WARA
TMINTAX-IL SENA
Monument
Ħaj
għaċ-Ċentinarju
tal-Kungress Ewkaristiku
Internazzjonali
(1913-2013)
It-Tlieta 24 ta’
Settembru 2013, Mons
Arċisqof Pawl Cremona OP
ser jinawgura
uffiċċjalment
l-Adorazzjoni
Ewkaristika Perpetwa.
Din se ssir fil-Knisja
Parrokkjali ta’ San
Publiju, il-Floriana,
b’Quddiesa li tibda
fis-6.30p.m. u wara ssir
Proċessjoni
bl-Ewkaristija
għall-Kappella
tal-Adorazzjoni Perpetwa
fiċ-Ċentru Annunzjata,
fi Triq Anton Agius.
Ikklikkja fuq
ir-ritratt għal
stampa akbar. |
Aktar
minn ħamsin sena ilu,
is-Sorijiet Ulied
il-Qalb ta’ Ġesu’ kienu
fetħu il-Knisja
tal-Ispirtu s-Santu fiz-|ejtun
għall-Adorazzjoni
tal-Ewkaristija b’mod
perpetwu, iġifieri lejl
u nhar, erbgħa w għoxrin
siegħa kuljum, sebgħat
ijiem fil-ġimgħa.
Is-Sorijiet kienu jieħdu
siegħa kull wieħed, biex
hekk jagħmlu katina ta’
adorazzjoni li ma
taqtgħax. Huma kienu
joffru l-adorazzjoni u
s-sagrifiċċji tagħhom
għall-bzonnijiet
tal-Knisja, magħmula
l-aktar mil-lajċi,
mill-familji u miz-zgħazagħ.
Izda,
disgrazzjatament, illum
ninsabu fi krizi
ta’ vokazzjonijiet;
is-sorijiet kibru
fl-eta’ u naqsu.
Għalhekk, dawn
is-sorijiet ma setgħux
ikomplu l-impenn tagħhom
u din l-Adorazzjoni
waqfet milli tkun
perpetwa xi tmintax-il
sena ilu. |
Illum
huwa
z-zmien
tal-lajċi. Numru ta’
lajċi, fosthom anke
zgħazagħ,
qed iħossu l-bzonn
illi, biex Malta tkun
evanġelizzata mill-ġdid,
u biex jerġa’ jitqajjem
fostna l-Maltin
l-ispirtu missjunarju u
jerġa’ jkollna qawmien
ta’ vokazzjonijiet
ġodda, ta’
evanġelizzaturi ġodda,
ta’ nies li saħansitra
jikkonsagraw ħajjithom
għall-evanġelizzazzjoni
ġdida madwar id-dinja,
terġa’ tinbeda
l-Adorazzjoni
Ewkaristika Perpetwa.
Ħafna lajċi, ġejjin minn
diversi parroċċi minn
madwar Malta, diġa bdew
jagħmlu Siegħa
Adorazzjoni fil-ġimgħa.
Għalhekk, mit-Tnejn 23
sal-Ġimgħa 27 ta’
Settembru se ssir Ġimgħa
Ewkaristika li ser
titmexxa minn Don
Alberto Pacini, promotur
internazzjonali
tal-Adorazzjoni
Perpetwa. Don Alberto
ġej mid-Djoċesi ta’
Ruma, fejn iservi bħala
Rettur tal-Bazilika
antika ta’
Sant’Atanasja. Wara li
għamlet sbatax-il sena
magħluqa, illum din
il-Bazilika
ħdejn il-Foro Romano,
hija ċentru ta’
spiritwalita’, ta’
formazzjoni u ta’
karita’, li tiġbed
kwantita’ kontinwa ta’
nies madwar
l-Ewkaristija. Barra li
se sservi bħala mument
ta’ formazzjoni
Ewkaristika, din
il-Ġimgħa Ewkaristika se
sservi biex issir sejħa
għal dawk li jħossu li
għandhom jieħdu sehem
f’dan il-proġett, billi
joffru Siegħa
Adorazzjoni fil-ġimgħa,
ħalli f’Malta jerġa’
jkun hawn l-Adorazzjoni
Ewkaristika Perpetwa.
Dan għandu jkun bħal
monument ħaj fl-okkazjoni
taċ-Ċentinarju
mill-Kungress
Ewkaristiku
Internazzjonali illi
l-Knisja Maltija għada
kemm fakkret f’Ġunju li
għadda.
Aktar
informazzjoni: Fr Paul
Fenech 99802290,
info@disciplesofjesus.org.mt
Ara t-test bl-Ingliż
►
Ara il-poster
bid-dettalji kollha
tal-prgramm
►
|