Seminar Forum 2008

                     Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta

 

 

Fr Rene' Camilleri

 

UNITA` FID-DIVERSITA`

DISKORS TA' FR RENE' CAMILLERI

WAQT SEMINAR MILL-FORUM TAL-GĦAQDIET U MOVIMENTI

Sibt 28 ta’ Gunju 2008

f' Dar San Guzepp Rabat, Malta

 

Nixtieq nibda b’xi haga li nhoss li hija mportanti biex taghtina l-ispirazzjoni ghall-dan in-nofs ta’ nhar.

Il-‘feeling’ tieghi, u forsi hafna drabi l-‘feeling’ taghna bhalissa fil-Knisja u fis-socjeta',  huwa ‘feeling’ ta’ nuqqas ta’ tama.  Forsi l-istess ‘feeling’ li kellu Gesu’ meta hares lejn Gerusalemm u bkieha.  ‘Feeling’ li forsi fina, anke bla ma trid, inissel spirtu ta’ ezasperazzjoni.  Ghaliex dan?  Intom il-FORUM u tigbru fikom hafna ghaqdiet, u hafna ghaqdiet flimkien jghinu, ghalkemm ‘easier said than done’

Wahda mill-isfidi l-kbar li l-Kristjanezmu kellu sa mill-bidunett kienet l-unita’ fid-diversita’.  Il-Kristjanezmu dejjem kellu certu diversita’ u kien hemm mumenti meta din id-diversita’, b’xi ftit liberta’ u minghajr hafna biza’, kienet tigi espressa.  Jekk immorru lura lejn l-ewwel 500 mitt sena tal-Kristjanezmu naraw li dak iz-zmien kien hemm certa diversita’, knejjes li kellhom awtonomija minn knejjes ohra.

Illum il-festa ta’ Sant’ Irinew. Bejnu u bejn Santu Wistin kien hemm diversi divergenzi.  Sant’ Irinew kien wiehed mis-Santi Padri ta’ Lvant filwaqt li Santu Wistin kien missier il-Knisja tal-Punent Latina.  Izda llum ahna, meta mmorru lura ghal dak iz-zmien naghmluha d-distinjzoni.  Meta nirreferi ghad-distinzjoni bejn is-Santi Padri tal-Knisja ta’ Lvant u tal-Punent mhux qed nghid wiehed minn hawn u l-iehor minn hemm, imma li hemm zewg linji ta’ hsieb li kienu differenti izda mhux bilfors kontra xulxin. Intom tafu illi Lvant u l-Punent isseparaw minn xulxin b’mod ta’ konflitt fis- Seklu 11 u sa llum qeghdin naraw li huwa difficli li jinghaqdu u jigu flimkien.  Li rrid nghid huwa li d-diversita’ kienet dejjem ‘challenge’ imma mhux dejjem negattiv ghall-Kristjanezmu. 

Xtaqt nitlaq minn dan il-punt ghaliex jiena nhoss li dan il-‘feeling’ li ahna qisna ezasperanti jista’ jkun gej mill-fatt li, b’xi mod nahsbu, forsi ghax Gesu’ fil-Vangelu jghidlna “Kunu lkoll haga wahda biex id-dinja temmen” (Gw17:21), li haga wahdna ghandna nifhmuha f’sens ta’ uniformita’, f’sens li rridu nkunu flimkien u ngibu lilna nfusna flimkien.  Intom illum, li gejjin minn diversi ghaqdiet, ipprezentajtu lilkom infuskom flimkien u ghalkemm tezisti diversita’, tezisti wkoll l-unita’ f’Gesu’.

Mhux la kemm nghidu ejja naghmlu l-FORUM halli jgib l-ghaqdiet flimkien.  U l-FORUM jista’ jkun qed igib l-ghaqdiet flimkien, bhal ma hu dan is seminar, imma mbaghad jispicca s-seminar u kulhadd ghandu l-mixjiet tieghu u l-aspirazzjonijiet tieghu.  Allura jista’ jkun li kull darba li nerghu nirritornaw flimkien din il-haga ezasperata taqtaghlna qalbna.  Qed nghid dan, kemm bhala punt tat-tluq kif ukoll bhala mistoqsija, ghaliex bhal donnu f’dawn iz-zmienijiet qed inhossuha aktar.

