|
MESSAĠĠ
TAL-QDUSIJA TIEGĦU
L-PAPA FRANĠISKU
GĦAT-XXVIII
JUM DINJI TAL-MARID
11
ta’ Frar
2020
“Ejjew għandi, intom ilkoll li
tinsabu mħabbtin u mtaqqlin,
u jiena nserraħkom”
(Mt 11:28)
Għeżież
ħuti,
1. Il-kelmiet li qal
Ġesù:
“Ejjew
għandi, intom ilkoll li tinsabu
mħabbtin u mtaqqlin, u jiena
nserraħkom”
(Mt 11:28)
juru l-mixja misterjuża
tal-grazzja li turi ruħha
fis-sempliċi u li tagħti
mistrieħ lill-imħabbtin u l-imtaqqlin.
Dawn il-kelmiet jesprimu s-solidarjetà
tal-Iben ta’ Alla,
Ġesù
Kristu, quddiem umanità
mħabbta u fit-tbatija.
Kemm persuni jbatu fil-ġisem u
fl-ispirtu! Huwa jsejjaħ
lil kulħadd
lejh:
“Ejjew għandi”, u jwegħedhom
is-serħan u l-mistrieħ.
“Meta
Ġesù
jgħid dan, għandu quddiem
għajnejh il-persuni li jiltaqa’
magħhom
kuljum fit-toroq tal-Galilija:
ħafna nies sempliċi, foqra,
morda, midinbin, emarġinati u
mtaqqlin
mit-toqol tal-liġi u mis-sistema
soċjali oppressiva…
Dawn in-nies dejjem fittxewh
biex jisimgħu kelmtu – kelma li
tagħti
t-tama”
(Angelus,
6
ta’
Lulju 2014).
Fit-XXVIII Jum Dinji tal-Marid,
Ġesù
jistieden lill-morda u lill-imġarrbin,
lill-foqra li jafu li jiddependu
kompletament minn Alla u li,
feruti bit-toqol tal-prova,
għandhom bżonn il-fejqan.
Ġesù
Kristu,
lil
dawk li jgħixu fit-turment is-sitwazzjoni
proprja
tagħhom ta’ fraġilità,
tbatija u dgħufija, ma jimponix
fuqhom liġijiet, iżda joffrilhom
ħnientu, jiġifieri l-persuna
tiegħu li sserraħ.
Ġesù
jħares lejn l-umanità
feruta.
Huwa għandu għajnejn li jaraw,
li jintebħu, għaliex iħarsu fil-fond
u
ma jżebbġux
b’mod indifferenti, iżda jieqfu
u jilqgħu l-bniedem sħiħ, kull
bniedem fil-kundizzjoni ta’ saħħtu,
mingħajr ma jwarrbu lil ħadd,
jistiednu lil kull wieħed biex
jidħol fih biex jagħmel esperjenza
ta’ ħlewwa.
2. Għaliex
Ġesù
Kristu jħaddan dawn is-sentimenti?
Għaliex
hu
stess sar dgħajjef, għadda
mit-tbatija
umana
u wara rċieva serħan mill-Missier.
Fil-fatt,
dawk biss li jgħaddu minn din l-esperjenza
jkunu kapaċi
jfarrġu lil
ħaddieħor. Huma diversi l-forom
gravi ta’ tbatija: mard li ma
jitfejjaqx jew kroniku,
patoloġiji psikiċi, dawk li
jeħtieġu riabilitazzjoni jew
kura paljattiva, id-diżabbiltajiet
varji, il-mard fit-tfal u tax-xjuħija…
F’dawn iċ-ċirkustanzi xi minn
daqqiet tinħass nuqqas ta’
umanità
u għalhekk ikun meħtieġ li
wieħed jippersonalizza t-trattament
mal-marid, iżid mal-kura li
tingħata dik l-attenzjoni
partikolari, biex ikun hemm
fejqan uman sħiħ. Fil-marda l-persuna
ma tħosshiex
biss mhedda fl-integrità
fiżika tagħha, iżda wkoll fid-dimensjoni
relazzjonali, intellettwali,
affettiva, spiritwali; u
għalhekk tistenna sostenn,
solleċitudni, attenzjoni…
insomma,
tistenna l-imħabba. Barra minn
hekk mal-marid hemm
il-familja
tiegħu
li qed tbati u hija wkoll titlob
il-faraġ
u li nkunu qrib tagħha.
