LAIKOS.org

Segretarjat għal-Lajċi, Malta.

 

2

Papa Franġisku jawgura lill-predeċessur tiegħu f’għeluq sninu

Il-Papa Franġisku u l-Papa Emeitu Benedittu XVI fil-laqgħa li kellehom fit-23 ta’ Marzu 2013

 

Vatikan, 16 ta' April 2013:

Papa Franġisku awgura l-isbaħ xewqat f’għeluq snin il-predeċessur tiegħu, il-Papa Emeritus Benedittu XVI. Fi ftuħ iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika tat-Tlieta filgħodu fil-kappella Sanctae Marthae, il-Papa stieden lil dawk preżenti jiftakru li kien il-jum li fih Benedittu XVI jiċċelebra għeluq sninu. Huwa stieden lill-preżenti sabiex joffru l-quddiesa għall-bżonnijiet tiegħu, biex il-Mulej ikun miegħu, jagħtih il-paċi u l-konsolazzjoni.

Iktar kmieni matul l-għodwa, Franġisku ċempel lill-predeċessur tiegħu u awguralu. Wassal ukoll it-tislijiet lil ħuh Mons Georg Ratsinger li għal ftit jiem kien f’Castel Gandolfo proprju biex jiċċelebra ma’ ħuh din l-okkażjoni speċjali fi spirtu ta’ fraternita, hu li se jkun qed jiċċelebra l-festa tal-qaddis tiegħu San Ġorġ fit-23 jum ta’ dan ix-xahar.

 

 

Il-Papa Emeritu XVI ma' ħuh Mons Georg Ratzinger

 

Ara aktar riżorsi minn jew dwar il-Papa Franġisku.

Sit Uffiċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta                                                                                                                                                         http://www.laikos.org