IL-FERĦ TAL-VANĠELU U L-ĠŻIRA TAL-FERĦ

Konferenza dwar l-Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku

Il-Ferħ taċ-Cittadini jiddependi minn kif taħdem is-sistema politika

Is-Sibt, 31 ta’ Mejju 2014: Illum, fis-Sala Ewlenija tal-Kurja ta' l-Isqof fil-Belt Victoria, Għawdex, inżammet Konferenza bit-tema "Il-Ferħ tal-Vanġelu u l-Gżira tal-Ferħ", dwar l-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium tal-Papa Franġisku. Din kienet inizjattiva tal-Moviment Azzjoni Soċjali flimkien mal-Fondazzjoni Centesimus Annus (Malta), u l-Fondazzjoni Nikol Ġ. Cauchi.

Il-Konferenza kienet indirizzata mis-Sur Lawrence Zammit (L-ekonomija u t-tqassim tad-dħul), Dun Emanuel Cordina (Għożża għall-vulnerabbli ta' din l-art) u Dr Sue Vella (Il-ġid komuni u l-paċi fis-soċjetà. Id-diskors konklużiv sar minn Mons. Mario Grech, Isqof ta' Għawdex. Id-diskussjoni tmexxiet mis-Sur Joe Borg.

L-Isqof Grech beda d-diskors tiegħu billi qal li ċ-ċittadini jkunu ferħanin jew qalbhom maqtugħa skont kif tkun taħdem is-sistema politika u fl-Evanġelii Gaudium, il-Papa Franġisku joffri indikazzjonijiet biex jgħin lil dawk kollha ta’ rieda tajba.

Isma d-diskorsi differenti billi tikklikkja hawn taħt

1. Sur Lawrence Zammit - L-Ekonomija u t-tqassim tad-dħul.

2. Dun Emanuel Cordina - Għożża għall-vulnerabbli ta' din l-art.

3. Dr Sue Vella - Il-ġid komuni u l-paċi fis-soċjetà.

4. Interventi mill-udjenza u l-kelliema.

5. L-Isqof Mario Grech – Il-Politika: Riżorsa għolja tal-pajjiż.