Huwa mportanti li nkunu maghqudin bejnietna fid-diversita’ izda huwa mprotanti wkoll li l-ispirazzjoni li tat bidu ghall-ghaqda li jiena qieghed fiha, li permezz taghha jiena sibt lil Gesu’, din l-ghaqda tibqa’ mporanti ghalija minghajr ma nhares lejn l-ghaqdiet l-ohra bhala nferjuri.  Nahseb li ghall-grazzja t’Alla ssuperajna l-fazi li nipparagunaw.  Illum huwa mportanti ferm li napprezzaw l-ghaqdiet u l-movimenti fid-diversita’ taghom.  Dan huwa l-ewwel punt.

It-tieni punt – Imma lilna, fir-realta’ u fl-ahhar mill-ahhar, x’jista’ jghaqqadna bhala ghaqdiet b’ispirazzjonijiet daqshekk differenti?  Hawnhekk naslu ghal dak li nsejhulu l-pont tal-metodologija.  Meta nigu ghal metodologija, x’se jghaqqadna flimkien?  Nixtieq li nharsu lejn tliet metodi – il-metodu deduttiv, il-metodu induttiv u l-metodu kontemplattiv.

 

1. Il-Metodu Deduttiv

Permezz tal-metodu deduttiv ahna, bhala ghaqdiet, nistghu nigu flimkien billi naghmlu lista ta’ l-isfidi l-kbar li ghandna quddiemna u quddiem dawn l-isfidi ninghaqdu sabiex niggieldu ‘a common enemy’.  Il-lista tista’ tinkludi fost ohrajn ir-relattivizju, l-krizi ta’ fidi, problemi fiz-zwieg, individwalizmu, indifferenza u s-separazzjoni bejn il-Vangelu u l-kultura.  Dawn huma sfidi li bejn wiehed u iehor ahna lkoll fl-ghaqdiet taghna nahdmu fuqhom.   

2.  Il-Metodu Induttiv

Dan il-metodu jista jispirana izjed, jipprovokana izjed, jghina izjed nimirhu – ma nikkoncentrawx fuq ‘a common enemy’ imma nikkoncentraw fuq realta’ li fl-ahhar mill-ahhar hija realta’ gdida.  Dan il-metodu ippoggilna quddiemna, idahhalna f’realta’ gdida li ahna mhux dejjem naccettawha, mhux dejjem naccettaw l-implikazzjonijiet taghha.  San Pietru u San Pawl kienu zewg appostli li prattikament fi zmienhom il-Kristjanezmu ghamel qabza radikali, fi zmienhom kellu jiffaccja realta’ gdida allavolja fi zmien daqshekk qasir. Kellu jiffaccja l-fatt li r-realta’ ta’ Ruma ma kinitx ir-realta’ ta’ Ateni u r-realta’ ta’ Ateni ma kinitx ir-realta’ ta’ Gerusalemm.  Quddiem dawn ir-realtajiet San Pietru u San Pawl fehmu li jridu jaghmlu ‘tranlation’ mentali, ‘tranlation’ anke radikali. Biex Pietru dahal ghand Kornelju kienet tfisser hafna u biex Pawlu sab kif se jitkellem ma’ certi Knejjes fil-Grecja ukoll kienet ta’ sinifikat kbir.  Dan ghaliex kien qieghed jindirizza kultura radikalment differenti minn dik li kien jindirizza Gesu’ fil-Palestina.  Ahna qeghdin nitkellmu fuq ‘translation’ radikali fl-ewwel seklu tal-Kristjanezmu u allura haga li tifhima facilment.  Qed nitkellmu fuq l-ewwel seklu tal-Kristjanezmu u fl-istess waqt Pietru u Pawlu kienu kuragguzi bizzejjed. Mhux biss kuragguzi, izda kellhom kuragg li jitlob certa certezza – certezza, li jiena naf li qed naghmel ghazla, ghazla radikali u se jkolli l-kuragg naghmilha biss jekk ghandi l-gheruq fil-misteru ta’ Gesu’.  Mhux kuragg li jiddependi minn kemm inti kuragguz/a fil-karattru.

