It-Tnejn 2 ta’ Mejju 2016
													
													
													
													
													Il-persekuzzjonijiet, kbar 
													jew żgħar, huma l-prezz tax-xhieda 
													Nisranija
													
													
													L-Ispirtu s-Santu jtina l-qawwa 
													biex inkunu xhieda ta’ Ġesù, 
													fil-persekuzzjonijiet 
													il-kbar li fihom wieħed 
													jasal biex jagħti ħajtu kif 
													ukoll fiż-żgħar li jiġu 
													mit-tqassis u l-kritika.
													
													Waqt l-omelija fid-dar Santa 
													Marta dalgħodu, il-Papa 
													Franġisku qal li qed noqorbu 
													lejn il-Pentekoste u l-qari 
													qed ikellimna dejjem aktar 
													dwar l-Ispirtu s-Santu. L-Atti 
													tal-Appostli jgħidulna li l-Mulej 
													miss il-qalb ta’ mara jisima’ 
													Lidia, bejjiegħa tal-porpra 
													fil-belt ta’ Tiàtira, hi u 
													tisma kliem Pawlu.
													
													Din il-mara, kompla l-Papa, 
													ħasset xi ħaġa ġo fiha li 
													mbuttata biex tgħid: ‘Dan 
													veru! Jien naqbel ma dak li 
													qed jgħid dar-raġel, dan 
													ir-raġel li qed jagħti xheda 
													ta’ Ġesù Kristu. Hu minnu 
													dak li qed jgħid!’
													
													Imma min miss il-qalb ta’ 
													din il-mara? Min qalilha: 
													Isma’, għax din hi l-verità? 
													Hu l-Ispirtu s-Santu, li 
													ġiegħel lil dil-mara tħoss 
													li Ġesù hu l-Mulej; li 
													ġagħalha tħoss li fi kliem 
													Pawlu kien hemm is-salvazzjoni; 
													li ġagħalha tħoss din ix-xhieda. 
													L-Ispirtu jagħti xhieda ta’ 
													Ġesù. U kull darba li aħna 
													f’qalbna nħossu xi ħaġa li 
													tqarribna lejn Ġesù, ikun l-Ispirtu 
													li qed jaħdem fina.
													
													Il-Vanġelu jkellimna dwar 
													xhieda doppja: dik 
													tal-Ispirtu li jtina x-xhieda 
													ta’ Ġesù u x-xhieda tagħna. 
													Aħna xhieda tal-Mulej 
													bil-qawwa tal-Ispirtu. Ġesù 
													jistieden lid-dixxipli biex 
													ma jeħdux skandlu, għax ix-xhieda 
													ġġorr magħha l-persekuzzjonijiet. 
													Ibda mill-persekuzzjonijiet 
													iż-żgħar tat-tqassis, 
													tal-kritika, sal-kbar li 
													bihom hi mimlija l-istorja 
													tal-Knisja, li twassal 
													lill-Insara saħansitra biex 
													jagħtu ħajjithom.
													
													Ġesù jgħidilna, kompla 
													Franġisku, li dan hu l-prezz 
													tax-xhieda Kristjana. 
													“Ikeċċukom mis-sinagogi; 
													anzi tasal is-siegħa li kull 
													min jolqtolkom jaħseb li qed 
													jagħti qima lil Alla”.
													
													Bil-qawwa tal-Ispirtu, in-Nisrani 
													jagħti xhieda li l-Mulej hu 
													ħaj, li l-Mulej qam, li l-Mulej 
													jinsab fostna, li l-Mulej 
													jiċċelebra magħna l-mewt 
													tiegħu, il-qawmien, kull 
													darba li nersqu lejn 
													l-altar.
													
													In-Nisrani jagħti xhieda, 
													bl-għajnuna tal-Ispirtu, 
													fil-ħajja ta’ kuljum bil-mod 
													kif iġib ruħu. Din hi x-xhieda 
													kontinwa tan-Nisrani. Imma 
													ħafna drabi din ix-xhieda 
													tipprovoka attakki, 
													persekuzzjonijiet.
													
													L-Ispirtu s-Santu li 
													għarrafna lil Ġesù, hu l-istess 
													wieħed li jimbuttana biex 
													insiru nafuh, mhux tant 
													bil-kliem daqskemm 
													bix-xhieda ta’ ħajjitna.
													Tajjeb nitolbu lill-Ispirtu 
													s-Santu, temm il-Papa, biex 
													jinżel f’qalbna, ħalli nkunu 
													xhieda ta’ Ġesù; ngħidulu: 
													Mulej, jalla ma nitbiegħedx 
													minn Ġesù.
													
													Għallimni dak li għallem 
													Ġesù. Fakkarni dak li qal u 
													għamel Ġesù u għinni wkoll 
													biex inkun xhud ta’ dawn l-affarijiet. 
													Biex il-mondanità, l-affarijiet 
													faċli, il-ħwejjeġ li jiġu 
													propju minn missier il-gideb, 
													mill-prinċep tad-dinja, id-dnub, 
													ma jbegħdunix mix-xhieda.