3. Għeżież ħuti morda, il-mard
ipoġġikom f’qagħda partikolari
fost dawk li huma “mħabbtin
u mtaqqlin”,
u jiġbdu l-ħarsa u l-qalb ta’
Ġesù.
Mingħandu jiġi d-dawl għal dawk
il-mumenti mudlama tagħkom,
it-tama fil-qtigħ il-qalb
tagħkom. Huwa jistedinkom biex
tmorru għandu:
“Ejjew”.
Fil-fatt, l-inkwiet u l-mistoqsijiet
li
jqumu fikom
f’dan “il-lejl” tal-ġisem u
tal-ispirtu.
Fih
issibu
l-qawwa li tissuperawhom. Iva,
Kristu ma taniex
riċetti, iżda bil-passjoni,
il-mewt u l-qawmien tiegħu
jeħlisna mill-ħażen li
jgħaffiġna.
F’dawn il-kundizzjonijiet
għandkom bżonn żgur ta’ post
fejn titrejqu. Il-Knisja trid
tkun dejjem iktar u dejjem aħjar
dik “il-lukanda” tas-Samaritan
it-tajjeb
li
semma
Kristu (ara Lq 10:34),
jiġifieri d-dar li fiha tistgħu
ssibu l-grazzja tiegħu li
tesprimi ruħha fil-familjarità,
fl-akkoljenza, fis-serħan. F’din
id-dar tistgħu tiltaqgħu ma’
persuni li, imfejqa mill-ħniena
ta’ Alla fid-dgħufijiet tagħhom,
ikunu kapaċi jgħinukom iġġorru
s-salib billi tagħmlu
mill-feriti proprji
tagħkom fetħa, li minnha tħarsu
lejn l-orizzont lil hinn
mill-marda tagħkom u tirċievu
d-dawl u n-nifs għal ħajjitkom.
F’din il-ħidma ta’ serħan
mal-aħwa
morda
jsib
postu s-servizz tal-ħaddiema
tas-saħħa,
it-tobba,
l-infermiera,
il-personal
sanitarju u amministrattiv,
l-awżiljarji,
il-voluntiera
li b’kompetenza jaġixxu biex
il-marid iħoss il-preżenza
ta’ Kristu, li joffri serħan u
li jitgħabba bil-persuna marida
billi jfejqilha l-ġrieħi. Iżda
anki
dawn il-ħaddiema huma rġiel u
nisa bid-dgħufijiet tagħhom u
bil-mard tagħhom. Għalihom b’mod
partikolari jgħodd
dak
li
għidt: “Meta
aħna nirċievu s-serħan u l-faraġ
ta’ Kristu, aħna msejħa min-naħa
tagħna biex inkunu serħan u
faraġ għall-aħwa, bi mġiba ħelwa
u umli, fuq l-eżempju
tal-Imgħallem”
(Angelus,
6
ta’
Lulju 2014).
4. Għeżież
ħaddiema
tas-saħħa, kull intervent
djanjostiku, preventiv,
terapewtiku, ta’ tfittxija,
ta’
kura u riabilitazzjoni huwa
indirizzat lil persuna marida,
fejn is-sostantiv “persuna” jiġi
dejjem qabel l-aġġettiv
“marida”. Għalhekk l-aġir
tagħkom għandu kontinwament ikun
indirizzat għad-dinjità
u għall-ħajja
tal-persuna, mingħajr ebda
ċediment għal atti ta’ natura
ta’ ewtanasja, ta’ suwiċidju
assistit jew qerda tal-ħajja,
lanqas meta l-istat tal-marda
huwa wieħed irreversibbli.