U allura l-metodu induttiv flok jghina biex naghmlu lista tal-problemi li huma ta’ sfida ghalina, jghina izjed biex nimirhu u naraw x’inhuma r-realtajiet il-godda.  Xi drabi, ghax forsi jbezzghuna, dawn ir-realtajiet ma nhalluhomx jibqghu godda u nippruvaw intappnuhom bl-iskemi taghna.  Meta nitkellmu fuq il-metodu induttiv x’jigi f’mohhna?  Wahda mill-ewwel u l-izjed affarijiet li smajna wara l-11ta’ Setttmbru 2001 kienet li d-dinja minn dakinhar il-quddiem ma kienitx se tibqa’ l-istess. Forsi konna nghidu hekk ghax it-terroristi fit-2001 ghamlu qabza radikali.  Rajna terrorizmu spettakolari.  Ghandna hafna ezempji ohra ta’ qabziet radikali, bhal meta Malta dahlet fl-Unjoni Ewropea, dahhalna l-Ewro u s-sena li ghaddiet tatna wkoll Arcisqof gdid. Irridu naraw l-implikazzjonijiet kultura u ekonomici ta’ dawn il-qabziet radikali.  Irridu naraw jekk dawn hux qed ipoggu lil Malta, inkluz lill-Knisja f’Malta, f’realta’ gdida.  Dawn huma mistoqsijiet li rridu naghmluhom.  Dan huwa l-‘approach’ induttiv.  L-MTV concert li sar nhar l-Erbgha li ghaddew, sar is-sena l-ohra u rega’ sar din is sena u forsi irridu nistaqsu lilna nfusna xi jfisser kuncert bhal dak?  Mhux qed naghmel din il-mistoqsija biex noqoghdu naghmlu l-paraguni bejn kemm marru nies ghall-dan il-kuncert u kemm marru nies ghall-Kristu Re.  Mhux l-iskop li naghmlu dawn it-tip ta’ paraguni izda biex nistaqsu jekk dan hux sintomu ta’ kultura, ta’ realta’ gdida fost iz-zghazagh jew dawk anqas zghazagh, li ahna rridu nirriflettu fuqu. Jigifieri rridu kontinwament inkunu attenti. Irridu nippruvaw nixtarru u naghmlu dixxerniment biex naraw xi jkun qed jinbidel madwarna, ghax l-aghar haga li n-nisrani jista’ jigrilu, l-aghar haga li l-Knisja jista’ jigrilha, hi li jkun qed jinbidel radikalment ix-xenarju madwarna u ahna nibqghu nuzaw l-istess formoli u lingwagg tradizzjonali.  U sfortunatament waqt li qeghdin nuzaw dawn il-formoli f’xenarju li nbidel, waqt li ahna nkunu qeghdin indoqqu d-diska tas-soltu, hafna nies ikunu qeghdin jitbeghdu mill-Knisja. 

Forsi nkunu ahna li qeghdin nitbeghdu mir-realta’.  Ovvjament nitbeghdu mir-realta’ li lilna qed tipprovokana biex naghmlu hsieb hafna aktar profond.  Pawlu kien l-Apostlu tal-Gnus u Pietru facilment seta’ qallu, “aghlaq halqek ghax inti m’intix wiehed mit-tnax.”  Nafu li din l-akkuza zgur saritlu lil Pawlu ghax kienu ma kienx jghid “Veru li jien m’inix wiehed mit-tnax imma jiena aqwa minnhom”  ..... jghid li hu aqwa minnhom!

Ir-realta’ ta’ Pawlu bhala l-appostlu tal-gnus wasslitu biex b’kuragg ‘boldness’, ghax qed jara l-perspettiva tal-gnus u allura perspettiva aktar wiesa’, hass li kellu jisfida anke l-Pietru.  Le ma nibqghux inharsu lejn id-dinja mit-toqba tac-cavetta ghax din tista’ tkun ristretta hafna. Pawlu kien qieghed jipprova jara kif l-iskema li rcieva minghand l-appostli  tinbuttah biex jifhem din il-perspettiva daqshekk gdida.

Gesu’ fil-Vangelu juza certi tixbihat li huma radikali hafna.  Irridu nharsu lejn il-Vangelu kollu kemm hu. Ghax huwa l-bxara t-tajba tas-salvazzjoni tal-bniedem, il-Vangelu tista’ taghsru u tohrog minnu certu ‘insights’ radikali ta’ Gesu’.  Ejja, bhala ezempju, inharsu lejn tnejn minnhom. 

(i)      Gesu’ jghid li inbid gdid ma tistax tpoggih f’damigjani qodma (Matt 9:17) u nafu ahna li l-inbid gdid jifhem bih hajja gdida, dik ir-realta’ gdida li tigi minnU.  U allura min kien jopponih lil Gesu?  Kienu jopponuh in-nies religjuzi u mhux il-pagani. 

