
se jimla ’l kulħadd bil-barkiet.
Talba
Il-ġenitur, wara li tinxtgħel
ix-xemgħa, jgħid:
Nitolbu.
Missier ħanin,
it-triqat tiegħek mhumiex
it-triqat tagħna,
għinna nimxu warajk,
biex nilqgħu kuljum lil Ġesù,
u agħmel li kull bniedem
jirċievi s-salvazzjoni tiegħek.
Bi Kristu Sidna.
R/.
Ammen.
Għeluq
Il-ġenitur jagħlaq ir-rit billi
jgħid:
Il-Mulej Alla jberikna
u jħarisna fl-imħabba
tiegħu.
R/.
Ammen.
Fit-Tielet Ħadd tal-Avvent
Ix-Xemgħa tar-Rgħajja
Bidu
Meta tinġabar il-familja, ilkoll
jagħmlu s-sinjal tas-salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u
tal-Ispirtu s-Santu.
R/.
Ammen.
Imbagħad wieħed mill-ġenituri
jgħid:
Infaħħru lil Alla li ġej biex
isalva lill-ġnus kollha
u biex jagħti lid-dinja kollha
l-ferħ tassew.
R/.
Imbierek Alla għal dejjem.
Il-ġenitur jintroduċi
ċ-ċelebrazzjoni billi jgħid:
Inkomplu l-mixja tal-Avvent
fil-familja tagħna.
Imiss nixgħelu t-tielet xemgħa:
ix-xemgħa tar-rgħajja u
tal-ferħ.
Waqt li nħarsu lejn ir-rgħajja,
nitħejjew biex nirċievu l-aħbar
ta’ ferħ kbir,
l-aħbar tat-twelid tas-Salvatur
tagħna.
Qari mill-Bibbja
Qari mill-ittra ta’ San Pawl
lir-Rumani
(13,11-12)
Waslet is-siegħa li intom tqumu
min-ngħas,
għax is-salvazzjoni tagħna hi
eqreb minn meta bdejna nemmnu.
Il-lejl għoddu għadda, u qorob
il-jum.
Inwarrbu mela l-għemil tad-dlam
u nilbsu l-armi tad-dawl.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/.
Irroddu ħajr lil Alla.
Responsorju
Il-Mulej hu fil-qrib: ma
jiddawwarx.
R/.
Hu se jidher lil kull min qed
jistennieh.
Mixgħela tat-tielet xemgħa
Xi ħadd mit-tfal jixgħel
it-tielet xemgħa, waqt li
l-membri l-oħra tal-familja
jgħidu flimkien:
Din ix-xemgħa se tixgħel
fid-dar,
għax Ġesù ġej dalwaqt fuq din
l-art!
Se nisimgħu bħar-rgħajja
l-aħbar,
li Ġesù jinsab fqajjar fil-għar.
Talba
Il-ġenitur, wara li tinxtgħel
ix-xemgħa, jgħid:
Nitolbu.
Alla, Missier tagħna,
qajjimna min-ngħas u għenna
nkunu lesti,
biex nilqgħu l-aħbar ta’ ferħ
tat-twelid tas-Salvatur,
u ngħixu fil-hena tiegħek.
Bi Kristu Sidna.
R/.
Ammen.
Għeluq
Il-ġenitur jagħlaq ir-rit billi
jgħid:
Il-Mulej Alla jberikna
u jħarisna fl-imħabba
tiegħu.
R/.
Ammen.
Fir-raba’ Ħadd tal-Avvent
Ix-Xemgħa tal-Anġli
Bidu
Meta tinġabar il-familja, ilkoll
jagħmlu s-sinjal tas-salib:
Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u
tal-Ispirtu s-Santu.
R/.
Ammen.
Imbagħad wieħed mill-ġenituri
jgħid:
Infaħħru lil Alla li jibgħat
lill-anġli jagħtu aħbarijiet
tajba,
hekk li permezz tagħhom sirna
nafu bit-twelid tal-Messija.
R/.
Imbierek Alla għal dejjem.
Il-ġenitur jintroduċi
ċ-ċelebrazzjoni billi jgħid:
Inkomplu l-mixja tal-Avvent
fil-familja tagħna.
Dalwaqt jasal il-Milied, u llum
nixgħelu r-raba’ xemgħa.
Ejjew niftħu widnejna biex
nisimgħu l-kant tal-anġli
li qed iħabbru l-miġja ta’ Ġesù.
Qari mill-Bibbja
Qari mill-Ktieb tal-profeta
Isaija
(52,8-9)
Ismagħha l-għajta!
L-għassiesa tiegħek għollew
leħenhom,
lkoll flimkien jgħajtu bil-ferħ,
għax raw b’għajnejhom
lill-Mulej rieġa’ lura f’Sijon.
Intom, ħerbiet ta’ Ġerusalemm,
għajtu lkoll bil-ferħ,
għax farraġ il-Mulej il-poplu
tiegħu, feda lil Ġerusalemm.
Il-Kelma tal-Mulej.
R/.
Irroddu ħajr lil Alla.
Responsorju
Glorja ’l Alla fil-għoli
tas-sema.
R/.
U paċi fl-art lill-bnedmin li hu
jħobb.
Mixgħela tar-raba’ xemgħa
Xi ħadd mit-tfal jixgħel
ir-raba’ xemgħa,waqt li l-membri
l-oħra tal-familja jgħidu
flimkien:
Din ix-xemgħa se tixgħel
fid-dar,
għax Ġesù ġej dalwaqt fuq din
l-art!
Żdied id-dawl, żdied il-ferħ u
s-sliem,
għax Ġesù ġej biex jagħti
l-ħelsien.
Talba
Il-ġenitur, wara li tinxtgħel
ix-xemgħa, jgħid:
Nitolbu.
O Alla li tista’ kollox,
agħmel li l-Iben tiegħek li sar
bniedem
idawwal lill-qalb tagħna,
idawwal lill-familja tagħna,
biex isaltnu fostna l-ferħ u
l-paċi.
Bi Kristu Sidna.
R/.
Ammen.
Għeluq
Il-ġenitur jagħlaq ir-rit billi
jgħid:
Il-Mulej Alla jberikna u
jħarisna fl-imħabba tiegħu.
R/.
Ammen.
|