Home          |          Email          |                                                                                                               Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

KUNSILL PREŻENTI

TAS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI

 

 

Delegat tal-Arċisqof ...

Mr Joe Farrugia.

 

Membri ...

Ms Sandra Agius.

Ms Vivienne Attard.

Ms Miriam Bartolo.

Mr JohnMary Borg.

Ms Maria Borg.

Ms Ninette Borg Grech.

Fr Saviour Grima OSA.

Ms Patricia Cini

Ms Flavia Grima.

Mr Joe Huber.

Dr Joe Psaila Savona.

Dr Stephen Zammit.

 

 

Segretarja tal-Kunsill ...

Ms Irene Saliba.

 

IS-SEGRETARJAT GĦAL-LAJĊI

B’digriet tal-21 ta’ Nopvembru 1979, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca waqqaf fil-Kurja, Uffiċċju għal-Lajċi, bil-għan li jiggwida, jinkoraġgixxi u jgħin l-appostolat kollu li jsir mil-lajċi nsara f’Malta.

B’digriet tat-3 ta’ Diċembru 1986, flimkien ma’ Segretarjati oħra, twaqqaf ukoll is-Segretarjat għal-Lajċi li ħa l-post tal-Uffiċċju għal-Lajċi, biex b’hekk iseħħ dak li kien talab il-Pjan Pastorali 1986 – 1991 f’dak li għandu x’jaqsam ma’  l-appostolat tal-lajċi. 

B’digriet ieħor tas-7 ta’ Marzu 1988, ingħataw regoli u direttivi dwar il-xogħol ta’ dan is-Segretarjat. Skond dan id-digriet, il-Kap tas-Segretarjat huwa d-Delegat ta’ l-Arċisqof, li bħala rappreżentant tiegħu janima u jikkoordina l-ħidma tal-entijiet attivi fl-oqsma li jħaddan u filwaqt li jirrispetta l-awtonomija xierqa tagħhom, jara li din il-ħidma tiġi dejjem ‘il quddiem. 

Sabiex ikun jista’ jagħmel sewwa l-ħidma tiegħu, is-Segretarjat ikollu Kunsill li fuqu jkunu rappreżentanti l-entijiet fl-Arċidjoċesi li jaħdmu fil-qasam tas-Segretarjat.  Dan il-Kunsill għandu jgħin lid-Delegat..

q   fit-tħaddim tal-Pjan Pastorali tal-Arċidjoċesi,

q   fit-tfassil ta’ policies fil-qasam tal-lajċi qabel dawn jitressqu permezz tas-Segreterija Pastorali għall-approvazzjoni definitiva ta’ l-Arċisqof, u

q   fl-ippjanar, organiżżazzjoni u koordinament ta’ l-entijiet u persuni attivi f’dan il-qasam, skond il-policies tal-Arċidjoċesi.

Skond id-digriet ta’ Mons. Arċisqof, il-Kunsill tas-Segretarjat għandu jaqdi dawn il-funzjonijiet tiegħu bil-pariri u s-suġġerimenti li jagħti lid-Delegat fil-laqgħat tal-Kunsill, kif ukoll b’forom oħra ta’ ħidma u kollaborazzjoni skond il-possibiltajiet tal-membri.

Id-digriet jispeċifika wkoll li minbarra d-Delegat tal-Arċisqof għal-Lajci, dan il-Kunsill għandu jkun kompost ukoll minn ...

q   Erba’ rappreżentanti tal-Forum tal-Għaqdiet u Movimenti Kattoliċi tal-Lajċi.

q   Żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ.

q   Rappreżentant tal-Kummissjoni Djoċesana Familja.

q   Rappreżentant tal-Kunsill Djoċesan għat-Tfal.

q   Rappreżentant lajk mill-kategorija tal-intelletwali jew professjonisti.

q   Rappreżentant lajk mill-kategorija tal-ħaddiema industrijali.

q   Żewġ lajċi (raġel u mara) impenjati fl-appostolat.

q   Saċerdot impenjat fil-qasam tal-appostolat tal-lajċi.

Id-delegat preżenti huwa s-Sur Joe Farrugia li nħatar minn Mons Arċisqof Pawl Cremona OP b’digriet mogħti mill-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta fis-16 ta’ Settembru 2008.  Il-Kunsill preżenti tas-Segretarjat għal-Lajċi kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fit-28 ta’ Jannar 2009.