(ii)      Meta Gesu’ qal “Le mhux il-bniendem maghmul ghas-Sibt imma s-Sibt ghall-bneidem.” (Mk 2:27)

Allura minn dawn iz-sewg ‘insights’ kbar tal-Vanagelu, Gesu’, bil-metodu induttiv, qed jistedinna biex nohorgu mill-iskemi li jistghu izommuna marbuta.  Wiehed mit-testi li se naqraw ghada fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl huwa ta’ Pietru arrestat. L-Atti ta’ l-Appostli jiddeskrivi lil Pietru li pass wara pass jaqghulu l-ktajjen minn idejh, jinfethu l-bibien, isib ruhu fil-pjazza u sakemm sab ruhu fil-pjazza Pietru ma kienx jaf x’qed jigri.  Ir-realta’ inbdilet u mhux dejjem nindunaw li r-realta qed tinbidel. Pietru gie f’tieghu mhux meta missu l-anglu, jew waqghu il-ktajjen minn idejh jew infetah l-ewwel bieb, izda meta sab ruhu fil-pjazza u skopra lilu nnifsu mhux izjed ikkalzrat.  Il-kuragg li semmejt li jrid ikollna ghandu jkun rizultat tal-fatt li ahna rcevejna “Spirtu ta’ qawwa u mhux ta’ biza’” jghidilna San Pawl.(2 Tim 1:7)  Ahna nindunaw meta nkunu diga qeghdin barra.  Hemm tkun ghamilt l-esperjenza.  L-esperjenza ta’ Gesu’, jigifieri l-esperjenza nisranija, hija dejjem esperjenza li inti tkun ghaddejt minna u tifhima meta hares lura.  M’hix formola li tpoggiha quddiemek u tippjana kif se taghmilha.  

 

3.  Il-Metodu Kontemplattiv

Hemm ‘approach’ iehor barra t-tnejn li diga semmejna.  Hemm dak li nghidulu l-‘approach’ kontemplattiv.  Min jaf kemm il-darba smajtuha: “In-nisrani tal-futur jew ikun mistiku jew ma jkun nisrani xejn.” L-‘approach’ kontemplattiv ifisser li ahna ‘we have to stand up & be counted’ ghal dak li ahna.  Fl-Ittra Appostolika tieghu ‘Novo Millennio Ineunte’ l-Papa Gwanni Pawlu II jitkellem b’mod partikolari fuq il-Primat tat-Talb. In-nisrani u l-ghaqdiet insara jistghu ikun ghaqdiet militanti kontra divorzju, kontra l-abort u realtajiet ohra. Dawn huma affarijiet tajbin u jgibuna flimkien kontra l-‘common enemy’ imma fir-realta’ dak li jgibna flimkien ma jistax ikun la ‘common enemy’ u lanqas ‘common issues’, lanqas l-istess ‘issues’ tal-moralita’.  Dan li jgibna flimkien huwa dak li huwa l-ispecifiku tan-nisrani u dan huwa fundamentalment il-Primat tat-Talb - dak li fin-Novo Millennio Ineunte l-Papa jistaqsi: “Isma, imma l-komunitajiet taghna qeghdin jitolbu?”  Ma nixtieqx naghmilha b’ton negattiv din id-domanda imma rrid naghmilha. “Fil-parrocci taghna lin-nies qeghdin nghallmuhom jitolbu?” Nistghu inkunu qeghdin nghallmuhom il-Bibbja, xi tfisser u kif taqraha.  Nistghu inkunu qeghdin nghallmuhom fuq l-abort u fuq id-divorzju, il-katekizmu tal-Knisja Kattolika. Dawn kollha affarijiet tajbin.  Imma bazikament dak li huwa spcifiku huwa jekk il-komunitajiet taghna humiex qeghdin isiru skejjel ta’ talb.  Jigifieri fundamentalment il-mistoqsija l-kbira hi, mhux jekk hux qed naghmlu d-dover, mhux jekk hux qed nimxu ma’ l-istatut, izda kemm lin-nies taghna qeghdin nghallmuhom jitolbu. Forsi fid-dinja ta’ llum dan huwa l-ingredjent li verament jonqosna.  Jekk dan mhux isehh allura fil-komunitajiet taghna hemm xi haga nieqsa li ahna mhux qed naslu ghaliha. 

Hu abbazi ta’ dan il-Primat tat-talb, il-metodu kontemplattiv, li nistghu niskopru izjed il-Knsija x’kontribut ghandha x’toffri lis-socjeta’.  L-ewwel il-Primat tat-Talb imbaghad jigi l-kontribut etiku u evangeliku.  Meta qed nghid il-kontribut etiku u evangeliku jiena qieghed nghid il-Kristjanezmu.  Qeghdin ikunu forza ta’ tibdil fis-socjeta’ taghna?