Fl-esperjenza tal-limiti u
tal-possibbiltà
ta’ falliment anki
tax-xjenza
medika quddiem każijiet kliniċi
dejjem iktar problematiċi u
riżultati negattivi, intom imsejħin
tinfetħu għad-dimensjoni
traxxendentali li tista’
toffrilkom is-sens sħiħ
tal-professjoni tagħkom.
Niftakru li l-ħajja hija sagra u
tappartieni
lil Alla, u għalhekk hija
invjolabbli u mhux disponibbli (ara
Istruzzjoni
Donum vitæ, 5;
Enċiklika
Evangelium vitæ,
29-53). Il-ħajja għandha tkun
milqugħa,
imħarsa,
irrispettata
u moqdija mill-bidu sat-tmiem;
dan huwa mitlub fl-istess ħin
kemm mir-raġuni
u kemm
mill-fidi f’Alla awtur tal-ħajja.
F’ċerti każi l-oġġezzjoni
tal-kuxjenza hija għażla
neċessarja biex tibqgħu koerenti
għal dik l-“iva”
għall-ħajja
u għall-persuna.
F’kull każ, il-professjonalità
tagħkom, imexxija mill-karità
Nisranija,
tkun l-aħjar servizz għad-dritt
tal-bniedem, dak tal-ħajja. Meta
ma tistgħux tfejqu, tistgħu
dejjem tikkuraw b’ġesti u
proċeduri li jagħtu mistrieħ u
serħan lill-marid.
B’dispjaċir, f’ċerti kuntesti ta’
gwerra u ta’ kunflitt
vjolenti,
jaqgħu taħt il-mira
l-personal
sanitarju u l-istrutturi li
jieħdu ħsieb li jilqgħu u
jassistu l-morda. F’ċerti
żoni
anki l-poter politiku
jippretendi li jimmanipula
l-assistenza medika għall-vantaġġ
proprju
tiegħu, hekk li jillimita l-awtonomija
ġusta tal-professjoni sanitarja.
Fir-realtà,
li wieħed jattakka lil
dawk li huma
ddedikati
għas-servizz tal-membri
sofferenti tal-ġisem soċjali ma
huwa ta’ vantaġġ għal ħadd.
5. F’dan
it-XXVIII Jum
Dinji
tal-Marid, naħseb f’ħafna mill-aħwa
li fid-dinja kollha m’għandhomx
il-possibbiltà
li jirċievu l-kura meħtieġa,
għaliex jgħixu fil-faqar.
Għalhekk indur fuq l-istituzzjonijiet
sanitarji u fuq il-gvernijiet
tal-pajjiżi kollha tad-dinja
sabiex, fil-kunsiderazzjoni
tal-aspett ekonomiku, ma
jittraskurawx il-ġustizzja
soċjali. Nittama li, f’għaqda
mal-prinċipji tas-solidarjetà
u tas-sussidjarjetà,
jikkoperaw sabiex kulħadd ikollu
aċċess għal kura adegwata għall-ħarsien
u
l-akkwist mill-ġdid
tas-saħħa. Nirringrazzja mill-qalb
il-voluntiera li jingħataw
għas-servizz tal-morda, li
f’ċerti każi jkunu jagħmlu
tajjeb għan-nuqqas
ta’ strutturi, u b’ġesti ta’
ħlewwa
u ta’ viċinanza
jkunu jirriflettu
x-xbieha ta’ Kristu,
is-Samaritan
it-tajjeb.
Lill-Verġni
Marija,
Saħħa
tal-morda, nafda lill-persuni
kollha li qegħdin iġorru l-piż
tal-mard, flimkien mal-familjari
tagħhom, kif ukoll l-operaturi
sanitarji kollha.
Lil
kulħadd b’affett
niżgurahom
li jiena qrib tagħhom bit-talb u
nibagħtilhom
mill-qalb il-Barka Appostolika.
Mill-Vatikan, 3 ta’ Jannar 2020
Tifkira
tal-Isem Qaddis ta’
Ġesù
Franġisku
miġjuba mit-Taljan għall-Malti
minn Mons. Renato Borg
|