L

A

I

K

0

S

Segretarjat għal-Lajċi tal-Arċidjoċesi ta' Malta

Home  

Ikkuntattjana

 

 

 

Il-Missjunarji tal-Ħniena fis-Sena tal-Ġublew 2015 - 2016

 

Fr Paul Fenech, magħżul mill-Papa Franġisku biex ikun Missjunarju tal-Ħniena fil-Knisja f'Malta.

Fr Marcello Ghirlando, magħżul mill-Papa Franġisku bħala Missjunarju tal-Ħniena fil-Knisja f'Għawdex.

PROGRAMM TA' JUM IL-ĦNIENA FIL-PARROĊĊI

Jum il-Ħniena ikun iċċelebrat dejjem fil-ġurnata tal-Ġimgħa bil-programm kif jidher hawn. 

⇨  Fit-3:00 pm  Espożizzjoni tas-Sagrament u kurunella tal-Ħniena Divina. Wara tkompli l-adorazzjoni fis-skiet.

⇨  Il-Missjunarju jkun preżenti għall-Qrar.

⇨  Fil-ħin li soltu ssir il-quddiesa ta' filgħaxija ssir repożizzjoni tas-Santissmu Sagrament  u wara quddiesa animata mill-Worship Ministry tal-Komunità Dixxipli ta' Ġesù.

 Wara l-quddiesa terġa ssir espożizzjoni mill-ġdid tas-Santissmu Sagrament.

 Fis-7:00 pm issir priedka dwar il-Ħniena ta' Alla mill-Missjunarju tal-Ħniena.

 Fis-7:30 pm il-Missjunarju, flimkien ma'  saċerdoti mill-parroċċa u mill-Unita' Pastorali jkunu għall-Qrar.  Issir adorazzjoni animata waqt li l-       Membri tal-Komunita' Dixxipli ta' Ġesu' jkunu disposti biex jitolbu ma' dawk li jkollhom il-bżonn.

 Fit- 8:15 pm  Tkompli l-adorazzjoni fis-skiet sakemm jintemm il-Qrar.

IL-MISSJUNARJI TAL-ĦNIENA

Sinjal tal-għożża ta’ omm li għandha l-Knisja għall-Poplu ta’ Alla

Fir-Randan ta’ din is-Sena Mqaddsa bi ħsiebi nibgħat il-Missjunarji tal-Ħniena.  Ikunu sinjal tal-għożża ta’ omm li għandha l-Knisja għall-Poplu ta’ Alla, biex tidħol b’mod qawwi fl-għana ta’ dan il-misteru hekk fundamentali għall-fidi.  Dawn ikunu saċerdoti li nagħtihom l-awtorità li jaħfru anki d-dnubiet riservati għas-Sede Appostolika, biex jidher b’mod ċar il-kobor tal-mandat tagħhom.  Ikunu, fuq kollox, sinjal ħaj ta’ kif il-Missier jilqa’ lil dawk li qed ifittxu l-maħfra tiegħu.  Ikunu missjunarji tal-ħniena għax isiru għal kulħadd bennejja ta’ dik il-laqgħa mimlija umanità, għajn ta’ ħelsien, għanja bir-responsabbiltà biex jingħeleb kull xkiel u wieħed jerġa’ jsib il-ħajja ġdida tal-Magħmudija.  Fil-missjoni tagħhom iħallu jmexxihom kliem l-Appostlu: “Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd” (Rum 11:32).  Fil-fatt kulħadd, bla eċċezzjoni, hu msejjaħ jilqa’ s-sejħa għall-ħniena.  Il-missjunarji jgħixu din is-sejħa bl-għarfien li jistgħu jserrħu ħarsithom fuq Ġesù, “il-qassis il-kbir, ħanin u fidil” (Lhud 2:17). 

Nitlob lil ħuti l-Isqfijiet biex jistiednu u jilqgħu lil dawn il-Missjunarji, biex ikunu qabelxejn predikaturi konvinċenti tal-ħniena.  Jiġu organizzati fid-Djoċesijiet “missjonijiet popolari”, hekk li dawn il-Missjunarji jistgħu jkunu ħabbara tal-ferħ tal-maħfra.  Jiġu mitluba jiċċelebraw is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni għall-poplu, biex iż-żmien ta’ grazzja mogħti mis-Sena Ġubilari jippermetti lil tant ulied imbiegħda li jerġgħu jsibu triqthom lejn id-dar tal-missier.  Ir-Ragħajja, speċjalment matul iż-żmien qawwi tar-Randan, ħa jaraw li jsejħu mill-ġdid lill-fidili biex jersqu “lejn it-tron tal-grazzja, biex naqilgħu ħniena u nsibu f’waqtha l-grazzja li neħtieġu” (Lhud 4:16). 

Paragrafu 18 tal-Misericordiae Vultus tal-Papa Franġisku

 

Fr Paul Fenech

Missjunarju tal-Ħniena

għall-Knisja f'Malta

Jekk ikollok bżonn tkellem lil Fr Paul tista' jew iċċempillu fuq 99802290 inkella tiktiblu email fuq acefpaul@gmail.com.

L-Iskop tal-Ġublew tal-Ħniena

Dejjem hemm bżonn nikkontemplaw il-misteru tal-ħniena. (§2)  Hemm waqtiet li fihom b’mod aqwa aħna msejħin inwaqqfu ħarsitna fuq il-ħniena biex aħna stess insiru sinjal effikaċi tal-Missier li jaħdem f’ħajjitna. (§3)  Il-kredibbiltà tal-Knisja tgħaddi mit-triq tal-imħabba ħanina u kollha kompassjoni. (§10)  Biex inkunu kapaċi nħennu, l-ewwel nett irridu nisimgħu l-Kelma ta’ Alla.  Dan ifisser li nsibu mill-ġdid il-valur tas-skiet biex nimmeditaw il-Kelma li titħabbrilna. (§13)  Fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni Alla jaħfer id-dnubiet, li huma tassew imħassra; madankollu, tibqa’ l-marka negattiva li d-dnubiet ħallew fil-mod kif inġibu ruħna u naħsbu.  Imma l-ħniena ta’ Alla hi aqwa minn dan ukoll.  Hi ssir indulġenza tal-Missier li permezz tal-Għarusa ta’ Kristu jilħaq il-midneb maħfur u jeħilsu minn kull fdal tal-konsegwenza tad-dnub, u jagħmlu kapaċi jaġixxi bi mħabba, biex jikber fl-imħabba iktar milli jerġa’ jaqa’ fid-dnub. (§22)”

Mill-Misericordiae Vultus tal-Papa Franġisku

Dati ta' Jum il-Ħniena għall-parroċċi

1   April

8

29

 

6   Mejju

13

27

 

10   Ġunju

17

24

 

1   Lulju

8         

22

29

 

9   Settembru

16

23

30

 

7   Ottubru

14

28

 

4   Novembru

11

18

Mellieħha

B’Kara San Ġużepp Ħaddiem.

Floriana

 

Msida

Hamrun  San Gejtanu

Dingli

 

Santa Venera

L-Iklin

Balzan

 

Fgura

Mosta

Birżebbuġa

Żabbar

 

Sliema  Ġesù Nazzarenu

Qrendi

Sliema  San Girgor

Marsa SS Trinita

 

Ħaż-Żebbuġ

Ħal Tarxien

Balluta

 

Bormla

San Ġwann

Senglea

⇨  Għal aktar dettalji dwar il-Ġublew tal-Ħniena fittex hawn ...