Hemm tliet mistoqsijiet bazici hafna li l-Papa Pawlu VI fl-1975 jaghmilhom meta jghid: “Il-Vangelu baqaghlu qawwa?”  Dal-ghodu qrajna fil-Vangelu kif lil Gesu’ kienu jehdulu quddiemu l-morda u dawk mahkuma mix-xitan.  Il-Vangelu baqaghlu qawwa li jibdel lin-nies, il-qlub tan-nies, baqaghlu qawwa?  Qed nghid anke ghall-mod kif ahna qed nitrazmettuh, nipproklamawh.  Dan huwa marbut hafna mal-Primat tat-Talb.  Darba l-Kardinal Martini qal li nkunu qeghdin nizbaljaw jekk nirreducu lill-Knisja ghall-agenzija tal-moralita’, nizbaljaw, ghax il-Knisja mhix agenzija tal-moralita’.  L-‘issues’ il-kbar li ghandha l-Knisja mhux necessarjament huma ‘issues’ ta’ natura morali. Il-battalja kontra l-abort, id-divorzju u l-ewtanasja nistghu nirbuhom, izda jekk nirbhu l-battalji u nkunu qed nitilfu l-gwerra l-kbira?  U l-gwerra l-kbira hija kulturali u b’kultura qed nerga’ nifhem il-Primat tat-Talb.  Ma ninsewx l- ‘issue’ l-kbira hi kif lill-bniedem jiena llum nista’ nikkonvincieh li ghandu jitlob.  Li l-abort huwa hazin nistghu nicconvincuh, anke li d-divorzju huwa hazin nistghu nikkonvincuh, izda l-‘issue’ l-kbira llum hi li l-bniedem ghandu bzonn jitlob. Huwa biss rizultat ta’ dan illi l-Knisja tista’ tibqa’ prezenti, anke bhala istituzzjoni fis-socjeta’ taghna ta’ llum.  U allura jkollha prezenza pubblika.  Dan huwa l-metodu kontemplattiv.

Forsi tghiduli dan x’ghandu x’jaqsam mal-laqgha taghna tal-FORUM illum.  Inhoss li ghandu x’jaqsam hafna ghax nemmen li l-ewwel u qabel kollox ghandna nfittxu li nkunu persuni ta’ talb.  Hemm certi affarijiet li tajjeb inzommuhom ftit quddiem ghajnejna u li jistghu jghinuna.  Ez. il-fatt illi fid-djocesi minn Jannar li gej se nidhlu fil-fazi ta’ dik li nghidulha ‘l-vista pastorali’.  Allahares jigrilna bhal ma gieli gralna. Intom tiftakru meta beda s-Sinodu u ghamilna hames snin insemmu s-Sinodu, izda fir-realta’ hafna nies baqghu barra minn din il-haga.  Nittama li mhux se ninbarkaw fuq hames snin ohra nsemmu l-vista pastorali.  Vista pastorali tista’ tkun haga serja u jista’ jkun li l-FORUM mhux biss jaghti ‘helping hand’ imma jista’ minn issa jibda jaghmel certa riflessjoni li twasslu ghal certa ispirazzjoni.  Tinsewx li l-FORUM allahares jirreduci ruhu li fil-parrocci fejn isiru l-visti pastorali noqghodu naghmlu dawk il-laqghat sterjotipati jew fejn inkella l-Arcisqof jiltaqa’ mal-membri ta’ l-ghaqdiet f’sala ta’ mitejn ruh u kulhadd jinteressah biss mill-interessi ta’ l-ghaqda li jirrapprezenta. Kulhadd jinteressah jekk il-Kappillan hux qed jirrispetta l-ghaqda u jekk hux qed igeghlna nhallsu d-dawl.  Fir-realta’ dan m’ huwiex l-iskop ta’ vista pastorali.  Il-vista pastorali tista’ tkun sfida kbira fuq ix-xefaq ghall-FORUM.

Haga aktar immedjata – Is-Sena Pawlina .  Bir-rispett kollu, tifhmunix hazin, jiena rajt li l-programm tas-Sena Pawlina kien ibbazat wisq fuq is-sena liturgika u allura l-mumenti l-kbar tas-Sena Pawlina huma l-mumenti liturgici. Qeghdin nghixu fi zmien meta kwazi hamsin fil-mija tal-Maltin ma jiehdux sehem fil-liturgija, u ahna nibqghu nuzaw l-iskemi taghna. Is-Sena Pawlina li se tibda llejla ghandna l-programm lest, izda ma tkunx dizubbidjenza minn naha tal-FORUM jekk, filwaqt li jirrispetta l-programm imfassal, jipprova imur ftit oltre. 

 

                                                                                    Sit uffiċċjali tas-Segretarjat għal-Lajċi - Malta