Giuseppe Bertello
|
Maħtura
tmien Kardinali biex jgħinu lill-Papa Franġisku
fit-Tmexxija
u r-Riforma tal-Knisja u l-Kurja Rumana
Belt tal-Vatikan,
13 April 2013:
Dalgħodu, għeluq ix-xahar mill-elezzjoni ta’ Franġisku bħala
suċċessur ta’ Pietru u Isqof ta’ Ruma, tħabbar li l-Papa ħatar
tmien kardinali biex jiffurmaw kunsill permanenti biex jgħinuh
fit-tmexxija tal-Knisja u fir-riforma tal-Kurja Rumana. Il-kunsill
huwa magħmul minn kardinali mill-kontinenti tal-Afrika, l-Asja,
l-Awstralja u l-Ewropa, flimkien ma' kardinali mill-Amerka ta’
Fuq, l-Amerka Ċentrali u l-Amerka t’Isfel. Il-grupp fih biss
uffiċjal wieħed tal-Vatikan.
|
“Franġisku,
sewwi l-Knisja tiegħi
!” |
Wieħed
mill-membri ta’ dan il-kunsill huwa l-Kardinal
Giuseppe Bertello,
Taljan u llum iservi bħala president tal-Kummissjoni Pontifiċja
tal-Istat tal-Vatikan. Kardinal ieħor f’dan il-kunsill huwa iċ-Ċilen,
Francisco
Javier Errázuriz Ossa,
Arċisqof Emeritu ta’ Santiago fiċ-Cili. Hemm ukoll l-Indjan,
Kardinal Oswald Gracias;
Arċisqof ta’ Bombay, fl-Indja; il-Ġermaniż;
Kardinal Reinhard
Marx,
Arċisqof
ta’ Munich u Frisinga fil-Ġermanja; il-Kardinal Mill-Kongo,
Laurent Monsengwo Pasinya li huwa Arċisqof ta’ Kinshasa
fil-Kongo; Il-Kardinal mill-Istati Uniti tal-Amerka,
Sean Patrick O’Malley, Arċisqof ta’ Boston; il-Kardinal
Awstraljan,
George Pell, Arċisqof ta’ Sydney; il-Kardinal mill-Honduras,
Oscar Andrés Rodríguez Maradiaga, Arċisqof ta’ Teucigalpa,
li se jkun qed jikkordina l-grupp. Bħala Segretarju ta’ dan
il-Kunsill, il-Papa Franġisku ħatar lill-Isqof
Marcello Semeraro ta’ Albano, id-Djoċesi fejn hemm Castel
Gandolfo.
Andrés Rodríguez Maradiaga li ser jikkordina
l-grupp
L-ewwel laqgħa ta’ dan il-kunsill permanenti tal-Papa ser issir
bejn l-1 u 3 ta’ Ottubru li ġej, imma l-Papa Franġisku diġŕ
qiegħed f’kuntatt ma’ dawn il-Kardinali. Huwa interessanti li
wieħed jinnota li f’dan il-grupp ta’ kardinali la hemm
is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, Tarcisio Bertone u lanqas
ħadd dawk li jmexxu d-dekasteri differenti tal-Kurja Rumana.
Infatti l-uniku wieħed mit-tmien kardinali li għandu
responsabiltŕ f’Ruma huwa Bertello.
Marcello Semeraro, Segretarju tal-grupp
|