IR-RUŻARJU - awdjo

Il-Misteri tal-Ferħ ...

Il-Misteri tad-Dawl ...

Il-Misteri tat-Tbatija ...

Il-Misteri tal-Glorja ...

 

TALB GĦAL TMIEM IR-RUŻARJU

SUB TUUM PRAESIDIUM
Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu,
Omm qaddisa ta’ Alla:
la twarrabx minn quddiemek
it-talb li nagħmlulek fi ħtiġijietna,
u eħlisna dejjem minn kull tiġrib,
o Verġni glorjuża u mbierka.

 

TALBA LIL SAN MIKIEL
San Mikiel Arkanġlu, idħol għalina fit-taqbida. Kun inti l-għajnuna tagħna kontra l-ħażen u t-tnassis tad-demonju.  Irażżnu Alla nitolbuk bil-ħerqa!

Inti l-aqwa fost il-qtajja' tas-sema.  Itfa', bil-qawwa t'Alla, fil-qiegħ tal-infern, lix-xitan u l-ispirti ħżiena l-oħra, li jiġġerrew fid-dinja għat-telfien tal-erwieħ. Ammen.