Dan huwa mod kif permezz tal-Kelma ta' Alla, ma nibqgħux biss qarrejja, semmiegħa jew osservaturi ta' ġrajja li seħħet elfejn sena ilu, imma llum aħna wkoll insiru parti mill-istess xena flimkien ma' Ġesù u l-personaġġi l-oħra. Nisemgħu lilu u lilhom jitkellmu.  Imma hawn, dak li Ġesù qal lilhom dakinhar, illum jgħidu lili. Illum mhux aktar huma li qed jitkellmu miegħu, imma jien.  Din hija xena, li fiha dħalt jiena wkoll u ser tibqa' stampata f'moħħi u f'qalb, l-istees bħal f'selfie.


LECTIO DIVINA - SELFIE MA' ĠESÙ

L-ewwel skeda ta' programmi

Programmi rekordjati u mxandra fuq Radju Marija bejn Jannar u Marzu 2021

 

Il-personaġġi li ltaqgħu ma' Ġesù u li permezz tagħhom ser niltaqgħu miegħu aħna wkoll huma ...

Ġwanni l-Battista. Ġw 1:29-34.

L-Ewwel żewġ dixxipli. Ġw 1:35-42.

Filippu u Natanajel. Ġw 1:43-51.

Il-Qaddejja tat-Tieġ ta’ Kana. Ġw 2:1-11.

Nikodemu. Ġw 3:1-21.

Il-Mara Sammaritana. Ġw 4: 4-30, 39-42.

Żakkew il-Publikan. Lq 19:5-10.

Marta u Marija. Lq 10:39-42.

Levi minn wara l-mejda tat-taxxi. Lq 5:27-32.

Il-Mara Adultera. Ġw 8:1-11.

Iċ-Ċenturjun. Mt 8:5-13.

Marija Madaliena. Ġw 20:11-18.

Id-Dixxipli ta’ Għemmaws. Lq 24:13-35.


LECTIO DIVINA - SELFIE MA' ĠESÙ

It-tieni skeda ta' programmi

Programmi rekordjati u mxandra fuq Radju Marija bejn April u Ġunju 2022

 

Il-personaġġi li ltaqgħu ma' Ġesù u li permezz tagħhom ser niltaqgħu miegħu aħna wkoll huma ...

In-nies preżenti fis-Sinagoga ta' Nazaret. Lq 4: 16-30.

L-ewwel dixxipli ta' Ġesù f'xatt l-għadira ta' Ġennesaret. Lq 5:1-8.

Levi l-Publikan imsejjaħ minn Ġesù. Lq 5:27-32.

Iċ-ċenturjun li jitlob lil Ġesù għall-qaddej tiegħu. Lq 7:1-10.

L-armla ta' Najn. Lq 7:11-17.

Xmun il-Fariżew u l-mara midinba magħrufa tibki f'riġlejn Ġesù. Lq 7:36-50.

Ġajru, li kien kap tas-sinagoga u l-mara mara, li kienet ilha tnax-il sena tbati bit-tnixxija tad-demm. Lq 8:40-56.

Marta u Marija. Lq 10:38-42.

Il-mara mifluġa mfejjqa minn Ġesù f'jum is-Sibt. Lq 13:10-17.

Bartilmew, l-agħma ta' Ġeriko mfejjaq minn Ġesù. Lq 18:35-42.

Marija ta' Magdala titkellem ma' Kristu Rxoxt maġenb il-qabar vojt. 24:1-12.

Id-dixxipli ma' Kristu Rxoxt u jaħsbuh fantażma. Lq 24:36-49.